Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum L-MFPA kontra l-proposta tat-tmien plejers barranin DIN hija l-ewwel reazzjoni tal-MFPA għar-rapporti li dehru fl-istampa kif ukoll għall-kummenti fuq il-mezzi tax-xandir minn xi membri tal- Premier League Standing Committee. Il-PLSC pproponew li jiżdied in-numru ta' plejers barranin fil- grawnd għal 8 ma' kull tim u wkoll tlieta oħra bħala sostituti, fil-Premier League mill-istaġun li ġej. Kien irrappurtat ukoll li xi membri ta' dan il-kumitat jaqblu li m'għandu jkun hemm ebda limitu għan- numru ta' plejers barranin. L-MFPA riċentement kellha laqgħa ma' plejers rappreżentanti tat-timijiet tal-Premier League u timijiet tal-Ewwel Diviżjoni, sabiex jiddiskutu l-pożizzjoni tagħhom. Kien assolutament ċar li l-plejers huma kontra din il-proposta speċjalment meta tikkunsidra li plejers barranin jiġu mingħajr l-ebda ħlas waqt li plejer Malti li spiċċalu l-kuntratt xorta trid titħallas "transfer fee" li tista' tlaħħaq il- €50,000. L-MFPA tappoġġja l-impjieg ta' plejers professjonisti li mhumiex Maltin iżda jeħtieġ li jkun hemm struttura sostenibbli li tqis u tissalvagwardja l-ħtiġijiet partikolari tal- futbol Malti. L-MFPA ma tifhimx il-ħtieġa għal din iż- żieda ta' plejers barranin jew ir-raġuni warajha. Klabbs tal-futbol Maltin kontinwament isemmu l-problemi ta' nuqqas ta' dħul finanzjarju, u jinsistu li l-klabbs jiddependu biss fuq l-għotjiet mill- presidenti tagħhom u ftit sponsors oħra. Għaliex il-klabbs Maltin iridu jidħlu għal spejjeż ikbar? Plejers barranin ikunu normalment professjonisti full-time għalhekk tal-inqas jirċievu paga minima ta' €700, spejjeż għall-għixien tagħhom u post fejn joqogħdu. L-ammont totali ta' din l-ispiża għal kull plejer barrani hija ħafna ogħla mill-medja ta' plejer Malti. X'inhi l-istrateġija ta' dawn il-klabbs li qegħdin ifittxu triqat li se jżidu l-ispejjeż tagħhom? Suppost il-klabbs qed jaħdmu biex jintlaħaq l-oppost, jiġifieri jżidu d-dħul u jnaqqsu l-ispiża. Dan ukoll fid-dawl tar- regoli tal-'Financial Fair Play'. Għandna nħarsu lejn modi u mezzi ta' kif jista' jintlaħaq livell professjonali fil-ġestjoni tal- klabbs tal- futbol, ninvestu f 'talent lokali u mbagħad niġbdu plejers barranin ta' kwalità. Milli jidher dawn il-klabbs qed ifittxu li jilħqu miri jew riżultati fi żmien qasir, l-iqsar u l-iktar triq faċli. Kemm ikun iktar għaqli li dawn il-fondi jkunu investiti fl-infrastruttura tal-klabb u fin-nurseries? Il-bidla proposta se tillimita aktar il-possibbiltà għal żgħażagħ biex jikkompetu fl-ogħla livelli, u se tillimita n-numru diġà żgħir tal-għażla għat-timijiet nazzjonali tagħna. It- timijiet nazzjonali se jkunu affettwati negattivament. Il-membri fi ħdan l-MFPA ssuġġerew ukoll, li din il- bidla qiegħda tiġi proposta minħabba r-regoli eżistenti, li ftit li xejn inbidlu minn mindu kienu introdotti fis- snin 60. Dawn ir-regoli ma jippermettux plejers Maltin li jistgħu jagħżlu li jibdlu klabb fit-tmiem tal-kuntratt tagħhom, jekk ma titħallasx somma flus konsiderevoli (sistema tal-parametri). Din is-somma (parametri) illum hija għolja wisq u l-klabbs Maltin mhumiex lesti li jinvestu fil-plejers Maltin, tant li minflok dawn ifittxu s-servizzi ta' plejers barranin li jistgħu jingħaqdu magħhom bla ħlas. Wasal iż-żmien li l-plejers Maltin ikollhom id-dritt li jsiru ħielsa fit-tmiem tal-kuntratt. Is-sistema tal-parametri jew ħlas għat-trasferiment impost fi tmiem tal-kuntratt hija kemm illegali kif ukoll immorali. Ta' min jirrimarka li l-plejers barranin huma mogħtija kuntratti għal żmien qasir u jekk il-plejers ma jilħqux l-aspettattivi tal-klabb, il-kuntratti ta' dawn plejers qegħdin jiġu tterminati qabel. Plejers barranin mhux qed joġġezzjonaw għal dan minħabba l-biżà li jitilfu l-opportunità ta' xogħol. Dan jagħti possibiltà lill-klabbs biex jibdlu l-plejers barranin aktar spiss u mingħajr xkiel tal- parametri. Din il-prattika mhux possibbli fir-rigward ta' plejers Maltin minħabba l-parametri imposti fuqhom. Tali prattika hija b'mod ċar kontra l-ispirtu tar-regoli, iżda hija komuni. Bis-sistema attwali u b'din il-proposta l-plejers Maltin se jkunu aktar fi żvantaġġ. L-MFPA hija kontra din il- proposta u kwalunkwe bidla li timmina s-sostenibbiltà tal-kampjonati Maltin, in-nurseries tal-futbol u lit-timijiet nazzjonali, u tittama li l-prinċipji ta' sens komun u l-ġestjoni tajba se twassal il-klabbs sabiex jerġgħu jikkunsidraw bis-serjetà l-pożizzjoni tagħhom. Ukoll l-MFPA tappoġġja r-riforma li qed tiġi mressqa mill-MFA u tittama li bil-kontribut tal- partijiet interessati kollha, nistgħu finalment nimxu 'l quddiem għall-ġid tal- futbol Malti. FILKORSA ta' Vincennes f 'Pariġi nżamm l-appuntament annwali tal-Prix des Rencontres Internationales fejn 15-il ġerrej minn pajjiżi differenti saqu f 'tiġrija reclamer fuq distanza ta' 2,100m. Ir-rappreżentant Malti kien is-sewwieq Tony Demanuele li s-sena l-oħra kien spiċċa fis-6 post għal dik li hija klassifika tal-aqwa ġerrej lokali. F'din it-tiġrija jinkitbu żwiemel bejn is-6 u l-10 snin li jkunu reklamati għall-bejgħ għal somma li tibda minn €22,000. Il-premju globali ta' din it-tiġrija huwa wkoll ta' €22,000. Demanuele saq bin-numru 14 u ż-żiemel ta' 6 snin Uroi de Nganda. It-tiġrija kienet is- seba' waħda tal-programm. Bħal dejjem l-istedina mis- Soċjetà Franċiża tat-Trott apparti ġerrej tkun tinkludi wkoll lis-sid taż-żiemel Franċiż li jkun spiċċa l-aħjar matul is-sena preċedenti. Fl-2013 dak iż-żiemel kien Okilaibo u għalhekk ġie mistieden is-sid Joseph Seychell sabiex jiġi ppreżentat b'tifkira tal-okkażjoni. Demanuele u Seychell kienu akkumpanjati miċ- Chairman tal-Malta Racing Club l-Avukat Matthew Brincat attenda laqgħa li fiha pparteċipaw rappreżentanti ta' kull pajjiż. Tony Demanuele jieħu sehem fil-Prix des Rencontres Internationales Mellieħa jibqgħu fuq quddiem Il-ġerrej taż-żwiemel Tony Demanuele MILL KAMPJONAT tal-ewwel diviżjoni tal- futsal kellna rebħiet xejn faċli għall- Mellieħa u Lija Athletic rispettivament. Mellieħa għelbu lill- Qrendi bl-iskor ta' 6-3 u Lija Athletic għelbu lil Mqabba bl-iskor ta' 7-4. Msida u Attard it-tnejn li huma qegħdin jitħabtu għar-raba' u l-ħames post tal-klassifika. Meta deher li Attard kienu se jirbħu din il-logħba, l-iskor finali spiċċa b'rebħa ta' 5-4 favur il-Misidjani. Naxxar għelbu lil Mdina Knights bl-iskor ta' 3-1, biex b'hekk in-Naxxarin baqgħu fit-tielet post, b'żewġ punti biss wara Lija Athletic. Fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni Mellieħa jkomplu jsaħħu posthom fil-quċċata tal-klassifika b'27 punt, segwiti minn Lija Athletic b'24 punt, Naxxar 22 punt, Luqa 18-il punt, Attard 15- il punt, Msida 12-il punt, Sirens bi 11-il punt, Mqabba u Siġġiewi b'9 punti, Mdina u Qrendi b'7 punti u fl-aħħar post B'Bugia b'punt wieħed biss. It-tim tal-futsal tal-Mellieħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014