Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 31 SPORTSillum Neuer favorit assolut li jirbaħ l-Aqwa Goalkeeper tas-sena 2014 ILGOALKEEPER tat-team nazzjonali Ġermaniż u ta' Bayern Munich Manuel Neuer jinsab favorit assolut li jirbaħ il-premju tal-aqwa goalkeeper għal din is-sena. U dan bir-raġun meta lkoll nafu li huwa kellu Tazza tad-Dinja mill-aqwa fejn fil- fatt ġie vvutat bħala l-aqwa goalkeeper ta' din l-edizzjoni fil-Brażil li ntrebħet mill- istess Ġermanja. Bosta sostnew li Neuer kellu wkoll jirbaħ il-premju tal-aqwa player tat-Tazza tad-Dinja liema unur personali ntrebaħ mill-fenomenu Arġentin Leo Messi, xi ħaġa li mhux kulħadd qabel magħha. Neuer għad għandu biss 28 sena u b'hekk għandu futur mill-isbaħ quddiemu kemm mat-tim nazzjonali Ġermaniż kif ukoll ma' Bayern Munich. Fost il-kandidati l-oħra għal dan il-premju li se jingħata f 'Jannar li ġej mill-FIFA, insibu lill- goakeeper u captain tat- tim nazzjonali Taljan u ta' Juventus, Gianluigi Buffon li llum jgħodd is-36 sena. Din hija l-għaxar darba li Buffon ġie nominat għal dan il-premju u rnexxielu jirbaħ dan l-unur għal sentejn konsekuttivi lura fl-2006 u fl-2007. Fil-lista tal-kandidati nsibu lill-goalkeeper numru 1 ta' Barcelona u li bħal Neuer kellu Tazza tad-Dinja mill- aqwa Claudio Bravo li mal- Katalani għandu salarju ta' 12-il miljun Ewro fis-sena. L-iżgħar goalkeeper f 'din il-lista huwa l-goalkeeper tat-team nazzjonali Belġjan u ta' Chelsea fl-Jngiltera Thibaut Courtois li għad għandu biss 22 sena. F'dan l-istaġun qed narawh ikun inkluż bħala l-goalkeeper numru 1 ta' Chelsea fejn ħa post ħadd ħlief il-goalkeeper ta' statura tat-tim nazzjonali tar-Repubblika Ċeka, Petr Cech. Jidher li Courtois għandu l-fiduċja assoluta ta' Mourinho u b'hekk rapporti fil-mezzi tax-xandir qed jindikaw li jista' jingħaqad ma' Arsenal, PSG jew Real Madrid. Fl-istaġun li għadda huwa kellu staġun mill-aqwa ma' Atletico Madrid waqt li impressjona wkoll mat-tim nazzjonali Belġjan fit-Tazza tad-Dinja li fiha l-Belġju waslu sal-kwarti tal-finali u sfaw eliminati mill-Arġentini b'goal kmieni fil-logħba mill-attakkant prolifiku ta' Napoli, Gonzalo Higuain. Kif kien mistenni f 'din il-lista ta' ħames goalkeepers insibu lill-goalkeeper u captain kemm ta' Real Madrid kif ukoll tat-tim nazzjonali Spanjol, Iker Casillas, li fil-futbol Spanjol huwa meqjus kif inhuwa meqjus Buffon fil-futbol Taljan jiġifieri bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers ta' kull żmien. Casillas illum jgħodd it-33 sena u minn tliet staġuni 'l hawn deher li beda jnaqqas xi ftit mill-potenzjal tiegħu. Fil-fatt fl-aħħar sena ta' Mourinho ma' Real Madrid qabel ħa t-tmexxija tat- tim, Carlo Ancelotti, huma diversi d-drabi li fihom ma kienx ikun inkluż mal- ewwel 11 mal-Galacticos, b'postu kien jittieħed mill- goalkeeper Spanjol li llum qed jilgħab ma' AC Milan fl-Italja, Diego Lopez. Iżda Casillas għadu jiddefendi l-lasti ta' Real Madrid sal-ġurnata tal- lum u bosta qed isaqsu min għandu l-potenzjal li jeħodlu postu fil-futur ma' Real Madrid. It-tweġiba għal din il-mistoqsija tista' tkun waħda tabilħaqq diffiċli! Il-ħames finalisti għall-unur prestiġjuż tal-aqwa goalkeeper għas-sena 2014 Shawn Buttigieg jirbaħ MOC Gold Award NHAR it-Tnejn 8 ta' Diċembru l-'Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi' (ASMK) organizzat ir-raba' programm Autocross mill- Kampjonat ASMK Pasta Poiatti 2014/15. Minkejja l-maltemp lejliet it-tiġrija 27 kompetitur tal-Assoċjazzjoni ħadu sehem fil-programm li beda fil-11am. Intant ħarsa lejn il-ġurnata fejn il-kundizzjoni tal-korsa għamlet il-kompetizzjoni iktar diffiċli mis-soltu waqt l-ewwel Heats fejn dawk il-karozzi li jmorru tajjeb fuq korsa mxarrba kienu favoriti li jirbħu fl-ewwel Heat. Mal- bidu tat-tieni Heat il-korsa inbidlet għall-aħjar waqt li fit- tielet Heat ġiet waħda ottimali tant li l-veloċità tal-vetturi kibret minn Heat għall-oħra u saret aktar diffiċli li wieħed jikkwalifika għall-Finali ta' Klassi A u B. Għall-finali Klassi A kkwalifikaw Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo, Jason Martin u Vince Farrugia t-tnejn fuq Volkswagen Polo, Lucas Pace fuq Honda Civic, Philip Joe Vella fuq Opel Corsa u Ivan Birmingham fuq Suzuki Swift. Fil-ħemda l-finalisti kienu attenti lejn id-dawl tal-iStart u kif ingħata s-sinjal, il-vetturi ħarġu b'ħeffa kbira. Hawn għal darb'oħra rajna lil Vella jieħu l-ewwel pożizzjoni bil-konsegwenza li sal-ewwel kantuniera ħalla l-kumplament tal-finalisti warajh. Dan kien segwit minn Galea u Martin. L-attenzjoni marret fuq ir- raba' u l-ħames post okkupati minn Farrugia u Pace li t-tnejn bdew jagħmlu pressjoni fuq Martin sakemm fir-raba' Martin daħal ftit b'saħħtu iktar mis-soltu fl-ewwel kantuniera bil-konsegwenza li għola fuq żewġ roti u għamilha faċli għal Farrugia u Pace biex javvanzaw pożizzjoni. Il-finali spiċċat b'Vella jirreġistra t-tielet rebħa tiegħu minn erba' events f 'dan l-istaġun. Dan kien segwit minn Galea u Farrugia rispettivament. Fir- raba' u l-ħames post spiċċaw Pace u Martin. Għall-finali ta' klassi B ikkwalifikaw Gordon Johnson fuq Peugeot 205, Matthew Borg fuq Vauxhall Nova, Noel Zammit fuq Fiat Punto, Mario Tabone fuq Opel Corsa, Godfrey Gauci fuq Ford Fiesta u Godwin Martin fuq Opel Corsa. Mat-tluq ta' din il-finali rajna ħruġ tajjeb minn Johnson u Martin, b'Martin jieħu t-tmun tat-tiġrija segwit minn Johnson u Gauci. Johnson li mill-ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Martin sakemm ftit wara l-ewwel dawra manuvra minn Martin u l-ebda azzjoni min-naħa tar-referi ħalliet lil Johnson ikompli mit-tielet post wara Gauci. L-attenzjoni baqgħet fuq l-ewwel tliet pożizzjonijiet fejn Gauci għamel pressjoni fuq Martin u Johnson kompla jagħmel pressjoni fuq Gauci. Kollha jistennew dak il-ftit spazju biex ikomplu javvanzaw. Ftit wara t-tielet dawra Johnson daħal ftit b'saħħtu fl-ewwel kantuniera biex spiċċa nqeleb u kellu jirtira mit-tiġrija. Il-finali tkompliet b'Martin fuq quddiem u daħal fix-xena Zammit segwit minn Gauci fejn dan tal-aħħar mill- ewwel beda jagħmel pressjoni fuq Zammit biex jerġa' jikseb il-post oriġinali tiegħu. Ftit qabel tmiem it-tiġrija Gauci rnexxielu jagħmel overtaking fuq Yellow Flag bil- konsegwenza li r-referi ordna jieħu l-post oriġinali tiegħu għall-fatt li r-regolamenti jgħidu li ma jistax isir Overtaking fuq il-bandiera safra. Il-finali spiċċat b'Martin jirbaħ segwit minn Zammit u Gauci. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Tabone u Johnson rispettivament. Intant, nhar il-Ħadd 7 ta' Diċembru l-Assoċjazzjoni permezz tat-tliet Uffiċjali, il-President Frans Deguara, il- Viċi-President Johnny Micallef u s-Segretarju Ġenerali Johann Pace attendew it- tlettax-il edizzjoni tal-MOC Sports Awards. L-ASMK innominat ħames membri mill-Motocross, Enduro u Drag Racing iżda f 'din l-edizzjoni l-iktar nomina li spikkat kienet dik ta' Shawn Buttigieg. Dan huwa sewwieq liċenzjat biex jikkompeti fl-FIM-Europe 'Super Street Bike'. Wara s-suċċessi li Shawn rebaħ f 'diversi pajjiżi madwar l-Ewropa u rreġistra rekord f 'kull trakka Drag Racing li saq fiha inkluż dik f 'Malta ġewwa Ħal Far, Shawn Buttigieg ġie onorat b'Gold Award mill-MOC. Minkejja li membri tal-ASMK rebħu titli f 'edizzjonijiet oħra din kienet l-ewwel esperjenza li membru tal-Assoċjazzjoni ASMK ġie onorat b'Gold Award. L-Assoċjazzjoni ħadet l-okkażjoni biex tirringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti kollu u tat prosit lit-tim organizzattiv għas-serata eċċellenti li ġiet imtella' minnhom. L-Impenji tal-Assoċjazzjoni se jkomplu nhar il-Ħadd 21 ta' Diċembru fejn se tkun qed ittella' programm speċjali b'risq l-Istrina. Xi ħaġa li se ssir b'differenza hija Rides bil- karozzi Autocross. Il-karozzi kollha se jkunu armati bit-tieni seat fejn wieħed b'donazzjoni żgħira jkun jista' jmur numru ta' dawriet fil-korsa u jesperjenza ftit minn dak li jgħaddu minnu s-sewwieqa f 'dan l-isport popolari. Għal iktar informazzjoni wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt Shawn Buttigieg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014