Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor? Meta kont tifel żgħir kont nilgħab futbol, basketball u waterpolo kollha f 'daqqa sakemm kelli 14/15-il sena. Madankollu, ħija kien iffissat fil- basketball allura biex inkun ma' ħija kont għażilt li nkompli fil-basketball. Kif sejjer mat-tim tiegħek AtoZ electronics Athleta? Issa ili 19-il sena mat-tim ta' Athleta fil-kampjonat, mal-istess kowċ li kien daħħalni fit-tim. It- tim dejjem kien u jibqa' wieħed magħqud. L-attitudni tat-tim hija dejjem waħda determinati biex tirbaħ allura dan imur ħafna mal-karattru tiegħi. Avolja nbiddlu ħafna plejers matul is-snin dejjem inżommu tim kompost minn ħbiberija fuq u barra mill-court tal- basketball. Matul l-istaġun li għadda rbaħt l-unur ferm prestiġjuż tal-Plejer tas- Sena. X'fisser għalik dan l-unur? Dan l-unur kien is-sitt wieħed sa issa għalija u għandi l-pjaċir ngħid li huwa rekord bħalissa. Apparti l-ewwel wieħed dan kien wieħed li ħadt ħafna gost li rbaħt peress li s-sena ta' qabel għamilt sena barra minħabba injury f 'dahri. Wara sajf naħdem ħafna biex niġi f 'tiegħi rbaħna l- kampjonat u l-unur tal- Plejer tas-Sena kien unur sabiħ biex ipatti tax-xogħol barra mill-court. X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali tal-basketball? Kelli ħafna esperjenzi mat-tim nazzjonali tal-basketball matul iż-żmien għax bdejt ta' 18-il sena f 'Ġibiltà. Dis-sena fl-istess Ġibiltà rbaħna l-medalja tal-fidda għall-ewwel darba fil-European Championship C Tournament li huwa unur għal pajjiżna u għat-tim nazzjonali tal-basketball. Minbarra dan l-unur, l-isbaħ esperjenza tibqa' ta' meta fl-istaġun 1998/99 lgħabna fil-kampjonat tas-Serie C fl-Italja, li kienet esperjenza sabiħa u impenjattiva ħafna. Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Fl-istaġun 1999/2000 mort Dawson College fl-Amerika fuq scholarship tal-basketball, imma minħabba injury kelli niġi lura. Sfortunatament meta kont iżgħar ma kienx hemm opportunitajiet daqskemm hawn issa kemm minħabba regolamenti tal- Unjoni Ewropea ta' plejers kif ukoll minħabba exposure tal-plejer Malti barra minn xtutna. Wara prova ma' Trapani fil-Kampjonat tal-A2 fl-Italja, ma kienx irnexxieli għax ma kienx għad hemm li l-plejer jista' jilgħab fil- league u meta tqabbilna ma' barranin mill-Amerika livell huwa wieħed ferm differenti. X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-President Pawlu Sultana? Naħseb li l-MBA ħadet spinta tajba taħt it-tmexxija ta' Pawlu Sultana. L-MBA ħadmet ħafna għall-ġid tal- basketball f 'Malta u dan issa jidher wara sajf ta' rebħ ta' medalji minn ħafna timijiet tan-nazzjonal fi gruppi ta' età differenti kemm irġiel kif ukoll nisa. Jibqa' ħafna xogħol x'isir imma l-persuni involuti fl-MBA qed jaħdmu kemm jistgħu. X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-courts li fihom tilagħbu f 'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali u li kont tilgħab fihom int meta kont tilgħab barra minn Malta? Sfortunatament il-court li nilagħbu fih mhux ta' livell, hemm bżonn investiment f 'court fejn jintlagħab il- logħob biex ikun iktar komdu kemm għan-nies li jiġu jaraw il-logħob kif ukoll għall-plejers li jridu jilagħbu fih. Dis-sena nfetħu training courts ġodda u nisperaw li dan ikun pass 'il quddiem biex issa naħdmu fuq court fejn jintlagħab il-logħob. Il-mezzi tax-xandir f 'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball lokali? Ma naħsibx li l-mezzi tax-xandir jagħmlu biżżejjed għall-basketball u għal sports oħrajn f 'Malta. Sfortunatament naħseb li ħafna mill-mezzi tax-xandir jagħtu l-attenzjoni tagħom lill-futbol anki jekk il-waterpolo u l-basketball iġibu riżultati tajbin u medalji nazzjonali. Hemm bżonn li l-mezzi tax-xandir jagħtu attenzjoni lil sports oħrajn biex nesponu għall-pubbliku sportiv il- kwalitajiet li għandhom sports oħrajn f 'Malta. Tajjeb insemmi li l-basketball fil-mezzi tax-xandir jieħu spinta tajba minn Colin Schembri u minn Willie Vassallo li jaħdmu ħafna biex ixandru l-basketball. Taħseb li għad jiġi żmien f 'Malta meta plejer tal-basketball f 'Malta kemm fil-kamp maskili kif ukoll f 'dak femminili ikun jista' jgħix biss permezz tal-basketball? Fil-basketball, bħalissa hemm Samuel Deguara li qed jagħmel prova fit-Tuneżija u Kurt Cassar li mar Ruma biex jilgħab. L-opportunitajiet huma hemm. F'dan iż-żmien u jekk il-plejers żgħar ikunu determinati u jaħdmu ħafna ma tistax tgħid x'għad jiġri fil-futur. Kif tħares lejn il-futur tiegħek fil- basketball? Wara li nieqaf bħala plejer bħalissa m'għandix ħsibijiet biex inkun kowċ jew parti minn xi kumitat, imma ma tistax tgħid x'għad jiġri fil-futur. Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil- basketball lokali u mhux biss għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball. Messaġġ liż-żgħar mhux tal- basketball biss huwa biex ma jieħdu xejn b'ovvju. Tajjeb kemm plejer ikun irid jibqa' jitħarreġ bis-saħħa kollha u s-serjetà meħtieġa għax dejjem ikun hemm xi ħadd lest biex jeħodlok postok! SPORTSillum Michael Naudi – bla dubju fost l-aqwa plejers li qatt ipproduċa l-basketball lokali f'kull żmien hekk kif rebaħ xejn inqas minn sitt unuri personali tal-Plejer tas-Sena -istess sport. "Tajjeb kemm plejer ikun irid jibqa' jitħarreġ bis-saħħa kollha u s-serjetà meħtieġa għax dejjem ikun hemm xi ħadd lest biex jeħodlok postok!" Fost l-aqwa plejers tal-basketball CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014