Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 Ritratt: Ray Attard Diskors imqanqal dwar ir-ruħ soċjali VERONICA LYNN MIZZI ILPRESIDENT ta' Malta kompliet issostni l-għajta tal-għaqda fil-pajjiż u r-ruħ soċjali li kienet tant temmen fiha meta kienet għadha ministru. Dan deher biċ-ċar fid-diskors li għamlet l-Eċċellenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca fl-okkażjoni ta' Jum ir-Repubblika. F'dan id-diskors, qajmet diversi punti li kollha kienu jirriflettu l-istat tas-soċjetà Maltija. Fetħet id-diskors b'tislima lil dawk li ħadmu qatigħ għall-kisba tar- Repubblika u dawk li ħadmu għat-tiġdid tal-qasam soċjali. Tkellmet b'passjoni dwar id-diversità li tgħaqqadna fil-pajjiż, waqt li kkundannat lista ta' sfidi soċjali u reali li jtappnu din l-għaqda u "jieklu x-xibka tal-ħadid li żżomm Repubblika magħquda fid-diversità tagħha," fejn fost l-oħrajn semmiet il-vulnerabbilità, l-inugwaljanza u l-esklużjoni. Saħqet ukoll dwar l-importanza li l-mexxejja jkunu hemm biex jaqdu lill-poplu u fost l-oħrajn, "jitgħallmu daqskemm jgħallmu u jisimgħu aktar milli jitkellmu." Waqt li qalet dan, semmiet ukoll l-importanza li f 'demokrazija li ninsabu fiha, nagħtu widen lil kull min għandu xi ħaġa xi jgħid fis-soċjetà. U dan sabiex ir-Repubblika tkompli tiġġedded. Kompliet billi qalet kif il-burokrazija xxekkel it-tiġdid u s-solidarjetà soċjali għaliex b'hekk tkun qed tixxekkel l-effettività tal-ġustizzja soċjali. Waqt dan id-diskors li jikkommemora l-40 sena ta' Malta Repubblika, il-President sostniet li għalkemm din ir-Repubblika kellha tinbena fuq ix-xogħol, għad fadal x'isir sabiex dan isir realtà. "Dan mhux biss għax hawn eluf li mhumiex jaħdmu, iżda għax għad hawn min qiegħed jaħdem f 'ambjent tax-xogħol li jisfruttah, b'periklu għas- saħħa u għall-ħajja, u bil-prekarjat," minbarra dawk li ma jistgħux jaħdmu għal xi raġuni jew oħra. Dan minkejja l-fatt li sfortunatament hawn min qed jabbuża minn dawn is-servizzi soċjali. Dan mingħajr ma jrid iġegħelna naħsbu dwar dak li qal il- Ministru Scicluna fil-baġit fejn qal li 'li tkun single mother mhix professjoni.' Tul id-diskors, il-President għamlet aċċenn għal immigrazzjoni b'rata għolja li qed taħkem lil pajjiżna f 'dan iż-żmien. Għal dan, Coleiro Preca waqt li ffukat ħsibijietha fuq dawk li tilfu ħajjithom tul il-vjaġġ biex jaħarbu minn pajjiżhom, qalet li Malta għandha tfittex l-għajnuna internazzjonali u s-sens ta' solidarjetà ma jkunx biss wieħed nazzjonali. Poġġiet ukoll il-mistoqsija li kien staqsa l-Papa Franġisku dwar jekk l-Ewropa għajjitx quddiem l-isfidi tal-lum. Punt ieħor li qajmet il- President waqt id-diskors tagħha tal-bieraħ hija l-pożizzjoni u l-irwol li r-reliġjon għandu fis-soċjetà u huwa tajjeb li "nistaqsu xi jfisser il-proċess ta' sekularizzazzjoni u diversità reliġjuża, u kif se naġixxu għal dan il-proċess." Dan intqal fid-dawl tal-punt ta' inklussività u diversità li kompliet tisħaq fuqu aktar tard fid-diskors. B'din id-diversità, kompliet il-President, tittama li tkompli titkattar fil-pajjiż id- demokrazija mingħajr indħil u li tiddjaloga billi tagħti spazju lil kull għan pożittiv. Il-President Marie Louise Coleiro Preca temmet id- diskors tagħha fuq l-istess tema tal-bidu tal-istess diskors b'tislima lil min ħadem għal din il-ġrajja ta' pajjiżna u t-tiswir tal- Kostituzzjoni ta' Malta. Fl-istess waqt, Coleiro Preca kompliet tgħid li hemm bżonn li din tiġi riveduta sabiex tlaħħaq mal-iżvilupp soċjo-ekonomiku tal-pajjiż fil-ġurnata tal-lum. Dan sabiex, "il-Kostituzzjoni tħares lejn dawn ir-realtajiet tal-pajjiż u l-ħtieġa tal- poplu," temmet tgħid il- President.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014