Illum previous editions

illum 14 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/433163

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 14 ta' Diċembru 2014 | illum 9 magħmul minn pjanċi taż- żingu li kien jagħti għal karma żgħira. Kif fetaħ il-bieb splodiet il-bomba. Bl-isplużjoni Farrugia safa mtajjar aktar minn tliet metri mid-daħla tal-għalqa. Minn eżamijiet li saru minn diversi esperti, kien ġie stabbilit li mal- isplużjoni Farrugia ttajjar u wara li ħa tisbita fl-art baqa' jitkaxkar madwar żewġ metri oħra bil- blast. Dan kien stabbilit minn kif instab id-demm bl-aktar li kien hemm kien madwar rasu. Huwa sofra ħruq estensiv minn qaddu 'l fuq. Farrugia spiċċa wiċċu 'l fuq u madwar nofs il-pjanċa tal-bieb tal-għalqa weħlet ma' sidru. Huwa sofra ġrieħi gravi fil-parti ta' fuq ta' sidru u n-naħa tal-lemin ta' wiċċu kien imtajjar u maħruq. Ġrieħi gravi ħafna kienu evidenti f 'għonqu, spallejh u jdejh tant li ħafna mis-swaba' sfaw imtajrin. Wieħed mis-swaba' nstab f 'nofs it-triq, distanza ta' 25 metru, ieħor instab ħdejn ir-rota fejn anke nstabu mazz ċwievet filwaqt li subgħa ieħor instab fl-għalqa madwar 15-il metru 'l bogħod. Il-kappell tat-tibna li kien liebes tar aktar minn għaxar metri u spiċċa wkoll fl-għalqa. Il-ġrieħi gravi li sofra, u li kkawżalu l-mewt, kienu fil-parti ta' fuq ta' ġismu tant li ma sofra ebda ġrieħi minn qaddu 'l isfel. Jinstab minn eks-Pulizija Għall-ħabta tas-7.30am kien għaddej mit-triq Nazzareno Pace, eks-Pulizija li għal xi żmien kien ikun wieħed mill- membri tas-sigurtà meta Ninu Zammit kien Ministru, li ra katavru ta' raġel mitluq fl-art bi ħruq estensiv f 'sidru, wiċċu, rasu u jdejh. Rapport f 'wieħed mill-ġurnali kien jgħid li meta Pace sab il-katavru ta' Farrugia kien għad hemm id-duħħan ħiereġ minnu. Pace baqa' sejjer dritt l-Għassa tal-Pulizija taż- Żurrieq fejn informa lill- Pulizija b'dak li kien ra. Fost l-ewwel persuni li marru fuq il-post kien ħu l-vittma, Żaren Farrugia. Huwa kien qal li tant l-isplużjoni kienet fil-qrib li wiċċu ma kienx ingħaraf min hu u ntgħaraf mill-ħwejjeġ li kien liebes. Dakinhar Karmenu kien liebes qalziet blu li miegħu kellu ċintorin bil- bokkla tal-aluminium, żarbun griż, kalzetti blu u qmis ħadra. Il-vittma kien dejjem jilbes kappell tat-tibna li ma kienx deher ħdejh. Kien meta bdew l-investigazzjonijiet li l-kappell ta' Karmenu nstab aktar minn għaxar metri 'l bogħod minn fejn seħħet l-isplużjoni u spiċċa f 'għalqa. Fi ftit ħin marru fuq il-post diversi Pulizija fosthom dawk tad-Distrett immexxijin mill- eks-Spettur Walter Spiteri flimkien mal-eks-Kummissarju tal-Pulizija Ġorġ Grech li dak iż-żmien kien Supretendent, l-eks-Supretendent Dennis Balzan u l-eks-Spettur Kevin Ellul Bonici b'dawn tal-aħħar mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali. Il-Pulizija għalqu l-aċċess għat-triq biex tkun priservata x-xena tar-reat. Bil-każ kien informat il-Maġistrat tal- Għassa Dr Noel Cuschieri li mexxa l-Inkjesta Maġisterjali. Huwa ħatar bħala esperti tal-Qorti lill-Perit Richard Aquilina u lill-Kurunell Albert Camilleri li dak iż-żmien kien Maġġur u llum irtirat. Flimkien ma' dawn l-esperti kienu nħatru wkoll l-Uffiċjali tax-Xena tar-Reat. Ħasbu li l-bomba kienet tal- vittma stess Kif waslu l-Pulizija fuq il-post u raw ix-xena tar-reat fosthom li l-Karmenu Farrugia kellu feriti gravi fil-pali ta' jdejh, għall- ewwel issuspettaw li Farrugia kien qed iġorr xi splussiv, jew il-bomba, u din ħadet f 'idejh aċċidentalment. Kien meta bdew jaslu l-esperti tal-Qorti li flimkien mal- Pulizija komplew jiflu x-xena tat-traġedja li bdew joħorġu fatti konkreti li l-każ kien ta' omiċidju u mhux aċċidentali. Ħsarat bl-isplużjoni u nirien Il-bomba mhux biss qatlet lil Farrugia, iżda kkawżat ħsarat strutturali kemm bil-blast kif ukoll bin-nar. Il-bieb li miegħu tpoġġiet il-bomba kien wiesa' inqas minn metru, tant li kien biżżejjed kemm tgħaddi persuna. Fil-fatt dan għadu hekk sal-lum il-ġurnata. Il-ħsarat li kkawżat il-bomba kompliet għamlitha diffiċli kemm għall-espert tal-Qorti kif ukoll għall-investigaturi biex jistabilixxu ċerti dettalji tant li kellhom jerġgħu jmorru fuq il-post aktar minn darba. L-isplużjoni kkawżat ħsarat fil-pjanċi taż-żingu li kien magħmul il-bieb li miegħu tpoġġiet il-bomba, ġebel li kien jifforma l-ħajt tas-sejjieħ taru għal diversi metri, pjanċi oħrajn li kienu jiffurmaw parti mis- saqaf tal-kamra żgħira li kien hemm wara l-bieb ukoll ġarbu ħsarat estensivi. In-nirien li kienu kkawżati mill-isplużjoni dewbu anke ħġieġ ta' tieqa jew twieqi. Il-bomba tpoġġiet fuq wara tal-bieb taż-żingu Minn aktar stħarriġ li għamilt fl-aħħar jiem, jirriżulta li min poġġa l-bomba għamel dan billi qabeż iċ-ċint baxx, x'aktarx min- naħa ta' wara qrib iċ-ċimiterju, u mhux fetaħ il-bieb li jagħtiv għall-għalqa. Il-bomba tpoġġiet fuq wara tal-bieb biex ma tkunx tidher minn barra minn xi ħadd kif ukoll biex il-vittma ma jindunax biha. Din tpoġġiet madwar metru 'l fuq mill-art u li x'aktarx bejn il-bieb u l-koxxa tal- entratura. Dawn il-fatti jindikaw li l-bomba tpoġġiet biex toqtol lil Karmenu u mhux biex issir ħsara lill-propjetà tiegħu. Kollox jindika li meta Karmenu wasal fuq il-post, huwa poġġa r-rota maċ-ċint, ħareġ iċ-ċwievet, għażel iċ- ċavetta tal-katnazz u fetħu. Kif imbotta l-bieb 'il ġewwa, kien hu stess li attiva l-bomba u din splodiet f 'wiċċu. Minkejja li din kienet fuq in-naħa l-oħra tal-bieb, partijiet mill-pjanċi taż-żingu daħlu f 'sidru kif ukoll biċċa mill-katnazz daħlet f 'dirajgħ ix-xellugija. Minħabba l-fatt li l-ħolqa fejn kien jidħol il-katnazz instabet mhix mittifsa u mwaħħla maċ-ċaċċiss tal-bieb, l-investigaturi waslu għall- konklużjoni li kien Farrugia li fetaħ il-katnazz. Intuża splussiv qawwi Mill-investigazzjonijiet li saru fil-jiem ta' wara l-qtil ta' Farrugia, kien stabbilit li l-bomba ma kinitx magħmula minn splussiv pirotekniku, dak li jintuża għal-logħob tan-nar, imma kien splussiv qawwi. Irriżulta wkoll li l-bomba kienet magħmula minn madwar 400 gramma ta' Nitrat tal-Ammonju (Ammonium Nitrate) li huwa meqjus bħala splussiv qawwi. Il-materjal splussiv tpoġġa f 'kontenitur tal-ħadid. Dan jirriżulta minn frammenti tal-metall li kienu elevati minn pjanċi li kienu jagħmlu parti minn saqaf ta' kamra u mal-ġebel li taru mal- isplużjoni. Kien stabbilit, kif għidt aktar 'il fuq, li l-bomba splodiet hekk kif il-vittma fetaħ il-bieb u għalhekk kien hu stess li attiva l-mekkaniżmu tal- bomba. Din hija magħrufa bħala "Bomba Nasba". sena ilu fil-Qrendi Bħalma qed nagħmlu ma' kull storja ta' delitti mhux solvuti, qed nappellaw lil kull min jaf xi ħaġa dwar dan il-qtil biex jgħaddi kull informazzjoni lill-Pulizija billi jċempel fuq in-numri 119 jew 21224001. Appell taż-żingu splodiet bomba f 'wiċċu Ritratti: John Pisani "Il-bomba tpoġġiet fuq wara tal-bieb biex ma tkunx tidher minn barra minn xi ħadd kif ukoll biex il- vittma ma jindunax biha" Bieb taż-żingu li jagħti għall-għalqa li kellu Karmenu Farrugia kif inhu llum 27 sena wara li nqatel Dehra ġenerali fejn seħħ il-qtil ta' Karmenu Farrugia. Il-vleġġa timmarka l-katavru tar-raġel Il-katavru ta' Farrugia fejn safa mtajjar bil-bomba. Tidher ukoll ir-rota ħdejn il-daħla tar-razzett

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 14 December 2014