Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 28 69 90 34 48 79 14 40 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta LISTER Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun EVANS Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Qormi FLEURDELYS Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara O'HEA Pharmacy, 115, Triq Manoel De Vilhena, Gżira ST. Julians Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Catherine Pharmacy, Triq id- Dielja C/W Triq Santa Katerina, Attard ROTUNDA Pharmacy, 7, Triq il-Kun- gress Ewkaristiku, Mosta EURO Chemist, Triq il-Kurazza, Qawra FLEMING Pharmacy, 61, Triq Ħaż- Żabbar, Paola SAN Filippu Pharmacy, 155, Triq il- Vitorja, Isla SAN Tumas Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka, Marsascala BETA Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq ŻURRIEQ Dispensary, 68, Triq il- Kbira, Żurrieq ST. Nicholas Pharmacy, 1, Triq il-Parroċċa, Siġġiewi IMTARFA Pharmacy, 207, St. David Road, Mtarfa CASTLE Pharmacy, 2, Misraħ l-In- dipendenza, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur Zammit ma' joffri xejn bla ħlas It-triq 'il quddiem hi li jiġu ngaġġati Pulizija ġodda - Carmelo Abela Ikompli minn paġna 1 Minn dokumenti li rat din il-gazzetta, wieħed mill- bidders kien lest li joffri mingħajr ħlas, servizzi ta' ambulanza, kura, rikoverazzjoni kif ukoll tiswija ta' annimali li jgħixu barra t-triq u li jkunu miġbura mid-Dipartiment tal-Animal Welfare. Madankollu s-servizz preżenti offrut minn Zammit ma joffri xejn minn dan kollu bla ħlas, tant li din is-sena biss, id-Dipartiment tal-Animal Welfare ħallas lil Zammit €99,000. Saru wkoll pagamenti oħra ta' €91,000 fl-2013, €84,000 fl-2012 u €57,000 fl-2011 – total ta' €331,000. Kundizzjoni oħra mniżżla fl-espressjoni ta' interess kienet li min jintgħażel, joffri s-servizzi taċ-ċentru b'xejn lill-għaqdiet non- governattivi li jaħdmu u jipprovdu servizzi lill-annimali iżda anke hawnhekk, l-operatur preżenti qed jitlob ħlas ta' 80% tal-prezzijiet li normalment jitlob mingħand min jagħmel użu minn dan iċ-ċentru bħala servizz privat. Diskrepanza oħra hi li l-espressjoni ta' interess kienet tispeċifika li l-manutenzjoni tal-post trid issir mill-operatur magħżul iżda din is-sena biss, id- Dipartiment tal-Animal Welfare ħallas is-somma ta' €54,000 f 'manutenzjoni li kien hemm bżonn issir fil- post dejjem skont l-obbligi li hemm fil-kuntratt preżenti. Dan apparti li tħallsu wkoll mal-€25,000 oħra f 'manutenzjoni tal- post fis-sentejn ta' qabel. Ikompli minn paġna 1 "Se nkun qed nara li ssir reviżjoni biex ikun żgurat li l-Pulizija ta' Riżerva, jew aħjar dawk li jkunu ngaġġati lura fuq bażi ta' partajm, huma kollha kapaċi biex jaqdu d-dmirijiet mitluba minnhom bħala membri fil-Korp tal-Pulizija" Dan qalu l-Ministru għall-Intern u s-Sigrutá Nazzjonali, Carmelo Abela, lill-ILLUM filwaqt li nsista li t-triq 'il quddiem hi li jiġu ngaġġati Pulizija ġodda. L-ingaġġ lura fil-korp ta' numru ta' Pulizija anzjani ħasseb numru ta' nies dwar kemm dawn jistgħu jkunu validi fil-qadi ta' dmirijiethom. Sorsi fi ħdan il-korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM urew it-tħassib tagħhom li Pulizija ta' etá avvanzata ħafna ma jistgħux jagħtu l-massimu tagħhom speċjalment f 'każ ta' emerġenza nazzjonali. "Ma nistgħux naraw kif Pulizija ta' 80 sena li jkun 'on duty' u jinqala' każ ta' emerġenza nazzjonali fejn il-Korp ikollu bżonn rinforz qawwi, kif dawn jistgħu jagħtu sehemhom u jaħdmu spalla ma' spalla magħna". Minn naħa tiegħu l-Kummissarju l-ġdid Michael Cassar qal li ma jeskludix li minn fost dawk li daħlu lura fil-Korp hemm elementi tajbin u li minkejja l-etá avvanzata tagħhom hemm uħud li jista' jkun li għadhom validi ħafna. "Jien l-ewwel wieħed li tgħallimt ħafna minn membri tal- Korp li kienu ta' età ħafna ikbar minni", qal Cassar. Filwaqt li hemm min qed isostni li kien żball li ddaħħlu lura fil-Korp persuni 'l fuq minn 70 sena u li dawn għandhom jitwaqqfu immedjatament, jidher li dan mhux possibbli li jsir minħabba regolamenti fil-liġi tal- impjieg. Intant din il-gazzetta hi nfurmata li fl-ewwel xhur tas-sena d-dieħla mistennija toħroġ sejħa għal reklutaġġ ġdid fil-Korp tal-Pulizija. Iċ-Ċentru San Franġisk f'Ta' Qali L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 12˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab u b'ċans ta' xi ħalba xita iżolata kultant VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba RIĦ: Majjistral forza 5 lokalment forza 6 li jdur lejn il-Grigal forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 billejl BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir qawwi, u jerġa' jsir moderat għal qawwi billejl L-OGĦLA: 18˚Ċ L-INQAS: 13˚ Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Grigal għal-Lvant forza 3 għal 4 loka- lment forza 4 għal 5 li jonqos bilmod u jsir mill-Punent għall-Majjistral forza 2 għal 3 BAĦAR: Moderat għal qawwi li jsir moderat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014