Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 35

Id-Data u l-Oriġini Storikament, il-bidu ta' din il-festa ma kienx xi wieħed reliġjuż, anzi kienu bosta ċelebrazzjonijet pagani li kienu jiġu ċċelebrati f 'dawn iż- żminijiet fosthom Saturnalia li kienet tiġi ċċelebrata bejn is-17 u t-23 ta' Diċembru u Deus Sol Invictus jew iċ-Ċelebrazzjoni ta' għeluq snin ix-xemx fil-25 ta' Diċembru. Għal dawn il- festi, l-Knisja Kattolika kienet iddiżapprovat bil-qawwa dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Minħabba f 'hekk, intgħażel il-25 ta' Diċembru biex jiġi ċċelebrat jum it-twelid ta' Ġesù Bambin anke jekk m'hemm l-ebda evidenza li dan huwa verament il-jum li fih twieled. Anzi, ħafna teologi jikkalkulaw li fil-fatt, Ġesù ma twelidx fil-25 ta' Diċembru imma xi żmien f 'Settembru, bejn is-sena 6 QK u 30WK. Kien imbagħad fis-sena 350 li l-Papa Ġulju I għamel il-25 ta' Diċembru, il-ġurnata uffiċjali taċ-ċelebrazzjoni tal-Milied. Għalkemm il-lum il-ġurnata, il-festa tal-Milied hija ċċelebrata kważi kważi f 'kull pajjiż madwar id-dinja, fl-Istati Uniti damu sas-sena 1870 biex din il-festa ġiet iddikjarata bħala vaganza uffiċjali. Għal kuntrarju ta' dak li jaħsbu ħafna, il-kelma Xmas biex nirreferu għall-Milied, mhix xi waħda anti-Kattolika u għandha l-għan li tneħħi lil Kristu mill- Milied. Anzi, ix-X f ' Xmas ġejja mill-ittra Griega Chi, li l-ewwel ittra tal-kelma Griega li tfisser 'Christ' bl-Ingliż. Il-Presepju F'kull presepju, fost il-bosta pasturi ta' personaġġi relatati mal-istorja tan-natività nsibu t-tlett magi quddiem il-maxtura lesti biex joffru r-rigali tagħhom. Però, għalkemm imdorrijin dejjem nagħmlu tlett pasturi tal- maġi fil-presepju, fil-Bibbja, qatt ma nsibu n-numru eżatt ta' nies li kien hemm joffru r-rigali. Fil- fatt, fil-Vanġelu ta' San Mattew, nsibu biss referenza għal 'xi maġi mil-Lvant' bla ebda numru ta' kemm kienu. Fil-presepju wkoll, f 'ħafna mill-drabi naraw il-maxtura b'Ġesù Bambin ġo xi forma ta' stalla tal-injam, fejn kienu joqogħdu l-annimali, imma mid-dehra, dan ma kienx il-każ għaliex skont xi studji, Ġesù twieled f 'għar jew xi tip ta' grotta minflok. Santa Klaws Il-figura tant popolari u maħbuba ta' Santa Klaws, kif forsi hawn min jaf, hija bbażata fuq persuna reali li ħafna jafuh bħala San Nikola. Kien qaddis li twieled fis-seklu erbgħa f 'Patara fit-Turkija u huwa l-iktar qaddis popolari minn fost dawk li mhux imsemmijja fil-Bibbja, u ġie mpitter jew inkluż f 'xi arti aktar minn kull qaddis, minbarra fil-Madonna. Għal kuntrarju ta' kif jidher Santa Klaws f 'ħafna mill-istampi u tpinġijiet tal-lum il-ġurnata, fl- ewwel stampi, San Nikola kien jidher bħala bniedem serju u ta' dixxiplina. Kif inhu magħruf, xogħol Santa Klaws huwa li jqassam ir-rigali lit-tfal kollha fil-lejl tal-Milied, Skont statistika tal-UNICEF, fid-dinja hawn madwar 2,106 miljun tifel u tifla taħt it-18-il sena. Jekk nikkalkulaw li joqogħdu 2.5 tfal f 'kull dar, Santa Klaws jeħtieġlu jieqaf 842 miljun darba, u jivvjaġġa 221 miljun mil biex idur it-tfal kollha. Ikollu jivjaġġa bejn dar u oħra f '0.0002 ta' sekonda u dan kollu f 'lejl wieħed. Missier il-Milied, ikollu l-għajnuna tar-renni tiegħu biex jġorrulu l-islitta matul il-lejl. Dawn ir-renni għandhom ismijiet li jinstemgħu li huma maskili bħal Rudolph, Blitzen u Comet, però mhux possibli li dawn kienu renni maskili għaliex dawn tal-aħħar jbiddlu l-'antlers' tagħhom fi żmien il-Milied, allura ir-renni li jkunu qed jiġbdu l-islitta ta' Santa Klaws, possibilment ikunu renni femminili. Is-Siġra tal-Milied L-ewwel persuna li użat siġra biex tiddekora għall-Milied, u għaldaqstant, l-ewwel siġra tal-Milied kien il-Protestant Martin Luther. Skont kif jingħad f 'leġġenda, ra siġra taż-żnuber li minn qalb il-friegħi tagħha, seta' jara d-dawl tal-kwiekeb ileqq. Tant kemm issaħħar b'din il-veduta, li ħa miegħu id-dar siġra u żejjinha b'xi xemgħat biex ikun jista' jaqsam dak li ra, ma' wliedu. Skont ir-rekords dinjija ta' Guinness, l-itwal siġra tal- Milied li qatt inqatgħet kien fl- 1950 u kienet twila 67.3 metru li ġiet imżejna biex titpoġġa f 'ċentru kummerċjali f 'Seattle fl-Amerika. L-ewwel tiżjin li kien jintrama' fuq dawn is-siġar kien tuffieħ fejn fi żmien il-Milied, l-atturi ta' żmien il-Medju Evu kienu jużawhom biex jirrapreżentaw il-ħolqien u l-waqgħa ta' Adam u Eva. Il-Kartolini tal-Milied L-ewwel kartolina tal-Milied, fl-1843 ġiet ikkummissjonata minn Sir Henry Cole, fejn qabbad lill-illustratur John Callcott Horsley biex jiddisinja kartolina li jkun jista' jibgħatha biex iwassal ix-xewqat tiegħu. Għall-kuntrarju tal-kartolini li naraw illum, fejn f 'ħafna mid-drabi jkollhom xi tema reliġjuża jew marbuta max- xitwa, l-ewwel kartolini tal- Milied kellhom fuqhom xi fjuri jew fatatini (fairies) biex juru li riesqa r-rebbiegħa. Il-kartolini għandhom suq kbir u f 'dawn iż-żminijiet jintbagħtu ammonti kbar, tant li fl-Istati Uniti biss, jintbagħtu iktar minn 3 biljun kartolina tal-Milied. Kurżitajiet oħra Minn stħarriġ li sar fejn ġew analizzati l-posts fuq Facebook, deher kif l-aktar żmien fejn kien hemm l-aktar separazzjonijiet ta' koppji, kien ġimagħtejn qabel il-Milied waqt li fil-ġurnata tal- Milied, huwa l-inqas popolari biex isir dan. Il-ponsjetta, li hi magħrufa bħala l-pjanta tal-Milied għall- kulur aħmar tagħha, għandha oriġini Messikani fejn l-Azteki kienu jużawha sabiex inaqqsu d-deni, u dan minħabba l-ahmar tagħha li jissimbolizza l-purità. Il-bejgħ li jsir fil-Milied, jammonta għal iktar minn 16% tal-bejgħ kollu li jsir matul is- sena kollha. Veronica Lynn Mizzi vmizzi@mediatoday.com.mt Issa li fadal biss ftit ġranet għall-Milied, tajjeb li wieħed iħares lejn xi fatti kurjużi dwar din il-festa biex japprezza l-istorja u l-oriġini ta' din iċ-ċelebrazzjoni. Fatti kurjużi dwar il-Milied Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 11 L-ewwel kartolina tal-Milied li ntbagħtet fl-1843

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014