Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 ILLUM il-Ħadd se tkun organizzata festa kbira ta' divertiment għat-tfal fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat, organizzata mill-Kumitat Milied f 'Għawdex. F'din l-attività mistennija jitqassmu elf bambin f 'ħinijiet differenti flimkien ma' xejn inqas minn sitt elef tifkira oħra x'jieħdu magħhom it-tfal li se jieħdu sehem f 'din il-festa bit-tema Dinja tat-Tfal u Ħallu t-tfal jiġu għandi. Il- bambini nħadmitilhom maxtura magħmula mill- ixkora minn voluntiera mill-Parroċċa Madonna ta' Loretu taħt id-direzzjoni tal-Arċipriet Dun Frankie Bajada. Se jkunu jistgħu jiltaqgħu wkoll mal-artisti ta' 'Iċ-Ċaqqufa' fil-11am. Iċ-ċermen tal-Kumitat qal li din l-attività hi mmirata għat-tfal biex jiddevertu u jieħdu pjaċir jagħmlu dak li jħobbu jaghmlu, jilagħbu u mingħajr l-ebda ħlas u jgħixu dak li veru hu l-Milied, tifkira tat-twelid ta' Ġesù Bambin. It-tfal se jkollhom ċans jieħdu sehem f 'numru ta' inizjattivi. Se jiltaqgħu ma' karattri popolari li normalment jarawhom fuq it-televiżjoni Winnie the Pooh, Tigger, Dora & Diego, Tom & Jerry, Barney, Super Mario, Bugs Bunny, Fireman Sam, Hello Kitty, Spiderman, Minion, Olaf, Mickey & Minnie, iżda fuq kollox se jiltaqgħu man-Nanna Tona u Nannu Pawlu u jistgħu jieħdu ritratt magħhom. F'din l-attività, t-tfal se jintalbu jaħsbu f 'dawk li jista' jkollhom xi bżonn fl-okkażjoni tal-Istrina u dan waqt li l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca tkun qiegħda ddur mal- irħula Għawdxin fi tmiem il-ġimgħa ddedikat għal Għawdex għall-Istrina. illum@mediatoday.com.mt John Busuttil Dinja tat-Tfal fil-Gozo Sports KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mil-Erbgħa, 7 ta' Jannar 2015 indirizzati lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd COPYWRITER U KOORDINATUR TALMIDJA PERMESS TALETC: 205/2014 Il-persuna magħżula ser tkun qed taħdem f 'ambjent dinamiku u jkollha r-rwol li tesegwixxi u tirna kampanji integrati ta' marketing biex tkun żgurata konsistenza ta' kif tidher id-ditta. Bħala parti mit-tim tal-midja soċjali, PR u l-komunikazzjoni, il-persuna ser tkun responsabbli biex tittrasforma l-pjattaformi tal-komunikazzjoni tal-Aġenzija spazji dinamiċi ta' informazzjoni utli u rilevanti bil- għan li tistabbilixxi komunikazzjoni mall-pubbliku. Il-persuna għandha tuża mezzi tradizzjonali u diġitali varji sabiex ttejjeb l-għaren u l-edukazzjoni tal-pubbliku dwar proġetti u inizjattivi tal-ICT mill-MITA u l-Gvern. Il-persuna magħżula ser tkun responsabbli minn kitba ta' kontenut ċar u oriġinali għall-pjattaformi varji tal-midja, qari tal-provi, toħloq u tippreżenta storyboards u skripts, taħdem ma' disinjaturi u oħrajn biex tinalizza kontenut u tikkollabora ma' kollegi oħra fuq diversi proġetti simultanjament. Il-persuna magħżula rrid ikollha grad (livell MQF 6 jew ogħla) l-lingwi, l-ġurnaliżmu, komunikazzjoni, marketing jew xi suġġett relatat; ii) ikollha level avvanzat l-lingwa Ingliża / jew l-lingwa Maltija; u iii) jkollha tal-anqas sena esperjenza f 'copywriting u esperjenza addizzjonali ta' sentejn kwalunkwe mill-oqsma li ġejjin: content management, ġurnaliżmu, marketing, komunikazzjoni, midja jew oqsma relatati oħra. • Se jitqassmu elf bambin • Jiltaqgħu maċ- Ċaqqufa L-istorja tal-ilma f 'Għawdex: Pumping station abbandunata DAN il-post b'xenarju li jaqtagħlek nifsek dan l-aħħar kien fl-aħbarijiet għax kien hemm Angelina Jolie u Brad Pitt li użaw dan l-ispettaklu naturali biex jaħdmu film. Dawn ġew, ħallew miljuni ta' ewro, u telqu. Iżda Mġarr ix-Xini għadu hemm bl-istorja kollha li hemm warajh. Mario Pace, William Moran, Robert Pace, Andrea Zerafa, Julian Vassallo, Samuel Bonello u James Dingli huma studenti tal-arkitettura li għamlu riċerka dwar il- pumping station ta' Mġarr ix-Xini. Din ir-riċerka kienet possibbli wkoll grazzi għal għajnuna mill-kumpanija RA & Sons Manufacturing. L-istudent Mario Pace spjegalna eżatt x'inhu dan il-bini. Mill-informazzjoni miġbura jidher li fl-1880 il-Gvernatur Hely-Hutchinson kien ta istruzzjonijiet lill-inġinier Osbert Chadwick biex jagħmel spezzjoni tad- distribuzzjoni tal-ilma f 'Għawdex fejn sa dak iż-żmien il-gżira kienet tiddependi minn nixxigħat naturali u ilma tax-xita għalkemm hu magħruf li sal-1886 qatt ma kien hemm evidenza ta' nuqqas ta' ilma. L-inġinier Chadwick kien irrimarka li l-villaġġi ta' viċin Mġarr ix-Xini kienu jiddependu biss mill-ilma tax- xita li kien jinġabar f 'tankijiet. Kien irraporta wkoll li fil-viċinanzi ta' Għajnsielem kien hemm diversi nixxigħat tal-ilma ġieri li kien qed imur fil-baħar tal-port tal- Imġarr. Għalhekk Chadwick kien qal li mill-esperjenza li ġabar f 'Malta wara s-suċċess tal-pumping station f 'Wied il-Kbir, kien jemmen li seta' jinġabar ammont kbir ta' ilma taħt il-wied ta' Mġarr ix-Xini. Barra minn hekk, Chadwick qal ukoll li l-veġetazzjoni abbundanti bħal siġar tal- ħarrub, tin u dwieli kienu juru li l-ilma kien preżenti relattivament qrib il-wiċċ tas-sodda tal-wied u li kull ilma miġbur minn hawn setgħu jieħdu vantaġġ minnu l-villaġġi ta' Sannat, Xewkija u l-Munxar. Mario Pace kompla jirrakkonta li fix-xitwa tal- 1887, ma tantx kienet għamlet xita u b'konsegwenza ta' dan kien hemm nuqqas kbir ta' ilma fix-xhur tas-sajf tant li l-Gvern kellu jibgħat l-ilma bil-karrettuni lejn is-Sannat, ix-Xewkija u l-Għarb biex jisqi lill-abitanti ta' dawn il- villaġġi. Bħala riżultat ta' dan, f 'Jannar tal-1888 l-inġinier G.C. Schinas ippropona proġett fejn l-ilmijiet min- nixxigħat ta' Għajnsielem jiġu ppumpjati lejn il-belt Victoria, ix-Xewkija, is- Sannat, il-Munxar u l-Għarb. Din il-proposta intagħżlet fuq dik li kien qed jipproponi Chadwick għax kellha l-vantaġġ li kienet ibbażata fuq tagħrif eżistenti. Barra minn hekk, qabel tinħadem l-idea ta' Chadwick ried isir studju fuq l-ilma li kien se jieħu ż-żmien u l-proġett kien hemm bżonnu malajr. Sadanittant, għaxar snin wara kien innutat li l-provvista tal-ilma min- nixxigħat ta' Għajnsielem ma kienx qed iservi b'mod suffiċjenti. Għalhekk Chadwick reġa ttanta xortih bi proposta oħra dik li jitħaffru 'shafts' fil- wied ta' Mġarr ix-Xini f 'livelli ta' bejn 50 u 100 pied 'il fuq mill-mejda tal- ilma. L-aspirazzjonijiet ta' Chadwick din id-darba ġew milqugħa u attwati. L-istudent Pace qal li minħabba l-fatturi ġeomorfoloġiċi dan il-proġett kien se jkun wieħed kbir speċjalment meta wieħed iqis li dak iż-żmien il-mezzi kienu limitati. Il-mini li tħaffru biex jassiguraw il-kwalità tal-ilma bdew jiġu kollegati ma' mini jew gallarijiet oħra mal-livell fejn jinġabar l-ilma li jissejjaħ 'water table level'. Dawn il-mini kienu jidderiġu l-ilma f 'bir li minnu jiġi ppumpjat f 'ġibjuni fuq livelli L-istat ta' abbandun li tinsab fih il-pumping station Il-Bambini li se jingħataw lit-tfal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014