Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 13 Il-hairdresser tas-saħħara Mela ħbieb, kont għaddej mill- Mosta u kont qed intella' u nniżżel jekk nidħolx nagħmel xagħri. Hekk kif kont se nidħol, rajt dik il-ħaġa kerha, forma ta' żiemel, b'warrani ta' gwardarobba. Hemm kienet qed taqta' xagħarha minkejja li bħalma jgħidu taqta' kemm taqta', xorta waħda tibqa kerha. U b'dak il-ħsieb nixtiqilha Milied bħal tas-soltu, mimli ħdura u mibgħeda. Min hu dan? Hawnhekk għandkom issibu r-ritratt ta' kandidat Nazzjonalista bl-isem komuni ta' Johan Borg. Mir-ritratt tindunaw bla dubju ta' xejn li din il-persuna għandu wiċċ ta' Nazzjonalist. Jiġifieri persuna li kieku toqgħodlu d-deskrizzjoni "Mangia ostia, caga diavolo." Ole! Saqajh sbieħ wisq Bħas-soltu kont qed indur u lmaħt il-kap Xmun Busuttil jifraħ ma' xi studenti boloh li marru jiċċelebraw għax mingħalihom laħqu xi mkien. U hekk kif tellgħuh fuq spallejhom indunaw kemm għandu saqajh sbieħ. Ħeqq mhux billi mixrub u qisu boy scout, Xmun għandu l-muskoli f 'posthom. Iċ-ċoff ta' JPO Hawn nies kbar, u imbagħad hawn nies kbar ħafna. U jekk għandkom problema tkunu tafu għalxiex qed nirreferi, qed nirreferi għall-kbir JPO. U dan, din il-ġimgħa tefa' post fuq Facebook fejn deher biċ-ċoff. L-istess ċoff li bih ippropona lill-maħbuba tiegħu li jħobbha daqskemm iħobb jidher. U fil- kumment fuq Facebook ivvinta l-istorja li ħafna nies ċemplulu biex jgħidulu biex joħroġ għall- elezzjoni – mal-Lejber ovvjament. U aħna ngħidulu…dream on boy! Lanqas ħabbata ma jriduh Jekk kien hemm xi ħadd speċjali ma rridux ninsew, żgur hu Franco Debono li issa qed jeċita ruħu għall-PN. Ħeqq jiġifieri fi ftit kliem dan qed jimmaġina li se jkun xi ħadd mill-PN li se jiftaħ idejh u jistieden lil Franco lura fil-partit – mingħajr id-driver. U lil Franco ngħidulu li jekk JPO lanqas ħabbata mal-bieb ma jriduh, lilu lanqas paljazza ma jkunu jixtiequh. Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mowbajl. Ibgħat lil illum@mediatoday.com.mt Il-poodle isejjaħ … Sports Complex 'Għawdex: abbandunata fi Mġarr ix-Xini għola tal-gżira li setgħu jidistribwixxu l-ilma permezz tal-gravità biex jiġi kkunsmat. Minħabba li ma kienx hemm tekonoloġija avvanzata dak iż- żmien, il-pompa riedet titħaddem b'makkinarju li jaħdem bil-faħam u għalhekk riedet tinbena infrastruttura apposta. Din kienet tikkonsisti f 'sistema ta' fetħiet skavati fin-naħa t'isfel tal-wied li kienu kollegati mal-bir li jirċievi l-ilma mill-mini u mit-triq ta' Mġarr ix-Xini permezz ta' diversi turġien u 'shaft' li minnu seta' jitniżlu affarijiet ta' daqs kbir minħabba l-makkinarju. Ġew imħaffra żewġ xafts oħra, wieħed kien jintuża għall-exhaust tal-magna u kienet kollegata ma' ċumnija, filwaqt li l-ieħor kien jintuża bħala żurżieqa biex minnu jintefa' l-faħam biex ikun maħżun. Pace spjegalna li kien inbena pont biex jiflaħ il-pipeline li kien jieħu madwar il-wied kollu sa daħla ta' mina li tħaffret apposta, li kienet twassal sa ġibjun fin-Nadur li kien wieħed mill-villaġġi l-aktar għoljin f 'Għawdex. Kien hemm pipeline ieħor li jwassal sal-ġibjun ta' Ċenċ. Bejn l-1925 u l-1927 ġiet installata magna sekondarja li kienet kapaċi tippompja 600,000 gallun u din jingħad li kienet taħdem b'ġeneratur tad-diesel (anke jekk m'hemmx evidenza ċara). Il-gallariji ta' taħt l-art ġew estiżi b'170 pied ieħor biex ikun jista jinġibed ammont akbar ta' ilma. Aktar minn 20 sena wara madwar l-1949, l-istallazzjoni kienet mibdula ma' żewġ pompi li jaħdmu bid-dawl. U kien fl-istess żmien li f 'Ta' Ċenċ inbena ġibjun li kien jesa 5 miljun gallun ilma biex ilaħħaq mal-bżonn ta' wara l-gwerra. Madwar 10 snin wara ġiet mibnija pumping station oħra fix-Xewkija u ġiet kollegata mal-istess sistema ta' gallariji jew mini minn fejn dik ta' Mġarr ix-Xini kienet tiġbed l-ilma. Żewġ pumping stations urew li ma kinux ekonomikament vijabbli meta l-estrazzjoni tal-ilma setgħet issir minn dik tax-Xewkija biss. Mario Pace temm jgħid li fl-1960 ġie propost li l-galleriji jinżlu aktar 'l isfel b'żewġ piedi u nofs ħalli l-ilma kollu li jkun għaddej minn taħt jinqabad fl-istazzjon il-ġdid. Dan irnexxielu wkoll iżid il-kurrent tal-ilma ta' taħt l-art. F'telegramma partikolari kien hemm indikat li ż-żieda fil-konsum tal-elettriku, il-pumping station tax-Xewkija kellha bżonn tlaħħaq ma' volum akbar ta' ilma ppumpjat, u dan seta' jsir b'nofs l-ispejjeż li kienu jitħallsu l-ħaddiema biex jitmexxa l-istazzjon ta' Mġarr ix- Xini. Għalhekk is-servizz tal-aħħar żewġ inġiniera u żewġ ħaddiema oħra li kienu jmexxu l-istazzjon ta' Mġarr ix-Xini ma kienx hemm bżonnhom aktar u b'konsegwenza ta' dan, l-istruttura baqgħet abbandunata sal-lum. Il-Pumping Station fi żminijiet ferm aħjar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014