Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 Qegħdin noqorbu lejn tmiem is-sena, kif tiddeskrivi din is-sena partikolari għall-Knisja Maltija? Kienet sena li jekk nirriflettu sewwa dwarha, naraw li kienet sena li offritilna ħafna sfidi u jekk inħarsu lejn ċertu tibdiliet li kellna madwarna, anke ċerta tibdiliet fil- leġiżlazzjonijiet, għalija dawk huma indikazzjoni li aħna bħala komunità nisranija rridu naħdmu iktar fuqna nfusna. Qed ngħixu f 'soċjetà pluralistika fejn hemm spazju għal kulħadd u għal kollox, imma naħseb li l-attitudni tiegħi bħala nisrani hi li nirriafferma l-konvinzjonijiet tiegħi aktar fil-profond u nifhem għaliex ċerta deċiżjonijiet u mhux oħrajn. Tara iktar tibdil fil-futur immedjat li s-soċjetà tagħna għad trid tgħaddi minnu? Iva nara għaliex sfortunatament aħna nistgħu naħsbu iktar u ngħidlek għaliex. Darba l-Professur Ġużè Aquilina kien qal "we are not a thinking nation" u dik lili jien tbeżżani ħafna. Nemmen li l-Professur Aquilina għandu raġun għax kieku aħna nirriflettu aktar, mhux biss mil-lenti Kristjana imma aktar mill-aspett razzjonali, naslu biex naraw li r-raġuni u l-fidi mhumiex kontra xulxin. Inti r-ragħaj tad-djoċesi t'Għawdex, tara li hemm lok għal ħidma aktar konġunta bejn id- djoċesi li tmexxi int u dik Maltija? X'jista' jsir iżjed minn dak li qed isir jew sar sal-lum? F'dawn id-disa snin ħdimna ħafna flimkien u għamilna diversi passi 'l quddiem. Biżżejjed ngħid li bħala konferenza episkopali matul dawn id-disa' snin iltqajna darba fix-xahar, xi ħaġa li ma kinitx issir qabel. Hemm il-kummissjoni tal-katekeżi u x-xandir tal-Vanġelu. Il-kummissjoni tal-ambjent, il-kummissjoni żgħażagħ u diversi oqsma oħra imma xorta nemmen li hemm lok għal aktar ħidma konġunta. Il- globalizazzjoni mhuwiex biss kunċett fid-dinja lajka imma anke fid-dinja tal-knisja u allura rridu niġbru aktar ir-riżorsi tagħna fejn wara kollox l-isfidi tad-djoċesi ta' Għawdex u ta' Malta huma prattikament l-istess. Imma il-fatt li pajjiż żgħir bħal Malta għandu żewġ djoċesi meta kkumparat ma' pajjiżi oħra fejn djoċesi waħda jkollha miljuni ta' nies, ma' taħsibx li għal pajjiżna djoċesi waħda hi biżżejjed? Ma naqbilx miegħek. Veru li t-trend fil-knisja hi li tgħaqqad Hemm bżonn nimxu minkeb L-isqof Mario Grech beda l-ħajja reliġjuża tiegħu wara li bħala żagħżugħ kien għamel esperjenza ta' volontarjat f'Għawdex stess fejn kien imur bħala voluntier ma' Dun Manwel Curmi li kien jieħu ħsieb persuni b'diżabilità. Jirrakkonta li għal xi żmien kien qed jgħin żagħżugħ ftit akbar minnu wara li dan kellu inċident l-baħar u spiċċa f'siġġu tar-roti. Jgħid li din l-esperjenza ikkonsolidat it- twemmin tiegħu li ried ikun ta' għajnuna lill-ħaddieħor permezz tal- għajnuna t'Alla. Frederick Attard fattard@mediatoday.com.mt Isqof Mario Grech Età: 57 sena Sar qassis 30 sena ilu u ilu 9 snin Isqof t'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014