Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 15 djoċesijiet flimkien imma fiċ- ċirkostanzi li qegħdin ngħixu fihom bħalissa f 'pajjiżna, fejn għandna strutturi u riżorsi biżżejjed biex iż- żewġ djoċesijiet jibqgħu għaddejjin, ma narax raġuni biżżejjed li għandna ningħaqdu fi djoċesi waħda. Imma tini raġuni jew eżempju . . . Bil-qalb kollha. Dan l-aħħar kien hemm laqgħa għall-animaturi tal- liturġija u jien mort nattendi għaliha u qagħadt f 'nofs il-miġemgħa. Fi tmiem il-laqgħa, l-kelliem qal li aħna xxurtjati li ċ-ċkunija tad-djoċesi tagħna tagħmila aktar possibli li l-Maltin ikunu daqshekk viċin l-Isqof. Xi ħaġa li fi djoċesi kbar barra minn Malta tkun impossibli għall-isqof li jkun daqshekk viċin in-nies bħalma aħna mdorrijin f 'pajjiżna. Punt ieħor hu li jien naf in-nagħaġ tiegħi kwazi kollha b'isimhom u allura din tkompli ssaħħaħ ir-relazzjoni ta' bejnietna fl-aħjar interess tal-Knisja. Spiss tkun mistieden minn Kappillani Maltin sabiex tmexxi funzjonijet f 'Malta tant li ħafna minnhom iħarsu lejk b'ċerta stima u rispett . . . Għalkemm jien isqof ta' Djoċesi jien ukoll isqof tal-knisja u għalhekk inħoss li fejn niġi msejjaħ u fejn nista' nagħti xi ħaġa mill-ministeru tiegħi, allura dak ix-xogħol nagħmlu mill-qalb. Meta nkun mistieden jien nitlob li almenu jkolli omelija fejn inkun nista' nikkomunika l-kelma. Ma nieħux gost inkun mistieden sempliċement għall-apparenza u nammetti li ġieli rrifjutajt inviti fejn ma' kienx hemm lok li jien inkun parteċipi bil-preżenza tiegħi. Il- prijorità tiegħi hi li dejjem inkun katekista. Ħadt il-ħatra tiegħek wara l-mibki Isqof Nikol Cauchi. X'kienu l-ewwel deċiżjonijiet importanti jew iebsa li kellek tieħu fit-tmun tal-Knisja Għawdxija? L-isqof t'Għawdex għandu l-impenn li jmur il-festi titulari kollha u allura jien ħadt il-briga li nippriedka fil-festi jien, jiġifieri dawk il-famużi paniġierki, hemm min jakkużani li jiena qridthom u li jien ma naghtix lok għal min hu paniġerkista biex jagħmel il- paninġierku. Jien pero ħadt din l-inizjattiva biex kemm jista jkun f 'Għawdex kollu nagħti xeħta aktar pastorali lill-festi tagħna u ngħin biex jonqos il-parrokjaliżmu li kien hemm. Dik kienet xi ħaġa li sal-lum għadha tkerrah xi uċuħ. Hemm ukoll id-deċiżjoni li jiena ħadt li ma jkun hemm ebda kapillan fil- parroċċa tal-oriġini tiegħu, xi ħaġa li għalkemm qed nattwaha għad hemm min jagħmilli reżistenza bħalma kien hemm fir-Rabat u li kulħadd jaf l-istorja. Il-qassisin fil-parroċċi huma il- 'front liners' tal-Knisja u dawk li verament iħossu l-bżonnijiet tan- nies fit-triq. Kemm hu importanti li l-qassisin ikollhom is-sostenn sħiħ tal-kurja u li jsibu min jismagħhom meta jiffaċċjaw mumenti diffiċli? Jien nixtieq li l-Knisja tkun anqas klerikali fejn is-saċerdot jaħdem il-missjoni insostitwibbli tiegħu imma jkollu miegħu għajnuna minn lajċi li jkunu ffurmati. Nemmen li hemm iżjed spazju fejn lajċi jistgħu jikkontribwixxu fi ħdan il-Knisja. Hemm bżonn li aħna nimxu minkeb ma' minkeb man-nies. Dwar il- ħtieġa li l-qassisin ikunu sostnuti fejn meħtieġ, din hija neċessità importanti ħafna. Pastoralment mhix sitwazzjoni feliċi meta għandek min ikun qed iħossu waħdu u għalhekk nemmen li s-sostenn lis-saċerdoti hu importanti. Fejn mitlub, jien dejjem nagħmel l-almu tiegħi li nsib il-ħin u għalkemm mhux dejjem fl-immedjat, nipprova li xi ftit ħin xi mkien insibu. Hu fatt magħruf li fil-Knisja għandek nies li ilhom iżommu ċerta karigi għal numru twil ta' snin u ħlief għal xi ċaqliq ta' postijiet, l-istess nies ilhom hemm għomor. Taħseb li hemm bżonn ta' evalwazzjonijiet perjodiċi ta' dawn in-nies u li jsir tibdil skont il-ħtieġa? Fuq il-prinċipju naqbel u sfortunatament s'issa dan mhux prinċipju applikat fil-Knisja. Hemm imbagħad realtà oħra, li meta tiġi biex issib in-nies, ma ssibx min hu lest jew għandu l-kwalitajiet neċessarji għall-uffiċċji. Imma ara ma naħsbux li għandek ħafna minn fejn tagħżel. Int kif tagħżlu kappillan? Bħala Kappillan jiena dejjem infittex lil xi ħadd li għandu passjoni għal Kristu u għall-bniedem. Bħala Kappillan irid ikollok traxxinatur, persuna li jrid ikollu animu pastorali. Kif tħares lejn il-futur tal-Knisja? Irridu naħdmu biex nibnu mudell ġdid tal-Knisja. Għandna bżonn ċwiemen ġodda. Bħal meta għandek dgħajsa marbuta bil-ħabel li qed jitmermer jew jiżżarrat u li jekk jinqata', d-dgħajsa tintilef mal- kurrent hekk ukoll hemm bżonn li l-Knisja tagħna tirriforma u tissaħħaħ biex tibqa fid-djalogu mas- soċjetà. Int ħdimt mal-Isqfijiet Ġużeppi Mercieca, Pawl Cremona u Charles Scicluna. X'temmen li huma l-kwalitajiet li hemm bżonn li jkollu l-Arċisqof il-ġdid ta' Malta? Kwalitajiet ta' bniedem mimli b'passjoni għal Sidna Ġesu Kristu għax fuq Ġesu Kristu jrid ikellimna u naturalment ikollu wkoll passjoni għall-bniedem. Meta l-bniedem ikun għaddej minn taħt il-mewġ, għandu bżonn min ittaptaplu fuq spallejh u jgħinu biex jitla 'l fuq mill-ilma u jieħu n-nifs. Dawn huma kwalitajiet li personalment nemmen fihom ħafna. F'Ottubru li għadda int ipparteċipajt fis-sinodu ta' l-Isqfijiet, liema sinodu għadu pendenti u miftuħ għad-diskussjoni. Kif hu mistenni li jaffettwa l-Knisja f 'Malta u x'għandha x'titgħallem il-Knisja Maltija minn dan is-sinodu? Għalija dan kien sinodu singulari. Jien għext sinodu ieħor li kien immexxi mill-Papa Benedittu XVI sentejn ilu imma m'hemmx paragun fid-dinamika kif żvolġa dan is-sinodu taħt Papa Franġisku. Kien sinodu li għinna niffukaw fuq affarijiet ta' importanza fundamentali mhux biss għall-Knisja imma anke għall- bniedem u l-familja. F'Malta għadna m'għamilniex dak li kellna nagħmlu wara s-sinodu ta' xahrejn ilu. Kien hemm żewġ dokumenti li baqgħu għaddejjin fuq l-irjus. Dawn huma l-messaġġ tas-sinodu li jinbgħat lid-Dinja u id-dokument finali li ma ġewx diskussi la fil-fora tal-knisja u laqas fil-fora esterni. Jista' jkun li dan ġara minħabba r-riżenja ta' Pawl Cremona? Jista' jkun iva imma fuq dan is- suġġett importanti ħlejna xahrejn. Nitkellem ma' gruppi fi ħdan il- Knisja u dawn ma' jafux x'ġara matul dan is-sinodu u din hija mankanza gravi ħafna. Il-midja nnutat li waqt kolazzjon matul is-sinodu, il-Papa Franġisku taptaplek fuq spallejk . . . Il-midja għandha ħafna fantasija. Fantasija jew il-midja tipprova taqra xi sinjali? Le xejn minn dan. Filwaqt li matul is-sinodu ta' sentejn ilu l-Papa Benedittu kien jingħalaq waħdu f 'kamra jieħu l-kafè, dan il-Papa dejjem kien preżenti magħna u jitkellem u jikkomunika magħna, anke waqt il-ħin ta' waqfa kafè. Imma xejn iżjed minn hekk. X'inhu l-awgurju tiegħek f 'dawn iż-żmien ta' festi? Il-Milied hu xahar ta' dwal iteptpu u jixgħelu imma jasal Jannar u d-dwal jintfew. Jien nixtieq li din il-kewkba tad-dawl ta' Betlem tibqa' tiddi fostna u ma tintefiex. Ġesù Kristu huwa dawl li kapaċi jixgħel anke fil-qalb ċkejkna tagħna l-bnedmin. minkeb ma' minkeb man-nies "L-isqof t'Għawdex għandu l-impenn li jmur il-festi titulari kollha u allura jien ħadt il- briga li nipprietka l-festi jien"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014