Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 Ittri Il-Punt STATISTIKA fi ħdan ir- Reġistru Nazzjonali tal- Kanċer f 'Malta turi li madwar 2,000 individwu fis-sena jiżviluppa xi kanċer, b'medja ta' 700 persuna fis-sena jitilfu l-battalja tagħhom kontra din il-marda – figura li effettivament tqarreb lejn 25% tal-imwiet kollha f 'Malta fis-sena. Dawn in-numri waħedhom huma aktar minn biżżejjed biex jixprunaw lill-Gvern ikompli jagħti importanza sħiħa lill-espansjoni u lill- investiment ma jaqta' xejn fil-kura kontra l-kanċer. Il- kura kontra l-kanċer minnha nnifisha hija kumplessa ħafna minħabba aspetti varji marbuta ma' proċessi ta' dijanjosi u terapija. Dan fl-istess mument li r-riċerka f 'dan il-qasam tagħti spunti kontinwi ta' innovazzjoni fil-qasam tat-trattament tal-kanċer u l-prevenzjoni tiegħu. F'dan l-ambitu, bi pjaċir ngħid li fil-ġranet li ġejjin, l-Isptar tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo ser jibda jilqa' fih l-ewwel pazjenti fuq bażi ta' outpatients. F'din l-ewwel fażi ta' migrazzjoni tas-servizz mill-Isptar Boffa għal Sir Anthony Mamo, il-pazjenti ser jibbenefikaw minn ambjent isbaħ, bi kliniċi mgħammra b'apparat mill- aktar modern. Dawn il-kliniċi ddedikati għall-outpatients fl-Isptar Sir Anthony Mamo jfissru li mhux biss il-faċilitajiet huma aktar moderni, imma iktar importanti minn hekk li s-servizzi se jingħataw b'aktar kumdità mhux biss għall- pazjenti u l-qraba tagħhom iżda wkoll għall-konsulenti u għat-tim kompost minn tobba, infermiera u professjonisti oħra. Il-pożizzjoni tal-Isptar Sir Anthony Mamo biswit l-Isptar Mater Dei tfisser li l-pazjenti tal-onkoloġija issa se jgawdu minn aċċess iktar effiċjenti għal servizzi kumplimentari mill-Isptar Mater Dei. Dawn l-aħħar xhur raw numru kbir ta' individwi minn oqsma varji fi ħdan il-qasam tas- saħħa jaħdmu bis-sħiħ sabiex jiġu mfassla u implimentati proċeduri mmirati speċifikament sabiex is-servizzi varji jiġu integrati b'mod effettiv - dan dejjem bil-għan li l-pazjenti tagħna jingħataw l-aqwa kura li bla dubju tixraqilhom, f 'kull mument u f 'kull fażi ta' ħajjithom. Fl-istess waqt ukoll nixtieq nenfasizza l-investiment kbir li qed isir fir-riżorsi umana, fil-livelli kollha - sew dawk mediċi kif ukoll l-oħrajn li jservu ta' perm u sapport għall- operat tal-Isptar Sir Anthony Mamo. Dan l-investiment fit-taħriġ – lokalment u barra minn Malta – għandu jsarraf f 'qabża ta' kwalità fil-livell ta' servizz tal-onkoloġija partikolarment fejn għandhom x'jaqsmu r-radjoterapija u l-amministrazzjoni tal- kemoterapija. Qed indaħħlu wkoll sistemi ġodda ta' Cancer Care Pathways sabiex bil-ftuħ tas- servizz fl-isptar il-ġdid, Sir Anthony Mamo ma nkunux biss qed intejbu l-ambjent u l-apparat, imma daqstant ieħor il-mod kif naġixxu u niggwidaw lill-pazjenti. L-iscreening għal diversi ġeneri ta' kanċer iżid il- probabbilta' li dawn it-tipi ta' kanċer jinqabdu f 'mument bikri biżżejjed li jippermetti li ma tkunx saret iżżejjed ħsara lill-pazjent. Id-Dipartiment tas-Saħħa jagħti diversi servizzi ta' screening. Fost dawn hemm is-servizz ta' screening kontra l-kanċer tas-sider; servizz li issa qabad ritmu sew, bil-figuri rreġistrati fl-2014 juru rata tajba ta' 80% ta' nisa li kkonkorrew għat- tieni sejħa sabiex isirilhom it-test tal-mammogram. Dawn iċ-ċifri huma inkoraġġanti ferm għaliex huma turija ta' kunfidenza sħiħa tal-pazjenti nisa lejn is-servizz li qed jiġi offrut. F'dan il-kuntest, iċ-Ċentru Nazzjonali tal- Iscreening tal-Kanċer nieda diversi inizjattivi intiżi sabiex il-kanċer tas-sider, li huwa fost l-aktar komuni f 'Malta hekk kif l-istatistika turi li jolqot waħda minn kull tnax-il mara, ikompli jiġi miġġieled fuq il-fronti kollha possibbli. Komplejna naħdmu wkoll fuq l-iscreening għall-kanċer tal- musrana. Għall-istess għan, il-Gvern huwa kommess li matul is-sena 2015 jigi mniedi s-servizz ta' screening kontra l-kanċer tal-għonq tal-utru. Bħalma kelli l-opportunità ngħid fil- Parlament aktar kmieni din il- ġimgħa, dan is-servizz għandu jidħol fis-seħħ fit-tieni nofs tas-sena d-dieħla u se jkun qed jindirizza lin-nisa fl-età ta' bejn 25 u 35 sena. Indubbjament dan huwa eżempju ieħor li jkompli juri konkretament l-impenn sħiħ tal-Gvern li jpoġġi s-settur tas-saħħa fil-quċċata tal-prijoritajiet tiegħu. Fejn jidħol imbagħad tipi ta' kanċer li jolqtu lis-sess maskili, id-Dipartiment tas- Saħħa huwa ffukat bis-sħiħ sabiex hemmhekk ukoll noffru l-aqwa fost l-aħjar. Fil-fatt xi jiem ilu kien hawn fostna tim Taljan li ta taħriġ lill-impjegati tagħna impenjati fil-kura kontra l-kanċer tal-buzzieqa tal-awrina. Dan bil-għan li l-pazjenti jkollhom ċans iżgħar li dan il-kanċer jerġa' jitfaċċa u probabbiltà ikbar li t-trattament mogħti jħalli r-riżultati mixtieqa. Ħarsa mbagħad lejn dak li l-Gvern qed jagħmel b'risq il-pazjenti Għawdxin. Id- Dipartiment tas-Saħħa huwa kommess li sa fejn huwa possibbli, iressaq is-servizzi dejjem aktar lejn l-Għawdxin, bil-wegħda li dawk is-servizzi li jingħataw mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex, ikunu tal-istess kwalità ta' dawk offruti fl-isptarijiet Maltin. Huwa għal dan il-għan li pazjenti Għawdxin issa jistgħu jingħataw ħafna mit-trattament tal-kemoterapija ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex stess, waqt li fuq l-istess binarji, xi każi ta' trattament kontra l-kanċer tal-prostata se jibda jiġi indirizzat ukoll mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Il-Gvern huwa determinat li jindirizza l-kura tal-kanċer b'mod mill-iktar ħolistiku. U dan qed nagħmluh b'konvinzjoni. Fost il-pedini ewlenin biex dan kollu jkun realment possibbli, ma nistax ma nsemmix l-istil ta' ħajja ta' kull wieħed u waħda minna, dak li nieklu u nikkonsmaw. F'dan il-kuntest bi pjaċir ngħid li fil-preżenza tad-direttur reġjonali tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fil-bidu tal-ġimgħa ġiet imnedija wkoll il-Politika l-ġdida u l-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ikel u Nutrizzjoni li hija ntiża sabiex toħloq għarfien akbar fuq ir-rabta ewlenija bejn dak li wieħed jiekol u jixrob u l-livell ta' saħħa tal-individwu. Nemmen li meta ninsġu kollox flimkien u nahdmu bil-għaqal u d-determinazzjoni li qed iħaddan dan il-Gvern, nistgħu nilħqu l-miri tagħna u nagħmlu dan b'mod oġġettiv u li tassew ihalli impatt fuq il- ħajja taċ-ċittadini tagħna. Chris Fearne huwa s-Segretarju Parlamentari għas- Saħħa CHRIS FEARNE EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL referenza għall-kitba li ġġib l-isem 'L-Ewwel Kunsilll Lokali fil-Furjana' miktuba minn Joe Quattromani, (li kien l-ewwel Segretarju Amministrattiv fil-Kunsill Lokali Floriana), fil-gazzetta Il-Furjana (ħarġa numru 228 - Mejju 2014), fejn f 'paragrafu minnhom intqal dan il-kliem: "Wara ftit xhur ħarbtitna mhux ftit it-telfa għal għarrieda tal-kunsillier Mario Muscat. Minfloku daħal Reuben Bonello, ħaddiem taċ- ċivil irtirat, b'esperjenza kbira fl-amministrazzjoni governattiva u b'bosta kuntatti utli." Ngħid li dan id-diskors xejn ma kien fattwali jew preċiż għas-sempliċi raġuni li Reuben Bonello (1920-2010) kien ġie elett bil-by election matul l-ewwel leġislatura tal- Kunsill Lokali Floriana (1994- 1998), wara r-riżenja tat-Tabib Jean Pierre Farrugia, (li kien irriżenja bi protesta minħabba nuqqas ta' konsultazzjoni dwar żvilupp fl-inħawi tax- Xagħra tal-Floriana. F'dan l-isfond, wieħed jista' jsemmi l-minuti tat-tnejn u għoxrin laqgħa (seduta datata 19 ta' Jannar 1995) tal-Kunsill Lokali Floriana, (iffirmati minn Joe Quattromani nnifsu bħala Segretarju Amministrattiv), fejn wieħed jiltaqa' ma' dan il-kliem: "Is- Sindku, għan-nom tal-Kunsill Lokali Floriana, Introduċa lil Reuben Bonelio bħala kunsillier ġdid wara r-riżenja tat-tabib Jean Pierre Farrugia. Reuben Bonello rringrazzja tal-akkoljenza u esprima solidarjetà ma' Jean Pierre Farrugia u qal li, fl-opinjoni tiegħu, din ir-riżenja kienet strumentali fuq il-proġett tax- Xagħra. Minn informazzjoni li kellu, il-kelliem qal li x-Xagħra mhix se tinbena". Il-karigi li Reuben Bonello kien jokkupa kienu l-Housing u Servizzi. Jiena wkoll ġejt elett bħala kunsillier bil-by election nhar l-1 ta' Diċembru 1995 wara r-riżenja ta' Mario Muscat (1964 - 2001) mill- kariga ta' kunsillier (riżenja ta' Mario Muscat datata 31 ta' Ottubru 1995), dejjem matul l-ewwel leġislatura tal-Kunsill Lokali Floriana. Għaldaqstant ad unur tal- istorja, fuq medda ta' erba' snin, dawn kienu l-kunsilliera kollha li offrew servizz lill- komunità Furjaniża matul is-snin 1994 - 1998: Publio Agius, Reuben Bonello, George Borg, Jean Pierre Farrugia, Albert Mockridge, MarioMuscat u Edward Torpiano. Wara li Joe Quattromani telaq mill-kariga ta' Segretarju Amministrattiv tal-imsemmi kunsill lokali nhar l-1 ta' Settembru 1995 kien inħatar Anthony Grima fl-imsemmija kariga. L-ewwel Kunsill Lokali Furjaniż Il-Gvern determinat li jindirizza l-kura tal-kanċer b'mod mill-iktar ħolistiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014