Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 W asalna lejn tmiem ta' sena oħra, sena fejn matulha dan il-Gvern kompla jaħdem fuq il-pjan li sena u għaxar xhur ilu ppreżenta lill-Poplu Malti u Għawdxi. Pjan ta' ħidma li ma ħallejnihx imdendel bħal karrotta ma' wiċċ il-poplu u bdejna nimplimentawh fl-aħħar xhur tal- leġiżlatura. Programm elettorali li bdejna nwettqu sa mill-ewwel ġurnata li dan il-poplu tana l-fiduċja sabiex imexxu. Gvern perfett m'aħniex, però żgur li matul dawn l-aħħar ġimgħat rajna Gvern li jerfa' r-responsabbiltà, Gvern li għolla l-istandards tar- responsabbiltà politika f ' pajjiżna, Gvern li jimxi b'serjetà sabiex isaħħaħ il-fiducja tal-poplu fil- politikanti tiegħu. Mexxejna 'l quddiem agenda ta' pozittività għaliex aħna nemmnu fil-poplu Malti u Għawdxi, nemmnu li bil- kapaċitajiet tagħna lkoll, kapaċi nwasslu lil pajjiżna sabiex ikun fost l-aqwa stati fi ħdan l-Unjoni Ewropea. L-aspetazzjonijiet tal-poplu ma kinux zgħar u xhieda ta' dan, kienet il-maġġoranza kbira tal-poplu Malti u Għawdxi li fdat il-Partit Laburista u l-moviment li bnejna madwarna sabiex immexxu 'l quddiem lil dan il-pajjiż. Huwa għalhekk li r-responsabbiltà li llum irridu nġorru hija waħda kbira, irridu verament naraw li nimplimentaw stil ta' politika li taħseb f 'kulħadd, miż- żgħir sal-kbir, mill-ħaddiem għal min iħaddem, mill-għani sal-batut. Jannar, bidu ta' era ġdida Żgur li waħda mill-akbar sfidi li għandu quddiemu dan il-Gvern hija dik li jimplimenta u jdaħħal fis- seħħ sistema ta' trasport pubbliku li tkun tixraq lil dan il-poplu. Ma nistgħux nibqgħu nibku li għandna problemi kbar tat-traffiku mingħajr ma ninvestu b'għaqal f 'sistema ta' trasport pubbliku li tkun fuq in-naħa taċ-ċittadin. Sistema li tinċentivak sabiex tużaha u mhux taqtalek qalbek u ma tħallilek l-ebda alternattiva għajr dik li tuża l-karozza privata tiegħek. Kienet aħbar sabiħa ħafna dik li l-Qorti ċaħdet il-mandat ta' inibizzjoni li tressaq mill-konsorzju Island Buses Malta biex il-Gvern ma jiffirmax il-kuntratt mal-kumpanija Spanjola Auto Buses de Leon. Aħbar li ġiet milqugħa wara ftit minuti mill-istqarrija tal-Ministru Joe Mizzi li sostna li dan il-Gvern ser jimplimenta l-wegħda tiegħu, dik li minn Jannar li ġej jibda jintroduċi sistema ta' trasport pubbliku ġdid. Sistema li fi kliem il-Ministru Mizzi se tiġi introdotta b'mod gradwali b' implimentazzjoni ta' rotot ġodda li se jidħlu fis-seħħ wara konsultazzjoni wiesgħa. Konsultazzjoni li ma swietx il- miljuni, kif kien sar taħt Gvern Nazzjonalista meta tqabbdu l-hekk imsejħa esperti li għamlu kaos sħiħ bl-introduzzjoni tar-rotot tal-Arriva. Konsultazzjoni li nbniet id f 'id mal-Kunsilli Lokali, il-pubbliku u l-partijiet kollha interessati. Bużżieqa oħra li nfaqgħet f 'wiċċ il-Partit Nazzjonalista li għamel xalata sħiħa mill-fatt li kien tmexxa 'l quddiem dan il-mandat ta' inbizzjoni kontra l-Gvern Malti. Però issa, dan il-poplu dara b'Opożizzjoni li togħxa fin- negattività, Oppożizzjoni li tasal biex tbigħ ruħha akkost li tirbaħ nofs punt politiku. L-aħbar li ħarget mill-Qorti din il-ġimgħa, kienet prova oħra ċara li dan il-Gvern miexi fit-triq it-tajba sabiex jagħti lill-Poplu Malti dak li hu tiegħu bi dritt: sistema ta' trasport pubbliku li tixraqlu u li tagħtih dinjità. IMF, Ċertifikat pożittiv ieħor. Il-bozoz ħomor jidher li qed jgħammxu biss lill-Kap tal- Oppożizzjoni Simon Busuttil hekk kif din il-ġimgħa, l-International Monitory Fund tat ċertifikat pożittiv ieħor lil dan il-Gvern. Ċertifikat ieħor li jkompli jsaħħaħ il-kredenzjali ekonomiċi ta' pajjiżna. Ċertifikat ieħor li wasal ukoll permezz tal-istabbilità politika u s-serħan il-moħħ li gvern ġdid ġab miegħu. Inkwetanti biss il-fatt li jidher biċ- ċar li għalkemm kulħadd qed jgħid li pajjiżna qabad direzzjoni ekonomika tajba, hija biss l-Oppożizzjoni li baqgħet tilbes l-għamad tan- negattività u l-unika mod li sabet biex tiġġustifika dan is-suċċess kienet billi qalet li kien mertu tal- Gvern Nazzjonalista li nkiseb dan ir-riżultat pożittiv. Politika fqira min-naħa tal-Oppożizzjoni li hija wkoll turija ċara ta' kemm il-Partit Nazzjonalista baqa' ma fehem xejn mit-tagħlima li ried itih il-poplu fl- aħħar elezzjoni ġenerali! Dan ma jfissirx li wasalna. Issa jmiss li nieħdu deċiżjonijiet importanti u kuraġġuzi sabiex inkomplu nikkonsolidaw it-triq tajba li qbadna. Huwa għalhekk li dan il-Gvern ser ikompli jaħdem sabiex jagħmel lil pajjiżna ferm aktar kompettitiv billi jinvesti u jilħaq ftehim ma' ġganti oħra ekonomiċi fosthom billi verament jagħmel minn pajjiżna 'hub' għall-ġenerazzjoni tal-enerġija fl-Unjoni Ewropea. Smajna din il-ġimgħa wkoll, Prim Ministru li ma kkuntentax ruħu biss bil- ftehim storiku li laħaq maċ-Ċina fil-qasam tal-Enerġija iżda beda wkoll taħdidiet sabiex iressaq kumpaniji oħra lejn pajjiżna mill- Ażerbajġan, fosthom il-kumpanija multi-miljunarja Sokar li llum, bosta pajjiżi Ewropej qed jaraw kif se jsiru sħab strateġiċi magħha fil-qasam tal-enerġija. Malta bl-għola żieda fil-pagi Il-vija ekonomika pożittiva li qabad pajjiżna mhux tinħass biss mill-esperti ekonomiċi, iżda wkoll mill-poplu. Konferma ta' dan, din il-ġimgħa rajna l-Eurostat li kkonfermat li pajjiżna ra l-ogħla żieda fil-pagi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Matul it-tieni kwart tal-2014, il-paga medja fl-Unjoni Ewropea żdiedet b' 1.4% kontra l-2.1% f ' Malta. Dan kollu kompla jħalli aktar flus fil-bwiet tal-Maltin u Għawdxin u fl-istess ħin, kompla jgħin sabiex tkompli ddur ir-rota ekonomika hekk kif il-'purchasing power' tal-poplu żdiedet u għalhekk maż- żieda fil-pagi, marru tajjeb ukoll il-ħwienet u l-industrija f 'pajjiżna. Awguri Hekk kif din ser tkun l-aħħar opinjoni tiegħi li se tidher f 'dan il-ġurnal għal din is-sena, nixtieq minn qalbi nieħu l-okkażjoni sabiex nawgura lill-qarrejja kollha Milied u Sena mill-aqwa. Nappellalkom ukoll sabiex il-ġimgħa d-diehla nkomplu nsaħħu wieħed mill-aqwa valuri tagħna l-Maltin, dak tas- solidarjetà. Huwa għalhekk li nhar is-Sibt li ġej għandna ningħaqdu lkoll flimkien mal-President tagħna fl-Istrina. Ejjew inkomplu ngħinu lil min għaddej minn żminijiet diffiċli. Awguri u saħħiet dejjem. Alex Saliba huwa l-President tal-FZL ALEX SALIBA Ottimisti għall-futur "Programm elettorali li bdejna nwettqu sa mill- ewwel ġurnata li dan il-poplu tana l-fiduċja sabiex immexxu" "Issa jmiss li nieħdu deċiżjonijiet importanti u kuraġġużi sabiex inkomplu nikkonsolidaw it- triq tajba li qbadna"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014