Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 35

20 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 LIŻVILUPPI li għadda minnhom pajjiżna matul dawn l-aħħar ħamsin sena huma kollha ispirati minn viżjoni waħda. Viżjoni li twieldet fil-qlub u l-ħsibijiet ta' missirijietna bosta snin ilu. Viżjoni ta' ħelsien. Sa mill-ewwel li bdiet tissawwar l-idea, l-arkitetturi ta' din il-ħolma emmnu li pajjiżna jista' jimxi 'l quddiem jekk jaqta' l-irbit minn kull ħakma. Fil-fond ta' dan it-twemmin hemm idea ferm akbar, dik li tinfetaħ it-triq biex kull persuna Maltija ssib il-ħelsien personali tagħha. Emmnu dawn l-eroj li l-bniedem hu sħiħ meta ħieles minn kull xkiel ta' inugwaljanza, injoranza u faqar. Minn dal-ħsieb tqanqlet l-għajta tal- Maltin. L-ispag mill-ħakma qadima beda jinqata' nofs seklu ilu. Illum naqblu lkoll li l-Indipendenza ta' Malta kienet il-bidu tal-mixja biex pajjiżna jieħu rajh f 'idejħ. Anke jekk taħt klima politika ta' xitwa qalila, iż-żerriegħa li tferxet sabet art fertili li minnha tnibbet l-ewwel weraq tal-ħelsien. It- tqegħid tal-ewwel ġebla biex tinbena università ġdida tissimbolizza x-xrar tas-sens politiku u l-għarfien soċjali li kien meħtieġ biex is-soċjetà Maltija tinbidel mill-qiegħ nett. Din il-mixja tkompliet tieħu l-forma tagħha meta għaxar snin wara, Malta saret Repubblika b'kap ta' Stat Malti. Iżda fuq kollox, dan l-iżvilupp fisser li aħna ċ-ċittadini Maltin ingħatajna drittijiet ġodda permezz ta' istituzzjonijiet indipendenti mill-Gvern sabiex iħarsuna minn xi abbuż li jista' jkun hemm mill-Gvern tal-ġurnata. Dan wassal ukoll biex l-Istat Malti jibda jiġi meqjus bħala ħaġa pubblika għas-servizz tal-ħafna u mhux bħala xi propjetà privata maħtufa mill-ftit. It-tmiem tal-bażi Ingliża li seħħ ħames snin wara kien pass importanti ieħor fil-mixja ta' pajjiżna lejn il- ħelsien. Għal xi wħud dan fisser li konna wasalna. Iżda għal oħrajn, b'viżjoni aktar wisgħa ta' dak li ħolmu missirijietna, kien biss il-bidu. Konxji mir-realtajiet ta' madwarna, u anke mill-klima politika f 'pajjiża dawk iż-żminijiet, dawn fehemu li ċ-ċokon tagħna kien jeħtieġlu jfittex mergħat oħra fejn ikompli jiftaħ il-bibien tiegħu. Kien hawn fejn twieldet l-idea li Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea. Żvilupp li twettaq ħamsa u għoxrin sena wara u miegħu nfetħu orizzonti ġodda mhux biss għal pajjiżna iżda għal kull individwu Malti. Meħlus minn kull ħakma tal- barrani u fil-wisgħa enormi li toffri l-Unjoni Ewropea, l-poplu Malti beda jifhem li l-ħelsien li jmiss hu dak tal- individwu. L-għajta ta' Malta Tagħna Lkoll fl-elezzjoni li għaddiet ġiet mifhuma minn bosta li dan iż-żmien kien wasal iżda l-esperjenza ta' dawn l-aħħar sentejn qed turi xorta oħra. Il-mod li bih qed jitmexxa pajjiżna llum hu wisq 'il bogħod mir-rieda tal-Maltin u l-ħolma ta' missirijietna. Il-kultura ta' ħabi, l-indħil fit-tħaddim tal-istituzzjonijiet indipendenti, l-arranġamenti sigrieti ma' pajjiżi b'ideali totalitarji, it-tkeskis bejn klassi soċjali u oħra, flimkien mal-kilba ta' dawk viċin iċ-ċirku tal-poter biex jaħtfu bla rażan u b'kull mod qed jimmina bil-kbir il-mixja li mxejna bħala poplu matul is-snin. L-istorja turina li l-Maltin dejjem ħarġu rebbieħa fil-ġlieda kontra l-opressjoni. Is-sentiment fost in-nies, u li dejjem qed jiżdied fil-qawwa tiegħu huwa ċar. Ħazin jagħmel min jaħseb li għax hu b'saħħtu jista' jsikket l-għajta tal-Maltin. Fiż-żmien li ġej se tkun int li turi lill-Gvern li llum kapaċi taqta' l-ispag minn kull ħakma imposta għax temmen bis-sħiħ li ħajtek tagħmilha int. Charlot Cassar hu kandidat għall- Elezzjoni Ġenerali f 'isem il-Partit Nazzjonalista; Rappreżentant tal- Oppożizzjoni fil-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta u Kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Marsaskala. CHARLOT CASSAR ISSA ONLINE .COM.MT Ħajtek tagħmilha int Kif Naħsibha

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014