Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 21 Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Imejl: illum@mediatoday.com.mt D an il-poplu Malti hu poplu mill- aktar ikkulurit u kontroversjali fejn f 'kull argument li ma jaqbilx, jinred l-'jien u int'. Jargumenta dwar l-aħmar kontra l-blu, jargumenta min għandu l-aqwa patrun u anke l-aqwa banda, jargumenta dwar il-ballun sew jekk hu Malti u aktar u aktar jekk hu barrani. Jargumenta jekk għandniex ngħinu lill-immigranti irregolari jew nibagħtuhom lura. Mifrud is-sena kollha sa ma jasal il-Milied. Hemmhekk il-Malti jinsa d-dierenzi kollha, jinsa l-bojkott li jiġi vvintat fuq Facebook minn żmien għal żmien. Jintesew il-kuluri, il-qaddisin, baned jew timijiet u jingħaqad f 'għan wieħed, dik li jippika miegħu nnifsu biex jikser ir-rekord tal-Istrina tas-sena ta' qabel. Jagħti l-Istrina tiegħu lil dawk li għandhom bżonn anke jekk ikunu tal-partit l-ieħor. Għax l-Istrina l- vera sens tal-kelma 'Tagħna Lkoll'. Għalkemm lanqas l-Istrina mhi nieqsa minn xi polemika 'l hawn jew 'l hinn tafux. Għax jekk xi ħadd isemmi li se jiġu megħjuna xi immigranti irregolari, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt għax Facebook jimtela' bi kliem kattiv kontra dawn li qishom telqu minn pajjiżhom u ssugraw ħajjithom biex jieħdu vaganza b'xejn f'pajjiżna. Iżda għal dawn ma rridux għajnuna, għax il-karità nagħżlu aħna lil min nagħtuha u niddeċiedu aħna min għandu bżonnha. Għax 'Tagħna Lkoll' tfisser li 'Tagħna l-Maltin biss'. Anke jekk l-Istrina tgħaqqadna, xorta toħroġ ftit mill-karattru egoist tagħna l-Maltin. Meta Peppi ħareġ bl-idea tal-Istrina, kien hemm diversi fatturi li wasslu għas-suċċess mill-ewwel. L-għan aħħari kien dak għal karità iżda l-messaġġ kien żbaljat. Il-poplu ġie mħajjar jagħti u jagħti għax ried jirbaħ ir-rigali żgħar u kbar li żdiedu minn sena għall- oħra b'mod sproporzjonat. L-Istrina kienet spiċċat bħala ċirklu jew aħjar lotterija nazzjonali. Spiċċat bħala 'nagħti basta nirbaħ' u jekk ma nirbaħx kulħadd jikteb l-ittri fil-ġurnali u jallega li kien hemm irregolaritajiet. Però jibqa' l-fatt li l-flus inġabru, ir-rigali intrebħu u Peppi baqa' jżid fil-popolarità tal- programmi tiegħu tas-sena li tkun ġejja. Tfaċċa George Abela bħala President. Iddeċieda li jagħti iżjed moralità lill-Istrina. Taha libsa ferm differenti, libsa li tat moralità u sens għal dawk li vera riedu jgħinu. Dawk li kienu xettiċi li hekk, l-Istrina kienet se tfalli ħadu r-risposta mill-istess Maltin fejn mhux talli kkonkorrew talli laħqu rekord assolut ta' għotjiet u din id-darba ma ħadu xejn lura ħlief sodisfazzjon u grazzi kbira fuq xi billboard. Issa għandna Qormija oħra, għax forsi ftit innutaw li t-tliet protagonisti tal-Istrina ġew mill- belt ta' Ħal-Qormi. Għax filwaqt li l-President Emeritus George Abela u l-President attwali, Marie Louise Coleiro Preca huma wlied Ħal- Qormi, Peppi Azzopardi hu adottat mill-Qriema. Coleiro Preca bdiet il-ħidma bla heda mat-tisfira tar-referì. Dak li dejjem kienet tipprietka meta kienet Ministru tal-ġustizzja soċjali, sabet li tista twettqu bħala l-President tal-Istrina. Niżlet mal-poplu tant u għamlitha aktar faċli li jkollok ritratt ta' tifkira mal-President. L-avvenimenti b'risq l-Istrina ma waqfux u kienu ta' suċċess kbir li żgur li se jilħqu l-qofol tagħhom fis- serata tal-istrina. Iżda l-Istrina m'għandhiex tkun serħan tal-kuxjenza 'li jien tajt sehmi'. L-Istrina għandha wkoll iġġagħlna niriflettu li bħalma l-poplu kapaċi jingħaqad għal dan l-għan nobbli għandu jkun kapaċi li jibqa' magħqud matul is-sena kollha. Nistgħu jkollna ideat differenti u nistgħu nargumentaw dwar kif naħsbuha, iżda dan m'għandux jifridna għal 11-il xahar sħiħ u nistennew l-Istrina biex tgħaqqadna. U jekk jirnexxielna dan, l-Istrina ta' din is-sena tkun serviet għal għan differenti. Il-politika tifridna u l-Istrina tgħaqqadna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014