Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 23 JEAN PIERRE CASSAR jpcassar@mediatoday.com.mt Kemm ilek tkanta? Diffiċli nħares lura u ngħid meta bdejt, iżda naħseb li l-ewwel darba kien ta' tliet snin. Imbagħad meta kelli 8 snin, bdejt immur nitgħallem għand Gillian Attard, ta' La Voix Academy. Minn fejn bdiet il-karriera tiegħek? Il-punt tat-tluq żgur kien meta ġejt magħżula sabiex nipparteċipa fil-programm televiżiv "Io Canto" li jintwera fuq Canale 5. Kif għażilt l-istil tiegħek? Fil-verità ma nistax nabbina ruħi ma' stil wieħed, għaliex inkanta numru ta' kanzunetti li nieħu gost inkanta, u jtuni pjaċir. Allura fil-verità l-istil tiegħi joħroġ b'mod naturali. Kif tiddeskrivi l-vuċi tiegħek? Il-vuċi tiegħi niddiskeviha bħala solista tat-tip 'pop' iżda fl-aħħar sentejn ġejt konxja ta' kemm l-istil inbidel u żviluppa, speċjalment meta nisma kanzunetti li rrekordjajt ftit tas-snin ilu. Minn età daqshekk żgħira, x'opportunitajiet qed issib? L-opportunitajiet huma frekwenti, kemm fuq it- televixin u anke fuq ir-radju, grazzi għas-sapport tal- individwi li jemmnu fit- talent tiegħi, inklużi 'Ironic PR & Artist Management, li huma responsabbli mill-karriera tiegħi. Iżda imbagħad ikun hemm okkażjonijiet speċjali bħal per eżempju, l-intervall tal-Junior Eurovision Song Contest, jew parteċipazzjoni f 'avvenimenti kbar f 'pajjiżi barranin. L-esperjenzi tiegħek barra minn Malta? Kien hemm diversi esperjenzi, fosthom niftakar Sanremo Doc fejn irbaħt 'Best Performance', il-finali ta' 'Io Canto', ir-rebħa tal- Grand Prix ġewwa 'Lake Pearls' fil-Maċedonja, ir- rebħa tal-'Cantagiro Junior' fl-Italja u l-parteċipazzjoni ġewwa kompetizzjonijiet oħra fir-Rumanija u l-Belarus. X'inhi l-ħolma tiegħek fid- dinja tal-kant? Li xi darba nkun kantanta stabbilita, u nkompli nsiefer ġo pajjizi differenti sabiex naqsam it-talent tiegħi mal- erbat irjieħ tad-dinja. Tixtieq tipparteċipa fil- Eurovision? Hija xewqa kbira tiegħi, sa minn mindu bdejt inkanta, u l-fatt li issa kelli l-opportunità li nkun parti mill-intervall waqt il-Junior Eurovision Song Contest li sar f 'Malta, aktar u aktar. Kif għażilt id-diski li għamilt cover-version tagħhom? Id-diski li għażilt huma kollha ta' kantanti li jispirawni, apparti li juru varjetà anke fl-istil. Id-diska favorita fuq l-album? Mingħajr dubju ta' xejn, 'And I Am Telling You', għaliex hija diska li qaltli biha l-għalliema tal-kant tiegħi, li mbagħad kelli ċ-ċans li ninterpreta waqt 'Io Canto' fejn intlaqgħet tajjeb ħafna. Kantanti favoriti Celine Dion u Christina Aguilera, ilħna li faċli jiġu magħrufa, u li meta jiġu għall-interpretazzjoni diretta, tkun waħda impekkabli. Min jispirak? Jispirawni diversi kantanti barranin bħal Celine Dion u Christina Aguilera, iżda t-talent lokali huwa wieħed b'saħħtu u nħares lejn artisti bħal Ira Losco, Ivan Grech u oħti Kelly. X'tixtieq issir la tikber? Nixtieq li jkolli karriera fil- mużika għaliex hija l-iktar ħaġa li nħobb nagħmel. X'tagħmel biex tipprepara qabel tkanta? Diversi eżerċizzji tal- vuċi, filwaqt li nipprattika l-kanzunetti li nkun se nkanta, kemm waħdi kif ukoll mal-għalliema. Qed tippjana biex toħroġ xi single? Iva, bil-mod il-mod, nemmen li ħa jkolli numru ta' diski oriġinali tiegħi Pjanijiet għal futur? Huwa importanti li nibqa' nistudja, filwaqt li nieħu kull opportunità li tiġini. Messaġġ għal dawk it- tfal li jħobbu jkantaw u li għadhom ma sabux iċ-ċans jibdew jieħdu l-kant bis- serjetà? Jiena naħseb li jekk tieħu pjaċir tkanta, għandek dejjem tipprova u qatt ma taqta' qalbek, għaliex meta nħares lura, jiena qatt ma kont nemmen li se nasal s'hawn. Huwa importanti li jekk tieħu deċiżjoni li trid tkanta, mela titgħallem u tipprattika l-vuċi b'mod regolari għaliex din tiġi vokazzjoni. Veronica Rotin għandha għaxar snin. Minn dejjem kienet tħobb tkanta iżda għandha numru ta' passatempi oħra fosthom l-imħabba għall-annimali u l-qari Ħames Minuti mużika għaliex hija l-iktar għandha għaxar snin. Minn dejjem kienet Ħames Minuti ma' Veronica Rotin Ħames Minuti Ritratt: Kurt Paris ISSA ONLINE

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014