Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 35

Kummer jali 24 illum | Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI MPJIEG ILMITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI MPJIEG. ILMITA HIJA LAKBAR ENTITÀ TAL ICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ ILPOTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI LIMPJIEG TIEGĦEK MALMITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK. KOORDINATUR GĦALLPROĠETT PERMESS TALETC: 206/2014 Koordinatur għall-Proġett huwa/hija meħtieġ/a għall-koordinazzjoni ta' Proġett ta' Fond Soċjali Ewropew 'Strengthening Competences to Service the Public Eciently Through eGovernment'. Dan il-proġett huwa mmirat lejn: il-promozzjoni ta' numru ta' servizzi onlajn permezz ta' kampanja pubbliċitarja; assistenza lil negozji u ċittadini -użu tas-servizzi tal-Gvern onlajn; taħriġ lill-uċjali tal- Gvern li jaqdu lin-nies sabiex jassistu aħjar lill-pubbliku; u nalment, riċerka sabiex ikunu ddentikati d-dikultajiet prinċipali li jinuwenzaw l-użu mill-pubbliku tas-servizzi tal-Gvern onlajn. Ir-rwol tal-Koordinatur għall-Proġett huwa li jsegwi, u jipparteċipa b'mod attiv l-koordinazzjoni ta' dan il-proġett. Il-persuna magħżula jrid ikollha livell ta' edukazzjoni ekwivalenti għall-MQF 6 f 'suġġetti relatati mal- ICT, l-edukazzjoni, komunikazzjoni, management, jew studji Ewropej, imkien ma' sena esperjenza t-tmexxija ta' proġetti. Il-kuntratt tal-impjieg huwa fuq bażi denit u jiskadi l-31 ta' Diċembru 2015. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Ibgħat C.V. dettaljat, imkien ma' ittra sa mhux aktar tard mit-Tnejn, 5 ta' Jannar 2015 indirizzati lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd 3URJUDPP2SHUDWWLY,,3ROLWLNDWD¶.RHĪMRQL ,QVDƫƫXƪLOLWQDJƫDO$NWDU,PSMLHJLX.ZDOLWD¶WD¶ƪDMMD$ƫMDU 5HNODPSDU]MDOPHQWNR¿QDQ]MDWPLOO8QMRQL(ZURSHD )RQG6RƛMDOL(ZURSHZ)6( 5DWDWD¶NR¿QDQ]MDQHQW)RQGLPLOO8()RQGL1D]]MRQDOL 1LQYHVWX¿OIXWXUWLHJƫHN Profitt ta' €104.1miljun għall-BOV MATUL il-41 Laqgħa Ġenerali Annwali tal- BOV, l-azzjonisti approvaw dividend gross finali ta' €0.0925 għal kull sehem. Ir- rakkomandazzjoni tal-Bord li jinħareġ sehem wieħed bonus għal kull 11-il sehem miżmum kienet approvata wkoll. Dan ser iwassal għal żieda fil-kapital azzjonarju permanenti għal €360 miljun. Iċ-Ċermen tal-BOV, John Cassar White esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall- andament miksub mill-Bank matul din is-sena diffiċli, sena li kienet ikkaterizzata mill-aktar interessi tal- imgħax baxxi fl-istorja u tibdil regolatorju sinifikanti, li ġab miegħu żieda fl-ispejjeż regolatorji u superviżjonali, u riskji ġeo-politiċi fl-Afrika ta' Fuq u fl-Ewropa tal-Lvant. Matul l-intervent tiegħu, huwa rrefera wkoll għall- parteċipazzjoni tal-Bank fil-Valutazzjoni Komprensiva li tmexxiet mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), filwaqt li spjega kif ir-riżultat ta' dan l-eżerċizzju jikkonferma li l-bażi kapitali tal-Grupp BOV teċċedi r-rekwiżit ta' kapital regolatorju, anke f 'xenarju ipotetiku ta' stress qawwi. Cassar White ikkummenta fuq il-profitt qabel it-taxxa ta' €104.1 miljuni irreġistrat mill-Bank għas-sena li għalqet fit-30 ta' Settembru 2014, u kif dan jikkompara mal-profitt ta' €115.8 miljuni miksub is-sena ta' qabel. Huwa spjega wkoll li l-profitt tal-Bank mill- operat, li ma jinkludix ċaqliq fil-valur ġust u qligħ minn kumpaniji assoċjati, irreġistra żieda marġinali ta' €87.9 miljuni. Is-Sur Cassar White spjega kif l-immaniġjar tal-kapital tibqa' waħda mill-prijoritajiet prinċipali tal-Bank. Huwa qal li, minkejja t-tranżizzjoni għar-rekwiżiti tal-kapital CRD IV aktar ħorox, il-Bank irnexxielu jirreġistra CET1 ratio ta' 11.7% fuq bażi CRD IV, u l-proporzjon totali tal-kapital tiegħu kienet ta' 14.5%. Fil-konklużjoni tiegħu, is-Sur Cassar White saħaq li l-istabbiltà u s-sostennabiltà tal-Bank huma l-aktar elementi importanti fuq l-aġenda tal-Bord tad- Diretturi tal-BOV, bil-għan li l-akbar istituzzjoni finanzjarja f 'Malta tkun imħarsa fit-tul. L-Aqwa Aġenzija tal- Ivvjaġġar għall-2013/2014 BRITANNIA hija l-aqwa aġenzija tal-ivvjaġġar għall- 2013/2014 skont l-Air Malta. L-aġenzija tal-ivvjaġġar ingħatat dan il-premju waqt avveniment li sar dan l-aħħar fil-preżenza ta' aġenziji tal- ivvjaġġar lokali. Dan l-avveniment ma kienx biss okkażjoni għall-Air Malta sabiex trodd ħajr u tesprimi l-apprezzament u l-gratitudni tagħha għall-appoġġ u l-lealtà kontinwa murija matul is- snin, iżda serva wkoll bħala opportunità biex il-linja tal- ajru nazzjonali toħloq netwerk u ttejjeb il-komunikazzjoni mal-aġenti tal-ivvjaġġar lokali. Waqt l-avveniment ġie enfasizzat li l-Air Malta hija impenjata li tkompli tappoġġja lill-aġenti tal-ivvjaġġar lokali u saħħet ukoll it-tim Malti tagħha tal-bejgħ. L-aġenti tal-ivvjaġġar kienu informati wkoll li minn April tal-2015 l-Air Malta se żżid il-frekwenza tagħha fuq ir- rotta ta' Brussell permezz tal- introduzzjoni ta' żewġ vjaġġi ta' ġurnata kull ġimgħa. "L-aġenti tal-ivvjaġġar huma komponent ewlieni tan- negozju tagħna. Matul is-snin komplejna naħdmu mal- aġenti lokali li minn dejjem jappoġġjaw lil-linja tal-ajru," qal Joseph Galea, id-Deputat Kap Kummerċjali tal-Air Malta waqt kelmtejn li għamel għall-għoti tal-premju. Waqt ir-riċeviment l-Air Malta innominat lil Britannia Services, l-Aqwa Aġenzija tal- Ivvjaġġar għall-2013/14 għar- riservazzjonijiet individwali, tal-gruppi u titjiriet charter filwaqt li FCM Travel Solutions ingħatat il-Premju tal-Best Year on Year Sales Achiever għall-2013/14 u Kirton Travel bil-Premju tat-Top Corporate Seller għall- 2013/14. Iċ-Ċermen tal-BOV, John Cassar White jindirizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali Ħaddiema ta' Brittania Tours wara r-rebħ tal-premju

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014