Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 27 SPORTSillum SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Zebbug Rangers..........1 Floriana.....................4 FLORIANA kisbu rebħa kbira ta' 4-1 fuq Zebbug Rangers. Huma fetħu l-iskor wara biss 4 minuti logħob meta Amadou Samb għeleb lil Rapchan Dos Santos permezz ta' xutt li ntemm fir-rokna tax-xibka wara li kien irċieva l-ballun bit-takkuna mingħand l-attakkant prolifiku mis- Slovenja, Vito Plut. Sitt minuti biss wara l-Greens irduppjaw l-iskor permezz ta' Amadou Samb li wara li rċieva minn freekick ta' Steve Pisani għola tajjeb u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Zebbug Rangers irrispondew tajjeb fis- 26 minuta meta Yessous Camilleri li rnexxielu jsib ix-xibka għall-ewwel darba mar-Rangers fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fir-rebħa kontra Tarxien Rainbows, ra d-daqqa ta' ras tiegħu tiġi salvata mill-goalkeeper żagħżugħ Tyrone Gauci ta' Floriana li f 'dawn l-aħħar logħbiet qed jieħu post il- goalkeeper Taljan Valerio Senatore li jinsab imweġġa'. Fis-70 minuuta Zebbug Rangres naqsu l-marġini tal-iskor permezz tas- solitu attakkant Brażiljan Maurico Osmar Rodrigues Britto li wara azzjoni personali tefa' wara Tyrone Gauci permezz ta' xutt fil-baxx. Iżda Floriana skorjaw it-tielet gowl fil-logħba fit-78 minuta permezz ta' Vito Plut li wara li rċieva mingħand il-plejer Taljan Matteo Piciollo, mill-viċin xellef il-ballun għal ġewwa. U l-Greens issiġġillaw ir-rebħa żewġ minuti biss wara, permezz tar-raba' gowl tagħhom fil-logħba meta Matteo Piciollo bidel il-ballun ma' Vito Plut mill-viċin u tefa' wara Fabricio Rapchan Dos Santos. Fit-88 minuta Floriana spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-grawnd meta tkeċċa għalihom il- plejer awtur ta' doppjetta personali Amadou Samb wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba. Zebbug Rangers - Rapchan Dos Santos, Borg, Camilleri, Galea, Paris, Monti, Muchardi, Rodrigues Britto, Bartolo, Mamic (Pena Marquez 68'), Gauci (Ciantar 69') Floriana - Gauci, Scicluna (Spiteri 29'), Moreira Cobo, Marcelina (Muir 76'), Pisani, Plut, Piciollo (Farrugia 90'), Borg, Briffa, Samb, Bonnici Referi - Esther Azzopardi Ritratt: Ray Attard MATTEO PICIOLLO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti għat-tieni darba konsekuttiva Twieled fil-15 ta' Ottubru 1992 fl-Italja Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Floriana Qabel ingħaqad ma' Floriana, huwa lagħab ma' AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend fl-Italja Floriana b'rebħa kbira fuq Zebbug Rangers Steve Pisani jegħleb in-nasba difensiva Żebbuġija

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014