Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

28 illum Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Naxxar Lions. ............... 0 Tarxien Rainbows ......... 1 TARXIEN Rainbows irritornaw għar-rebħ permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq Naxxar Lions. Fis-26 minuta Naxxar Lions resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor meta l-ewwel xutt tal-eks player ta' Sliema Wanderers Pape Gueye ġie milqugħ minn Sean Mintoff li iżda ma żammx, u mir-rebound il-player internazzjonali Terence Vella reġa' ra lill- istess goalkeeper Tarxiniż jilqa' bi bravura biex caħħad lil-Lions milli jsibu x-xibka. Kontra x-xejra tal-logħob kienu Tarxien li fetħu l-iskor fil-35 minuta permezz ta' xutt angolat minn ġol-kaxxa tal-eks player ta' Mosta Firas Aboulezz biex b'hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu matul dan l-istaġun. Fil-41 minuta tentattiv minn freekick dirett ta' Gilmar da Silva Ribeiro għadda ftit għoli mil-lasti difiżi minn Sean Mintoff. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Naxxar Lions ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv ovvju tagħhom li jġibu l-iskor indaqs u fis-47 minuta minn cross tas- sostitut Uchenna Mbachy Eminike għola tajjeb Daren Falzon li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tgħaddi ftit għoli. U tliet minuti biss wara, il- Lions setgħu faċilment ġabu l-iskor indaqs iżda kienu sfortunati meta freekick tas-solitu Gilmar da Silva Ribeiro ġie milqugħ tajjeb minn Sean Cini li iżda ma żammx u mir-rebound Daren Falzon ra x-xutt angolat tiegħu jistampa ma' sieq il-wieqfa. Naxxar Lions - Azzopardi, Scicluna, Edet, Vella (Eminike 46'), Gueye, Falzon, 14 - Gilmar da Silva Ribeiro, Cassar, Doffo, Buhagair, Reano (Del Negro 46') Tarxien Rainbows - Mintoff, Farrugia, Caruana (Tabone 88'), Bugeja, Rodrigues Silva (Sammut 82'), Barbosa Viana, Caruana, Aboulezz (Aquilina 90'), Hevia Menendez, Cini, Lopes Pereira Referi - Chris Lautier Tarxien Rainbows b'rebħa minima CARLOS HEVIA MENENDEZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti għat- tieni darba konsekuttiva Twieled fis-17 ta' Frar 1987 fi Spanja Huwa magħruf ukoll bħala 'Carlinos' Ingħaqad ma' Tarxien Rainbows fl-2013 KLASSIFIKA KAMPJONAT BOV PREMIER Tim L Pti Hibernians 16 46 Valletta 15 28 Birkirkara 15 28 Floriana 16 21 Mosta 15 20 Sliema Wanderers 15 19 Balzan 15 19 Naxxar Lions 16 17 Qormi 15 17 Tarxien Rainbows 16 16 Pieta Hotspurs 16 14 Zebbug Rangers 16 9 Ritratt: Ray Attard Angus Buhagiar jirbaħ il-ballun mingħand plejer ta' Tarxien Rainbows

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014