Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 29 SPORTSillum MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Pietà Hotspurs..................0 Hibernians........................3 HIBERNIANS ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal- klassifika meta bl-iktar mod meritat għelbu lil Pietà Hotspurs bl-iskor ta' 3-0. Kienu Hibernians li kif mistenni ħarġu fuq l-offensiva u wara 12-il minuta logħob daqqa ta' ras ta' Edison Luis Dos Santos ġiet imdawra f 'corner b'mod spettakolari mill-goalkeeper ta' Pietà Hostpurs, David Cassar. Il-kumplament tal-ewwel taqsima kien ferm kwiet u ma rajna l-ebda azzjoni denja ta' nota. Iżda fit-tieni taqsima Hibernians ħolqu assedju fuq il-lasti avversarji u fis-60 minuta huma finalment irnexxielhom isibu x-xibka permezz ta' xutt bid-dawra ta' Edison Luis dos Santos li ntemm wara David Cassar biex tefa' lill-partitarji Pawlisti preżenti fl-Istadium ta' Kordin f 'Raħal Ġdid f 'delirju ta' ferħ. U tliet minuti biss wara, l-Pawlisti rduppjaw l-iskor permezz ta' ġmiel ta' gowl tal- player internazzjonali Clayton Failla li ra x-xutt potenti tiegħu minn barra l-kaxxa jintemm fir-rokna tax-xibka. Fit-88 minuta Pietà Hotspurs rebħu penalty meta Henry Bonello waqqa' lill-player tal-Hotspurs fil-kaxxa, fejn kawża ta' dan ġie ammonit mir-referi Alan Mario Sant. Mill-11-il metru nkariga ruħu Jurgen Pisani li iżda ra lil Henry Bonello jintefa' minn tulu fl-art u jsalva bi bravura. U mmedjatment wara, l-Pawlisti ssiġillaw ir- rebħa permezz tat-tielet gowl fil-logħba li wasal minn xutt sabiħ minn ġol-kaxxa tal- attakkant prolifiku Brażiljan li preżentament jinsab jokkupa l-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-kampjonat, Edison Luis dos Santos. Pietà Hotspurs - Cassar, Attard, Grech, Dos Santos, Pisani, Anonam, Joao Da Silva, Rodrigues Da Silva (Licari 82'), Cesare (Cassar 71'), Frances, Micallef (Agius 63') Hibernians - Bonello, Tabone Desira (Mbong 60'), De Gracia Gomes (Pearson 76'), Lima, Soares, Cohen, Kristensen (Bezzina 79'), Failla, Agius, Dos Santos, Pereira Da Silva Referi - Alan Mario Sant MINN CRISTIAN ANTONY MUSCAT Balzan ........................... 1 Mosta. ........................... 0 BALZAN irritornaw għar- rebħ wara tlett xhur permezz ta' rebħa minima ta' 1-0 fuq Mosta biex issa telgħu fir-raba' post tal-klassifika tal-Kampjonat BOV Premier. Fit-28 minuta Mosta qalgħu daqqa ta' ħarta hekk kif spiċċaw jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom l-attakkant prolifiku Montenegrin Bojan Kaljevic wara fawl ikrah fuq Serrano Valero. Fl-44 minuta Balzan kienu sfortunati li ma marrux fil- vantaġġ meta Ryan Darmanin għola tajjeb wara li rċieva minn kross ta' Justin Grioli iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-mimduda. Fil- ftuħ tat-tieni taqsima Balzan ħarġu fuq l-offensiva u wara biss erba' minuti logħob, eżattament fid-49 minuta huma fetħu l-iskor permezz ta' Edison Bilbao Zarate li qabeż difensur avversarju qabel xeħet ġewwa permezz ta' logħob delizzjuż minn fuq il-goalkeeper Omar Borg. Fil-51 minuta Balzan resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor meta xutt ferm b'saħħtu ta' Guobadia ġie mblukkat tajjeb minn Omar Borg. Fis-87 minuta Mosta ħolqu l-periklu meta xutt b'saħħtu ta' Ribeiro dos Santos ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Għawdxi ta' Balzan li qed ikollu staġun mill-aqwa, Steve Sultana. L-aħħar minuti tal-logħba kienu ferm nervużi u fil-fatt rajna żewġ tkeċċijiet – waħda fuq kull naħa meta fit-92 minuta tkeċċa Pedro Calcado għal Mosta wara li rċieva żewġ karti sofor fil-logħba, biex b'hekk Mosta temmew il-logħba jilagħbu b'9 plejers wara li żewġ minuti biss wara, tkeċċa il-plejer Kolumbjan Oscar Dario Guerrero għal Balzan, ukoll minħabba l-fatt li rċieva żewġ karti sofor fil- logħba. Balzan - Sultana, Grioli, Bezzina, Serrano Valero, Bilbao Zarate, Osa Guobadia, C. Brincat (Samir Arab 22'), Darmanin (Micallef 67'), Guerrero, Sciberras (Borg 74'), Piccioni Mosta - Borg, Ekani, Farrugia, M. Brincat, Pulo (Youssou Lo 46'), Milovanovic, Magro, Zammit (J. Brincat 83'), Kaljevic, Ribeiro Dos Santos, Calcado Referi - Mario Apap CLAYTON FAILLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fit-8 ta' Jannar 1986 f'Tal- Pietà Rebaħ l-unur ferm prestiġjuż tal-MFA Plejer tas-Sena darbtejn: fl-2009 u fl-2012 Fil-karriera mill-aqwa tiegħu s'issa lagħab ma' St Patrick, Sliema Wanderers u Hibernians EDISON BILBAO ZARATE Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti Twieled fis-6 ta' Marzu 1987 f'Santiago fiċ-Ċili Qabel ingħaqad ma' Balzan b'self matul dan l-istaġun, lagħab ma' Qormi u Cosmos Ħadd ma jista' jwaqqaf lil Hibernians Balzan jirritornaw għar-rebħ wara tliet xhur Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 20 ta' Diċembru Manchester C. vs Crystal P. 3-0 Aston V. Manchester U. 1-1 Hull C.vs Swansea C. 0-1 QPR vs WBA 3-2 Southampton vs Everton 3-0 Tottenham H. vs Burnley 2-1 West Ham U. vs Leicester C. 2-0 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 14:30 Newcastle U. vs Sunderland 17:00 Liverpool vs Arsenal It-Tnejn 22 ta' Diċembru 21:00 Stoke C. vs Chelsea Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 12:30 Hellas Verona vs Chievo Verona 15:00 Atalanta vs Palermo 15:00 Fiorentina vs Empoli 15:00 Sampdoria vs Udinese 15:00 Torino vs Genoa 20:45 Inter vs Lazio Riżultati Manchester City jilħqu lil Chelsea fil-quċċata b'logħba iktar MANCHESTER City laħqu lil Chelsea fil-quċċata tal- klassifika tal-Kampjonat Barclays Premier b'39 punt fejn minkejja dan, għandhom logħba iktar mit-tim immexxi minn Josè Mourinho. Dan hekk kif huma ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta' David Silva u minn gowl ieħor ta' Yaya Toure fil-81 minuta. Manchester United barra minn darhom ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Aston Villa bil-gowl għar-Red Devils jasal minn Radamel Falcao, waqt li kien il-plejer internazzjonali Belġjan Christian Benteke li fetaħ l-iskor għal Aston Villa fit-18- il minuta. Tajjeb ngħidu li Aston Villa spiċċaw jilagħbu b'10 plejers fil-65 minuta meta tkeċċa għalihom permezz ta' karta ħamra diretta l-plejer Gabriel Agbonlahor. Swansea City kisbu tliet punti prezzjużi meta barra minn darhom għelbu lil Hull City bl- iskor minimu ta' 1-0 bil-gowl uniku tagħhom fil-logħba jasal minn Sung-Yueng Ki wara kwarta logħob. Fil-konfront bejn QPR u WBA rajna xejn inqas minn ħames gowls bi QPR joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 3-2 bil- gowls għalihom jaslu minn hat-trick personali ta' Charlie Austin bl-ewwel mit-tliet gowls tagħhom jasal minn penalty. Min-naħa l-oħra ż-żewġ gowls għal WBA waslu minn Joleon Lescott u Silvestre Varela. Southampton ġewwa darhom kisbu rebħa ta' 3-0 fuq Everton bil- gowls għalihom jaslu minn Graziano Pelle, Maya Yoshida u minn awto-gowl tal-plejer internazzjonali Belġjan ta' Everton Romelu Lukaku. Tottenham Hotspur ġewwa darhom f 'White Hart Lane għelbu lil Burnley bl-iskor ta' 2-1 biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Harry Kane u Erik Lamela bil-gowl uniku għal Burnley fil-logħba jasal minn Ashley Barnes fit-28 minuta. West Ham United ġewwa darhom kisbu rebħa tajba ta' 2-0 fuq Leicester City biż-żewġ gowls għall-Hammers jaslu minn Andy Carroll u Stewart Downing. KLASSIFIKA KAMPJONAT BARCLAYS PREMIER Tim L PTI Chelsea 16 39 Manchester City 17 39 Manchester Utd. 17 32 West Ham Utd. 17 31 Southampton 17 29 Tottenham H. 17 27 Arsenal 16 26 Swansea City 17 25 Newcastle Utd. 16 23 Everton 17 21 Liverpool 16 21 Aston Villa 17 20 Stoke City 16 19 West B. Albion 17 17 Queens P. R. 17 17 Sunderland 16 16 Crystal Palace 17 15 Burnley 17 15 Hull City 17 13 Leicester City 17 10 David Silva

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014