Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum Fl-età ta' 16-il sena jikser 100 rekord NEIL Muscat hu għawwiem nazzjonali Malti li jittrenja man-Neptunes WPSC. Fl-età zgħira ta' 16-il sena, ismu hawn Malta digà sar sinonimu mal-għawm kompetittiv maskili, peress li fi ftit snin irnexxielu jikser numru kbir ta' rekords, kemm Age Group, kif ukoll rekords Nazzjonali. Minn età bikrija, Neil wera n-namra lejn dan l-isport u b'hekk kompla fuq il-passi t'oħtu, Nicola, li llum hija l-aħjar għawwiema femminili Maltija. Ta' 10 snin, Neil kiser l-ewwel age group record, u minn dakinhar, f 'sitt snin kiser aktar minn mitt rekord. Tul il-karriera tiegħu fl- għawm, Neil ġabar ħafna memorji sbieħ, imma xi wħud minnhom jibqa' jgħożżhom b'mod aktar speċjali. Is-sena 2011 kienet sena indimentikabbli għal Neil. Huwa kiser it-13-il rekord kollha possibbli fl-age group B. Din hija ħaġa unika li l-ebda għawwiem ieħor qatt m'għamel qabel. Fil-Berlin December International Meet 2011 Neil ħa sehem f 'għaxart itlielaq u rebaħ 10 medalji (5 fidda u 5 bronż) u fl-istess tlielaq kiser tmien rekords. Fil-Logħob tal-FISEC f 'Malta 2012, logħob għaż-żgħażagħ taħt is-17-il sena, Neil kellu biss 13-il sena. Huwa rebaħ żewġ midalji tal-fidda u waħda tal-bronż għal Malta. Fl-istess sena rebaħ l-ASA League maskili kategorija Kadett. Fl-Easter International Meet 2013 f 'Tal-Qroqq, Muscat rebaħ deheb f 'kull tellieqa u kiser 4 Age Group rekords. Xahar wara, ħa sehem fil- logħob tal-COJI f 'Corsica. Għalkemm kien wieħed mill- iżgħar għawwiema, rebaħ midalja tad-deheb u 5 bronż għal Malta. Waqt il-Kampjonati Nazzjonali tal-istess sena Muscat ġie l-ewwel f 'kull tellieqa li ħa sehem fiha, stabbilixxa 4 Age Group rekords ġodda u kkontribwixxa biex jitwettqu żewġ rekords Nazzjonali fir-relay. Muscat rebaħ l-ASA league maskili kategorija Junior. F'FISEC 2013 fl- Ungerija, rebaħ 4 medalji deheb u waħda fidda għal Malta. F'Diċembru tal- istess sena, waqt Berlin International Swim Meet, Muscat ħa sehem f '9 tlielaq u rebaħ 7 medalji u kiser 6 rekords. Fil-bidu ta' din s-sena, Neil Muscat ikkompeta fil-Euromeet Luxembourg 2014 fejn rebaħ deheb u fidda fil-50m u 100m back u stabbilixxa rekord ġdid fil-50m back. F'Eindhoven Swimcup 2014, reġa' kiseb żewġ rekords fil-50m backstroke u fil-50m butterfly. Muscat għadu kif ġie lura minn Doha, Qatar. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tiegħu fil-FINA World Swimming Championships. Hawnhekk huwa kiseb l-ewwel żewġ rekords Nazzjonali tiegħu, fl-Open Category, fil-50m u 100m backstroke b'ħin ta' 26.60s u 57-55s rispettivament. B'hekk ta' 16-il sena diġà hu l-aħjar għawwiem Malti fil- backstroke. Neil hu għawwiem versatili u lokalment uniku għax kapaċi jgħum u jikser rekords f 'kull stroke tal- għawm. Fil-preżent Neil qed jistudja x-xjenza f 'livell post- sekondarju fil-Kulleġġ San Alwiġi, u l-mira tiegħu hi li jimxi fuq il-passi t'oħtu u jirnexxielu jikkwalifika għal- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2015 u l-Olimpijadi 2016 f 'Rio. HUWA fatt magħruf li Inter xejn mhu qed ikollhom staġun tajjeb s'issa. U l-affarijiet jistgħu jikkumplikaw ruħhom hekk kif jeżistu bosta spekulazzjonijiet li huma jistgħu tabilħaqq jitilfu wieħed mill-aqwa plejers li għandhom fil-formazzjoni tagħhom. Qed nirreferu għal Mauro Icardi fejn jidher li hemm interess speċjali f 'dan il-plejer ġej mill-Ingilterra b'timijiet bħal Tottenham Hotspur, Chelsea u Liverpool lesti li joffru s-somma ta' 35 milun Ewro biex jakkwistaw is- servizzi tiegħu. Bosta affarijiet qed jindikaw li Icardi mhux kuntent bl-avventura tiegħu ma' Inter u qed jesplora l-possibiltà li jħalli lil Inter biex jibda avventura ġdida fil-karriera tiegħu. Intant, huwa mifhum ukoll li Roberto Mancini jinsab interessat fil-player ta' Liverpool, Mario Balotelli biex dan jirritorna ma' Inter. Bosta ħadu din l-aħbar b'sorpiża hekk kif ilkoll nafu bil-battibekki li kienu jeżistu bejn dawn iż-żewġ persuni imsemmija fil-ġranet ta' meta Mancini kien coach tas-City u Balotelli kien jilbes il-flokk tal-Blues. Madankollu, l-posibbiltà ta' Balotelli li jingħaqad ma' Inter tidher waħda remota hekk kif fil-jiem li għaddew l-aġent ta' Balotelli, Mino Raiola, saħaq li Balotelli bl-ebda mod u għall-ebda raġuni mhu se jirritorna fl-Italja. Barra minn hekk l-istorja riċenti turina li Mancini ġurnata jfaħħar lil Balotelli u ġurnata oħra jikkritika lill-istess player ferm kontroversjali Taljan! Inter jistgħu jitilfu lil Icardi James Brincat f 'esperjenza ma' Lecce FTIT tal-jiem ilu, il-plejer żagħżugħ ta' Mosta James Brincat kellu esperjenza mill-aqwa fl-Italja ma' Lecce. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Brincat innifsu fejn talbu jtina l-kummenti tiegħu rigward din l-eperjenza unika li kellu fl-Italja. Huwa esprima kif "L-esperjenza tiegħi mat- tim ta' Lecce kienet waħda brillanti. Għall-bidu ittrenjajt mal-Primavera ta' Lecce li jiġu l-Minors. Ħassejtni veru tajjeb magħhom għax bħala livell ta' teknika kont aħjar minnhom. Fit-tieni ġurnata ttrenjajt magħhom ukoll, waqt li fit-tielet ġurnata ttrenjajt mat-tim tal-kbar ta' Lecce. Kienet sessjoni ta' taħriġ sabiħa għax mhux biss il- livell li kellhom kien tajjeb ħafna iżda wkoll ittrenjajt ma' plejers kbar fosthom Moscardelli li kien jilgħab fis-Serie A. Sfortunatament Miccoli ma kienx hemm. Filgħaxija kellna partita bejnietna tal-Primavera u ħassejtni li kont veru tajjeb," temm jgħid James Brincat. Boys Group A (Etajiet 10 u 11) - Imweldin bejn l-2003 u l-2005 50m Free A 0.30,95 Oct-09 Tal-Qroqq 50m Back A 0.35,89 Nov-09 Tal-Qroqq 50m Fly A 0.34.40 Oct-09 Tal-Qroqq Boys Group B (Etajiet 12 u 13) - Imweldin bejn l-2001 u l-2002 200m Free B 2.09,54 Dec-11 Berlin 50m Back B 0.30,86 Nov-11 Cardi 100m Back B 1.06,51 Dec-11 Berlin 200m Back B 2.25,83 Nov-11 Cardi 50m Breast B 0.34,31 Dec-11 Berlin 100m Breast B 1.14,38 Dec-11 Tal-Qroqq 200m Breast B 2.45,56 Dec-11 Berlin 50m Fly B 0.29,22 Dec-11 Berlin 100m Fly B 1.07,03 Dec-11 Berlin 200m Fly B 2.37,30 Apr-11 Tal-Qroqq 200m IM B 2.22,78 Dec-11 Tal-Qroqq Boys Group C (Etajiet 14 u 15) - Imweldin 1999 u 2000 50m Free C 0.24,72 Dec-13 Berlin 100m Free C 0.54,46 Dec-13 Berlin 200m Free C 2.00,92 Dec-13 Berlin 50m Back C 0.28,10 Dec-13 Amsterdam 100m Back C 1.02,00 Apr-13 Tal-Qroqq 200m Back C 2.16,75 Jul-13 Hungary 50m Breast C 0.31,43 Dec-13 Berlin 100m Breast C 1.10,92 May-13 Tal-Qroqq 200m Breast C 2.38,58 Feb-13 Tal-Qroqq 50m Fly C 0.26,12 Dec-13 Berlin 200m IM C 2.16,00 Dec-13 Berlin Boys Group D (Etajiet 16 u 17) - Imweldin bejn l-1997 u l-1998 200m Free D 2.00,05 Jul-14 Tal-Qroqq 50m Back D 0.27,64 Apr-14 Eindhoven 100m Back D 1.00.38 Jul-14 Tal-Qroqq Muscat wara wieħed mir-rekords Possibiltà li Icardi iħalli lil Inter fil-futur qrib

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014