Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 JOHN BUSUTTIL DIN il-gazzetta għandha f 'idejha statistika uffiċjali interessanti dwar iċ- ċitazzjonijiet kollha mogħtija f 'Malta u Għawdex minn Settembru 2011 sal- aħħar ta' Ottubru 2014. Minn informazzjoni li ġbarna, wieħed jista' jinnota li l-akbar ammont ta' ċitazzjonijiet li jingħataw madwar Malta u Għawdex huma fiċ-ċentru ta' Malta li jkopri postijiet bi problemi kbar ta' parkeġġ bħal Tas- Sliema u San Ġiljan fejn l-istatistika turi li hawn jingħataw id-doppju u aktar ta' dak li jingħataw f 'reġjuni oħra. Ir-reġjuni l-oħra għandhom bejn wieħed u ieħor l-istess medja ta' ċitazzjonijiet bejn 45,000 u 50,000. L-aktar reġjun li naqqas in-numru ta' ċitazzjonijiet fl-aħħar sentejn hu dak tax-Xlokk, forsi wkoll għax il-parkeġġ u d-dħul fil- Belt Valletta ġie organizzat aħjar. Interessanti wkoll li ħafna huma tal-idea li f 'Għawdex jingħataw l-aktar ċitazzjonijiet. Fil-fatt il-figuri juru li r-reġjun ta' Għawdex għandu l-inqas rata ta' ħruġ ta' ċitazzjonijiet. Għalkemm wieħed irid jinnota li f 'Għawdex m'hemmx daqshekk traffiku u hemm inqas popolazzjoni meta mqabbel mal-popolazzjoni tar-reġjuni Maltin. Miċ-ċitazzjonijiet li jingħataw dawn jitħallsu kważi kollha u l-istatistika turi medja ta' 5 fil-mija ta' ċitazzjonijiet li ma jitħallsux. Dan ġeneralment jiġri jew għax wieħed ikun ikkontestahom u jirbaħhom, inkella jibqa' ma jħallashomx. L-akbar numru ta' ċitazzjonijiet ingħataw mill- wardens fejn il-figuri juru li dawn ħarġu d-doppju taċ-ċitazzjonijiet li jingħataw mill-Pulizija filwaqt li f 'Għawdex, il-wardens jagħtu ħames darbiet aktar ċitazzjonijiet milli jagħtu l-Pulizija. Fil-fatt il-wardens ħarġu nofs miljun ċitazzjoni fi 3 snin bil-pulizija joħorġu 220,000. Fattur ieħor kurjuż hu li dis-sena fiċ-ċentru ta' Malta rduppjaw iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw bl-ispeed cameras, u fejn is-soltu dawn ilaħħqu l-ammont ta' nofs dawk li jingħataw mill-wardens, dis-sena fl-ewwel għaxar xhur irduppjaw. Tant li sal-ewwel għaxar xhur bl- ispeed cameras ħarġu 48,304 ċitazzjoni u l-wardens taw 44,754 ċitazzjoni. Jidher ukoll li n-numru ta' ċitazzjonijiet donnu dejjem hu kostanti kull sena fejn kien hemm żieda żgħira f 'kull reġjun iżda naqas drastikament in-numru ta' ċitazzjonijiet mogħtija f 'Għawdex. Irduppjaw ukoll iċ-ċitazzjonijiet li ngħataw Għawdex permezz ta' twaħħil ta' CCTV cameras f 'xi pjazez fejn wieħed ma jistax jipparkja jew jistenna wisq u dan żdied bid-doppju fejn fl-aħħar 10 xhur ingħataw 1,192 ċitazzjoni. Statistika • F'Għawdex l-inqas li jinħarġu ċitazzjonijiet • F'għaxar xhur tħallsu €7.5 miljun f'ċitazzjonijiet • Kważi 23,000 ċitazzjoni ma tħallsitx jew ġiet imħassra • Fi tlett snin f'Malta u Għawdex ingħataw 855,783 ċitazzjoni u nġabru €20,686,639 miljun • Fiċ-ċentru ta' Malta aktar ħarġu ċitazzjonijiet bl-ispeed cameras milli ngħataw mill-wardens Il-ħames reġjuni Iċ-ċentru ta' Malta: Ħ'Attard, Ħal-Balzan, B'Kara, Il-Gżira, L-Iklin, Ħal-Lija, L-Imsida, Tal-Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, Sta Venera, Tas- Sliema u Ta' Xbiex. Ix-xlokk ta' Malta: Valletta, Il-Birgu, L-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, Iż-Żejtun, Il-Fgura, Il-Furjana, Il-Kalkara, Il-Marsa, Marsaskala, Mar- saxlokk, Ħal-Tarxien, Ix-Xgħajra. Nofsinhar ta' Malta: Ħal-Qormi, Ħaż-Żebbuġ, Is-Siġġiewi, Birżebbuġa, Il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Il-Ħamrun, Ħal-Kirkop, Ħal-Luqa, L-Imqabba, Ħal-Safi, Sta Luċija, Iż-Żurrieq. Tramuntana: L-Imdina, Ħad-Dingli, Il-Għargħur, Il-Mellieħa, L-Imġarr, Il-Mosta, In-Naxxar, Pembroke, Ir-Rabat, San Pawl il- Baħar, Is-Swieqi, L-Imtarfa. Għawdex: Victoria, Il-Fontana, Għajnsielem, L-Għarb, L-Għasri, Kerċem, Il-Munxar, In-Nadur, Il-Qala, San Lawrenz, Ta' Sannat, Ix- Xagħra, Ix-Xewkija, Iż-Żebbuġ. €20.7 miljun f 'ċitazzjonijiet tat-traffiku fi tlett snin Il-wardens ħarġu nofs miljun ċitazzjoni fi 3 snin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014