Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 31 SPORTSillum Dominju assolut minn Jonathan Balzan FTIT tal-jiem ilu kompla d-dominju assolut tal- maratoneta ewlieni f 'pajjiżna Jonathan Balzan hekk kif rebaħ il-Malta Challenge Marathon. ILLUM iltaqgħet ma' Balzan innifsu fejn talbitu jagħtina rendikot dettaljat dwar l-andament tiegħu f 'din il-maratona importanti fil-kalendarju annwali tal-atletika f 'pajjiżna. Huwa saħaq li, "Meta rbaħt l-ewwel Malta International Challenge Marathon tiegħi fl-2005 u kont l-ewwel Malti li ksirt id-dominju ta' rebħ mill-barranin, qatt ma kont nobsor li 9 snin wara kont se nkun qed nagħmel rekord ieħor, li nirbaħha għas-sitt darba (erba' konsekuttivi fl-2008, 2009, 2010 u 2011) u nilħaq lil Dale Rixon, rebbieħ ta' sitt edizzjonijiet miksuba sal- 1999. Nixtieq niddedika dir- rebħa lill-familja tiegħi, lil marti u b'mod speċjali liż-żewġ uliedi li propju ftit tal-jiem ilu għalqu sninhom. Għal binti din kienet l-ewwel Challenge tagħha wara li sentejn ilu ma ħaditx sehem għax konna qed nistennew it- twelid tagħha fl-istess jiem. Is-sena l-oħra kont għadni qed nirkupra minn ksur fil- qiegħ ta' saqajja u ma kellix bizzejjed taħriġ biex nieħu sehem. Grazzi tmur ukoll għall-kowċ tiegħi li anki fid- diffikultajiet tiegħi dejjem baqa' jemmen fil-potenzjal tiegħi. Dwar l-iżvolġiment tat- tellieqa, nista' ngħid li din kienet l-iktar waħda diffiċli mis-sitt rebħiet. Minkejja l-esperjenza, bħalma jiġri anki lill-atleti professjonali, fl-ewwel tappa batejt iktar mis-soltu minħabba li qassamtha ħażin, għalkemm ilħaqt il-mira tiegħi li nibni vantaġġ. Ir-riħ qawwi wkoll kien ta' xkiel. Peress li t-tellieqa hija fuq tlett ijiem dan jista' jilgħab parti importanti fl-andament totali u l-preokkupazzjonjiet tiegħi kienu kbar. Fit-tieni tappa ħassejtni aħjar u kkonċentrajt li nżomm il-vantaġġ b'attenzjoni li rajt kif għamilt biex ikkontrollajt fl-aħħar u l-itwal tappa li ħaditna minn San Pawl il-Baħar, it-telgħa ta' Sa Maison, għal Sant'Iermu fil-Belt. Billi dis-sena kellha tinbidel ir-rotta minħabba xogħlijiet fil-Coast Road, dan għamel ir-rotta iktar diffiċli peress li għaddejna mit-Telgha t'Alla u ommu san-Naxxar. Allura mill- bidu nett kienet ovvja li l-ħinijiet ma kinux se jkunu veloċi. Propju dan ikompli jiġġustifika l-fatt li kull tellieqa fiha storja! Bħalma jsostnu ħafna atleti, din hi tellieqa unika u mhux għal kulħadd. Minbarra l-enerġija atletika, wieħed irid ikun b'saħħtu mentalment għax dubji waqt wieħed mill-istadji, faċli jfarrku dak li tkun ilek tipprepara għalih. Ngħid prosit lil dawk l-atleti kollha li spiċċaw it-tellieqa u lil organizzatur Barry Whitmore filwaqt li nawguralu għall-25 edizzjoni tas-sena d-dieħla," temm jgħid Jonathan Balzan. Jonathan Balzan mal-Finish Line tal-Malta Challenge Marathon li fiha ħareġ rebbieħ MILLKAMPJONAT Nazzjonali tal-Hockey, Sliema Hotsicks kisbu rebħa tajba ta' 3-1 kontra Rabat biex b'hekk ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika b'6 punti. Min-naħa l-oħra Floriana kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun meta għelbu lil White Hart bl- iskor ta' 4-2. SLIEMA HOTSTICKS....3 RABAT...........................1 Umpires - Edward Hughes, Raymond Micallef L-ewwel taqsima kienet waħda kwieta bi ftit azzjonijiet bl-uniku ċans denju ta' nota jasal fit-12-il minuta meta Silas Plaehn laqat il-lasta għal-Hotsticks. Ħafna mil-logħob sar f 'nofs il-grawnd b'Hotsticks igawdu iktar mill-ballun iżda ma jirnexxielhomx jippenetraw id-difiża Rabtija. It-tieni taqsima kienet waħda kompletament differenti. Wara li Rabat tilfu ċans tajjeb mal-ftuħ tat- tieni taqsima, Sliema marru minn fuq minuta wara meta Julian Zahra poġġiehom 1-0 minn fuq. Fil-45 minuta Shaun Grima rdoppja għall-Hotsticks wara azzjoni tajba fuq il-lemin. Żewġ minuti wara Luca Sciusco skorja b'xutt mill-bogħod bir-riżultat jaqra 3-0 favur Sliema. Rabat ma qatgħux qalbhom u fit-53 minuta naqqsu d-distakk meta Shawn Falzon skorja minn azzjoni ta' short corner. Ir-ritmu tal-logħba baqa' wieħed għoli iżda Sliema żammew sod biex rebħu l-logħba 3-1. WHITE HART LAFERLA INSURANCE................2 FLORIANA YOUNG STARS REMAX..............4 Umpires - Luke Busuttil Leaver, Paul Brincat Kmieni fil-logħba ż-żewġ timijiet kellhom l-opportunitajiet tagħhom iżda dawn ma ġewx sfruttati. Fl-20 minuta Young Stars kellhom żewġ short corners iżda ma ħadux vantaġġ minnhom. Erba' minuti wara Luke Borg Costanzi poġġa lil Floriana fil-vantaġġ b'xutt mid-distanza. Żewġ minuti wara, Joseph Dalli rdoppja għal Young Stars u immedjatament wara Jamie Mifsud għamilhom 3-0, vantaġġ li żammew sa tmiem l-ewwel taqsima. Fit-tieni taqsima White Hart urew iktar determinazzjoni u fl- 44 minuta resqu viċin li jnaqqsu d-distakk iżda Andrew Camilleri kien strumentali għal Young Stars li xellef il-ballun milli jibqa' dieħel fil-lasta. Liam Azzopardi kien sfortunat li ma skorjax għal White Hart f 'żewġ okkażjonijiet iżda fis-56 minuta skorja gowl importanti li reġa daħħal lit-tim tiegħu fil-logħba. Il- pressjoni minn White Hart kompliet tiżdied u wara li Floriana tajru ballun ieħor minn fuq il-linja, Azzopardi skorja t-tieni gowl tiegħu biex għamel l-iskor 3-2 tmien minuti mit-tmiem. Iż-żewġ timijiet ħarġu jattakkaw iżda kienu Young Stars li reġgħu skorjaw. Ivan Magro Dingli ma żbaljax meta skorja minn penalty bil-logħba tispiċċa ftit wara bl-iskor ta' 4-2 favur Floriana. Sliema Hotsticks jikkonsolidaw posthom fil-quċċata Klassika Kampjonat Nazzjonali tas-Seniors tal-Hockey L PTI 1 Sliema Hotsticks 3 6 2 Qormi 2 4 3 Floriana Young Stars 3 2 4 Rabat 2 0 5 White Hart 2 0 It-tim ta' Sliema Hotsticks li bħalissa jinsab jokkupa l-quċċata tal-klassifika tal-Kampjonat Nazzjonali tas-Seniors tal-Hockey

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014