Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

32 illum Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 SPORTSillum 137 kompetitur għall-Euromed Malta Championship 137 kompetitur żagħżugħ minn 9 pajjiżi qegħdin jikkontestaw il-15-il edizzjoni tal-Optimists Class EUROMED Malta Championship li bdiet nhar il-Ġimgħa u tintemm għada t-Tnejn. Il-Bajja tal-Mellieħa għal darb'oħra hija l-arena għat-tiġrijiet bil-Lido Maxima li qed jospita l-uffiċċju amministrattiv u ż-żona ta' varar tal-kampjonat. L-avveniment ta' erbat ijiem qed ikun ikkontestat minn kompetituri kemm maskili kif ukoll femminili li ġejjin minn Ċipru, l-Irlanda, ir- Russja, Spanja, l-Italja, ir-Renju Unit, il-Greċja, ir-Rumanija u Malta. L-Irlanda, Spanja u l-Greċja huma ġodda għal dan l-avveniment Malti. L-akbar tliet kontinġenti barranin huma dawk minn Sqallija b'29 baħri, l-Irlanda b'16, u r-Russja b'14-il parteċipant waqt li l-kontinġent Malti huwa magħmul minn 40 baħri. "Aħna nipprattikaw kull weekend matul is-sena, iżda nżidu t-taħriġ tagħna fl-aħħar 3 ġimgħat qabel l-avveniment. Uħud miż-żgħażagħ tagħna saħansitra jingħaqdu mal- coaches barranin f 'aktar taħrig fil-ġimgħa qabel il-Euromed. Nemmen li għandna 5 kompetituri b'saħħithom ħafna li kollha għandhom ċans li jmorru tajjeb, iżda dan kollu jiddependi fuq il-kundizzjonijiet tat-temp u kif imorru l-kompetituri barranin fil-jiem tal-avveniment," irrimarka Jean Paul Fleri Soler, kowċ fil-Malta Young Sailors Club. Minbarra l-MYSC, l-Birżebbuġa Sailing Club huma klabb lokali ieħor li għandhom ukoll kompetitur fil-Euromed 2014. Il-Kampjonat ta' Malta huwa wkoll attrazzjoni għall- kompetituri tad-dinghies Laser fejn il-parteċipazzjoni ma tkunx ristretta b'limitu ta' età. Il-parteċipanti se jinqasmu f 'ħames kategoriji, jiġifieri l-Cadet Klassi Optimist, l-Ottimist Klassi Open, l-Ottimist Klassi Novice u żewġ Klassijiet tad-dinghy Lase - Laser Klassi Radial u Laser Klassi 4.7. 9 tiġrijiet, b'7 li jgħoddu, se jagħmlu l-programm tat-tlielaq tal-Kampjonat mifruxa fuq erbat ijiem organizzat mill- Malta Young Sailors Club bil- koperazzjoni tal-Kunsill Malti għall-iSport u l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u miżmum taħt il-patroċinju tal-Federazzjoni tal-Ibburdjar ta' Malta. Il- lukanda uffiċjali tal-Euromed 2014 hija s-Seabank Resort & Spa fil-Mellieħa. ASMK Autocross rides u Demolition b'risq l-Istrina ILLUM l-"Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi" se torganizza attività speċjali li se tkun b'risq il-'Malta Community Chest Fund'. F'din il-21 edizzjoni bi programmm sejrin naraw is-sezzjoni Autocross bil- ħames attività tal-Kampjonat ASMK-Pasta Poiatti, is- sezzjoni Motocross li se tkun qed ittella' t-tieni attività mill- Kampjonat u l-programm tal-ġurnata mistenni jispiċċa bid-Demolition Derby li tibda għall-ħabta tat-3:30pm. Xi ħaġa interessanti għall- pubbliku preżenti f 'din l-edizzjoni hija L-Autocross Rides. Fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet saret bi prova u kien hemm domanda qawwija għal din l-esperjenza li jirkeb karozza Autocross madwar il-korsa tal-ASMK. Illum se jkun hemm numru ta' karozzi Autocross armati bit-tieni seat. Din id-darba se jkun hemm numru ta' karozzi Autocross fuq l-iStart Line biex min jixtieq jirkeb f 'waħda minn dawn il-karozzi jkun jista' jagħmel dan permezz ta' donazzjoni żgħira ta' €5 b'risq l-Istrina. Din se tkun ukoll esperjenza ta' tellieqa Autocross bejn ħames karozzi. Se ssir f 'forma ta' tiġrija biex il-passiġġier jesperjenza dan l-isport mill- viċin u fl-istess ħin inkunu qed nedukaw sewwieqa ġodda billi nuru l-valuri ta' sewqan sportiv waqt li d-donazzjoni tmur fil- fond tal-Istrina għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd jista' jiġi bżonnu. Għal min jixtieq ukoll se jkun hemm karozza fit- trakka 'stand-by' biex min jixtieq ikollu esperjenza billi jsuqha personalment jista' jagħmel dan ukoll permezz ta' donazzjoni għall-Istrina. Grazzi specjali tmur lejn is-sewwieqa kollha li se jkunu disponibbli għal din l-inizjattiva speċjalment iż-Żanu Racing Team li se jipprovdu l-karozza biex wieħed ikun jista' jkollu l-esperjenza personali fl- Autocross. Intant illum ikompli l-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2014/15 fejn fil- Klassifika Nazzjonali Autocross wara erba' attivitajiet insibu lil Philip Joe Vella fuq Opel Corsa b'89 punt segwit min Christian Mark Galea fuq Fiat Ritmo b'81 punt. Fit-tielet post insibu lil Jason Martin fuq Volkswagen Polo b'48 punt segwit fir-raba' post minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo wkoll b'42 punt. Fil-ħames u s-sitt post insibu lil Andrew Pisani b'38 punt u Keith Borg b'34 punt it-tnejn fuq Vauxhall Nova. Il-Klassifika Nazzjonali Motocross issa hija miftuħa u wara l-ewwel attività nsibu lil Clayton Camilleri fuq KTM jieħu l-ewwel 50 punt għal Klassi A segwit minn Paul Muscat fuq KTM b'44 punt u fit-tielet post insibu lil Stefan Dimech fuq Honda, lil Edward Ciantar fuq Kawasaki u Trevor Muscat fuq KTM it-tlieta b'36 punt kull wieħed. Fi Klassi B insibu lil Ludvic Muscat fuq KTM li fetaħ din il-klassifika bl-ewwel 50 punt tiegħu segwit minn Turu Micallef fuq Honda b'42 punt. Fit-tielet post insibu lis-Sewwieq Għawdxi Adam Sultana fuq Kawasaki b'38 punt. Fil-jiem li ġejjin l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tippubblika l-kalendarju bid-dati tas-sena d-dieħla u għal kwalunkwe informazzjoni tal-Għaqda wieħed jista' jżur is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni, www.asmk.org.mt, jew inkella l-paġna fuq Facebook A.S.M.K. Malta. Il-poster tad-Demolition Derby li se ssir illum b'risq l-Istrina Iż-żgħażagħ multinazzjonali jħarsu bil-ħerqa li jikkompetu fil-EuroMed matul il-vaganzi tal-Milied tagħhom Studenti Għawdxin fil-Gymstars Gymnastics International Competition SITT studenti mill- Gozo Gymnastics Association għat-tieni sena konsekuttiva ħadu sehem fil-Gymstars Gymnastics International Competition December 2014 li fiha ħadu sehem ġinnasti minn Spanja, l-Ingilterra, Iżrael u Malta. Il-kompetizzjoni kienet maqsuma f 'żewġ partijiet, parti kompetittiva u parti mhux kompetittiva għall- atleti żgħar. L-istudenti kienu Joanne Vella, Pearl Ebejer, Kylie Grech, Marie Claire Cefai, Michela Caruana u Hayley Refalo. Joanne Vella ħadet sehem fil-parti kompetittiva u rebħet tlett midalji tal-bronż fil-Beam, Floor u Overall. L-istudenti l-oħrajn ħadu sehem fil-parti mhux kompetittiva u kienu mfaħħra mill-ġurija għall- ħiliet tagħhom. Is-sitt studenti mill-Gozo Gymnastics Association li għat-tieni sena konsekuttiva ħadu sehem fil-Gymstars Gymnastics International Competition

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014