Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 33 of 35

34 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 Kif għażilt il-futbol fost tant sport ieħor? Minn meta kont żgħir, dejjem kelli l-ġibda lejn l-isports. Tant hu hekk, li kont nipparteċipa f 'ħafna attivitajiet sportivi kemm dawk organizzati mill-iskola kif ukoll dawk extra-kurrikulari. Fl-iskola fejn kont nattendi kont fit-tim tal-atletika, fejn ipparteċipajt u rbaħt ukoll xi midalji barra minn Malta. Iżda l-ġibda lejn il-futbol kienet dejjem ikbar u fl- aħħar mill-aħħar għażilt il-futbol. Apparti minn hekk, missieri dejjem issapportjani u nkoraġġieni sabiex nibda nittrenja l-futbol minn età żgħira. Kif tiddeskrivi l-ewwel esperjenzi tiegħek fil-futbol? L-ewwel klabb li lgħabt miegħu kien propju Naxxar Lions meta ta' 7 snin kont ingħaqadt man- nursery tagħhom. Ta' 9 snin kont issiħibt man-nursery tas-Sliema u bqajt magħhom sa meta għamilt id-debutt mat-tim tal-kbar ta' 17-il sena. Sabiex nikseb iktar esperjenza ingħaqadt b'self mat-tim ta' Mqabba li kien ġie promoss fil-Premier meta kelli 18-il sena. Tliet snin ilu fl- istaġun 2011-12 ukoll kont ingħaqadt b'self ma' klabb ieħor. Din id-darba kien Floriana. Kienet iebsa għalija għall-bidu li ssiħibt lill-Floriana meta tqis li dawn huma rivali kbar ta' Sliema. Il-kowċ u l-president tagħhom ta' dak iż-żmien kienu wrew fiduċja fija u għaldaqstant iffirmajt magħhom. Niftakar li kelli staġun pożittiv u li kont ipparteċipajt f 'ħafna logħob f 'dak l-istaġun u spiċċajna fit-tielet post. X'kienet l-esperjenza tieghek sa issa ma' Sliema Wanderers? Din hija s-16-il sena tiegħi ma' Sliema. L-esperjenza magħhom sa issa kienet waħda pożittiva. Inqis lil dan il-klabb bħala t-tieni familja tiegħi, fejn iltqajt ma' ħafna nies fosthom l-akbar ħbieb li għandi. Ippermettili niddeskrivi l-aħħar staġuni ta' Sliema Wanderers fosthom dan l-istaġun bħala tassew diżappuntanti. X'taħseb li wassal għal dan id-diżappunt? Naqbel. Naħseb li l-iktar klabb glorjuż ta' Malta jixraqlu u huwa mistenni minnu li jkun dejjem fost it-timijiet li jkun qiegħed jiġġieled għall-ogħla unuri fil-futbol Malti. Dan ma jidhrix li hu l-każ illum il-ġurnata. Tant hu hekk li ftit tal-istaġuni ilu (2009-10) konna spiċċajna wkoll nirriskjaw li niġu relegati. Dawn l-aħħar staguni dejjem kważi rnexxielna niksbu post fl-Ewropa, però dan mhux bizzejjed. F'dan l-istaġun qed jiġru l-istess affarijiet li ġraw fi staġuni preċedenti. L-ikbar difett tagħna bħala tim huwa l-inkonsistenza. Meta naħsbu li rkuprajna u li fl-aħħar sibna l-forma, nerġgħu nsibu rwieħna fl-istess sitwazzjoni. L-aħħar unur li rbaħna kien propju fl-istaġun 2009/10 meta l-klabb iċċelebra r-rebħ tal- 20 trofew fl-istorja tiegħu. Wara din, irbaħna s-Super Cup fil-bidu tal-istaġun ta' wara. Irnexxielna wkoll naslu sal-finali ta' din il- kompetizzjoni l-istaġun li għadda, iżda sfortunatament tlifna l-partita bl-iskor ta' 1-0 ma' Valletta. X'wassal għal din in-nixfa ta' tazzi f 'dawn l-aħħar snin huma ħafna affarijiet li jakkumulaw staġun wara staġun li f 'daqqa jagħmluha impossibli sabiex tim ikun l-aqwa fil-kampjonat. Is- sitwazzjoni finanzjarja, għażla ħażina ta' plejers barranin, plejers mhux fil-forma mixtieqa u anki l-isfortuna, ikkontribwew ħafna drabi għal dan kollu. X'kienet ir-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Alfonso Greco? Mal-kowċ Taljan Alfonso Greco kelli relazzjoni tajba ħafna. Fil-bidu kienet diffiċli li nidraw lil xulxin peress li ġej minn pajjiż ieħor li jħaddnu kultura u ideoloġija ta' futbol differenti minn tagħna. Meta tqis li dejjem kellna skwadra mhux ta' livell mistenni minn tim bħal Sliema Wanderers, irnexxielna nakkwistaw l-Ewropa għal żewġ staġuni wara xulxin u tlajna fil-finali tat-trophy. Fiż-żewġ staġuni u nofs li dam Greco magħna nistqarr li nħossni tejjibt il-kwalità ta' futbol tiegħi għaliex dejjem kien jiffoka fuq dettalji żgħar li iżda jagħmlu differenza kbira. Nammeti li kien wieħed mill-aħjar kowċis li kelli sa issa. Kull bidu fih it-tmiem, u kif dejjem jiġri fil-futbol meta tim ikun sejjer ħażin jeħel il- kowċ. Qbilt li dan tneħħa minn kowċ tal- Wanderers? Naqbel jew ma naqbilx ma' din id-deċiżjoni ma tagħmilx differenza. Issa rridu nħarsu 'l quddiem u ningħaqdu iktar minn qatt qabel bħala tim. X'inhi issa r-relazzjoni tiegħek mal- kowċ Stephen Azzopardi? Stephen Azzopardi kien il-kowċ li tani l-esperjenza inizjali ma' Sliema ta' 21 sena. Għalkemm ma kontx inkun dejjem fil-formazzjoni inizjali dejjem kien jinvolvini b'xi mod jew ieħor. Eżempju klassiku hu meta kont dħalt bħala sostitut fil-finali tat-Trophy li konna rbaħna kontra Valletta. Kien propju ma' dan il-kowċ li rbaħna l-aħħar unuri prinċipali. Ma' Azzopardi għandi relazzjoni tajba u dejjem niddiskutu fuq metodi li rrid naddatta sabiex nibqa' ntejjeb il-logħba tiegħi. U r-relazzjoni tiegħek mal-President Keith Perry? Ir-relazzjoni tiegħi mal-President Keith Perry hija waħda tajba ħafna. Ir- relazzjoni tagħna tmur lura ħafna snin qabel ma dan inħatar president, tant li jiftakarni student f 'De La Salle College fejn kien ġieli jiġi. Wara li nħatar president ma konniex nitkellmu u niltaqgħu daqs kemm konna qabel u nemmen li din id-distanza hija tajba bejn president u plejer. Int ukoll għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal- iskola u mal-futbol? Ix-xogħol ta' għalliem narah imur tajjeb ħafna mal-futbol u kwalunkwe sport ieħor li jirrikjedi taħriġ ta' kuljum. Ix-xogħol ta' għalliem jippermettili li nistrieħ ftit qabel it-taħriġ. Apparti minn hekk ikollna l-vaganzi tas-sajf u dawk ta' matul is-sena li jħalluni nagħmel taħriġ apparti filgħodu, bħall-gym u taħriġ ieħor simili. Nagħmel ħilti kollha sabiex l-esperjenzi u t-tagħlim li nkun ħadt mill-futbol ngħaddihom lill-istudenti li ngħallem. Induru issa għat-tim nazzjonali. Jidher li l-kowċ Pietro Ghedin għandu fiduċja kbira fik hekk kif qed narawk inkluż f 'ħafna logħbiet tat-tim nazzjonali fosthom logħbiet importanti bħal dik kontra l-Italja. X'inhi l-esperjenza tiegħek mat-tim nazzjonali? Xewqa ewlenija ta' kull plejer li jilgħab il-futbol hija dik li jilgħab għal pajjiżu kontra l-aqwa plejers fid- dinja. M'hemmx sensazzjoni aqwa minn dik li qiegħed fil-grawnd tkanta l-innu Malti qabel il-partita. Id–disa' partiti li kont involut s'issa fihom kollha kellhom il-pożittiv tagħhom. Għalkemm ir-riżultati mhux dejjem jiġu, kull logħba għenitni nitjieb u nimmatura bħala plejer. L-isbaħ esperjenza għalija s'issa li nibqa' ngħożż tul ħajti kollha hija bla dubja dik kontra l-Italja f 'Ottubru li għadda ġewwa Ta' Qali. Għalkemm tlifna bl-iskor ta' 1-0 nemmen li kellna prestazzjoni pożittiva u nkoraġġanti. Li tilgħab quddiem stadium ippakkjat f 'darek mhix xi ħaġa ta' kuljum, għaldaqstant nħossni fortunat li kont parti minn din l-okkażjoni. X'inhi r-relazzjoni tieghek ma' Pietro Ghedin? Ir-relazzjoni bejni u bejn il-kowċ Ghedin hija waħda professjonali, ta' kif għandha tkun bejn il-kowċ u l-plejer. Jien nagħmel ħilti sabiex nifhem u nimxi fuq id-direzzjonijiet li jagħtini l-kowċ kemm waqt it- taħriġ u iktar u iktar waqt il-logħob. U r-relazzjoni tiegħek mal-plejers sħabek li jiffurmaw parti mit-tim nazzjonali? Ir-relazzjoni tiegħi ma' sħabi l-plejers tan-nazzjonal hija tajba. Qatt ma kelli xi tip ta' problema magħhom. Hija normali li tkun aktar kunfidenti ma' ftit minnhom għaliex ikunu jilagħbu mal-klabb tiegħek, però ma' kollha mmur tajjeb. X'tikkummenta fuq l-amminstarazzjoni tal-MFA mmexxija mid-duo Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo? Naħseb li kienet u hija l-ambizzjoni ta' kull amministrazzjoni li jkun hemm żviluppi ġodda u miri li jintlaħqu u għaldaqstant nifhem li kull deċiżjoni li tieħu l-amministrazzjoni, teħodha b'tir u għan tajjeb. Iżda dan ma jfissirx li jiena, bħal naħseb kull plejer SPORTSillum John Minto – plejer li sploda l-wirjiet tiegħu f'dawn l-aħħar snin ma' Sliema Wanderers tant li wasal biex jissejjaħ b'mod regolari mat-tim nazzjonali fejn ħafna drabi jkun inkluż mal-ewwel 11 mill-kowċ Pietro Ghedin. "M'hemmx sensazzjoni aqwa minn dik li qiegħed fil-grawnd tkanta l-innu Malti qabel il-partita" Ix-xewqa ta' kull plejer CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014