Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 35 li għandu għal qalbu l-futbol ma jixtieqx li jara inċentivi għal iktar attendenza fil-grawnd, titjib fil- faċilitajiet u forsi attenzjoni iktar b'reqqa għat-tim nazzjonali tal-kbar. Min-naħa l-oħra rajt iktar progress u ta' ċertu livell għoli fil-qasam ġovanili. It tfal tagħna li huma l-futur tal-futbol Malti qegħdin jingħataw iktar taħriġ professjonali. Dawn it- tfal qegħdin jingħataw iktar tagħrif fuq kif għandhom jiżviluppaw bħala plejers. Dan jinkludi x'jieklu, l-eżerċizzju li jagħmlu waħedhom u l-iżjed importanti l-fattur li jagħmel id-differenza kollha - il- fattur psikoloġiku. Dawn it-tfal issa għandhom l-opportunità li jitkellmu ma' psikologa tal-isports meta jkollhom bżonn u anki qabel logħbiet importanti. Ir-riżultati li jiksbu kontra pajjiżi ġganti jitkellmu waħedhom. Il-futbol Malti marid? Fil-fehma tiegħi l-futbol Malti ilu marid u qed nara li kulma jmur, din il-marda qiegħda tiggrava u wisq nibża' li ma jkunx hemm kura għaliha! Dejjem nipparagunaw irwieħna ma' pajjiżi taċ-ċokon tagħna fuq l-avvanzi kbar li għamlu fosthom Ċipru u l-Islanda. Huma ħafna dawk li jgħidu x'inhi l-fehma tagħhom sabiex inkunu kompetenti bħal dawn il-pajjiżi però minn dan xejn ma jsir u bil-paroli fejn tkun tibqa'. Nemmen li hawn Malta hawn wisq klabbs. Għandna niffukaw fuq inqas klabbs li kollha għandhom jaqilbu professjonali. Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta? Aktarx hija x-xewqa ta' kull plejer li jkollu esperjenzi ma' klabbs oħra barra minn Malta. Dan għaliex wieħed jista' jsir plejer professjonali u ta' esperjenza, iktar u iktar meta tikkunsidra l-limitazzjonijiet li għandu pajjiżna. Għalkemm pajjiżna naħseb li għamel kull tip ta' progress fil-qasam tal-futbol, li tissieħeb ma' klabb barra minn Malta ġġiegħlek timmatura kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat ta' dixxiplina. Għalkemm nixtieq ħafna li nissieħeb ma' klabb barra minn Malta, din l-opportunità għadha ma seħħitx. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Qed inħares lejn il-futur tiegħi b'mod pożittiv. Jien inkompli naħdem u dejjem nagħti l-aħjar tiegħi sabiex inkun dejjem fl-aħjar forma u l-opportunitajiet jiġu waħedhom. Nirringrazzja lil dawk kollha fosthom il-familjari tiegħi li b'xi mod għenuni nasal u li dejjem emmnu fija. SPORTSillum Twieled t-23 ta' Awwissu 1988 f'Tal- Pietà u joqgħod in-Naxxar Fil-karriera tiegħu lagħab ma' Naxxar Lions, Floriana u Sliema Wanderers Huwa għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika Għandu l-duċja assoluta mill-kowċ tat-tim nazzjoanli Pietro Ghedin hekk kif b'mod regolari jissejjaħ mat-tim nazzjonali fejn ħafna drabi jkun inkluż mal-ewwel 11 John Mintoff "Il-futbol Malti ilu marid u qed nara li kulma jmur, din il-marda qiegħda tiggrava u wisq nibża' li ma jkunx hemm kura għaliha!" plejer li jilgħab għal pajjiżu Ritratt: Chris Mangion

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014