Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 Il-President tibda l-Istrina minn Għawdex KMIENI lbieraħ, il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca bdiet bl-attività tal-Istrina minn Għawdex. Din hija l-ewwel darba li saret l-Istrina fil-gżira Għawdxija, u se tkun qed tkompli llum il-Ħadd. L-Istrina minn Għawdex bdiet mill- lokalità ta' Għajnsielem fejn saret quddiesa fil-Parroċċa, kkonċelebrata mill-Isqof ta' Għawdex Mario Grech. Hekk kif intemmet il-quddiesa, il-President ta' Malta u s-sur Edgar Preca kienu milqugħa minn mijiet ta' residenti minn Għajnsielem li tellgħu wkoll programm ta' kant minn għadd ta' tfal. Kien preżenti wkoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-sindku tal-lokalità. Il- President ingħatat donazzjoni miġbura kemm mill-Kunsill Lokali u anki mill-Parroċċa ta' Għajnsielem. Wara, il-President żaret il-Qala fejn fuq iz- zuntier tal-Parroċċa kien imħejji programm b'innijiet ta' tfal u żfin folkloristiku, u daqq mill-banda tal-lokal. Il-President ġiet milqugħa wkoll minn mijiet ta' residenti tal- lokalità li lkoll ġew bi ħġarhom biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. F'diskors li tat f 'kull lokalità, il-President ta' Malta sostniet li hi ma tħossx li għandha tagħmel appelli, għaliex temmen fil-qalb kbira tal-Għawdxin u għalhekk flok appelli, tagħżel li tgħid grazzi għaliex tinsab ċerta li l-Għawdxin se jkunu qed jifhmu l-bżonnijiet ta' tant nies vulnerabbli li jiġu bżonn il-Malta Community Chest Fund li kull 4 ġimgħat qed tonfoq madwar 200,000 ewro f 'kimoterapija speċjalizzata. Wara l-Qala, il-President żaret il-lokalità tan-Nadur bi programm li tħejja fil-Parroċċa tal-lokal, u wara żaret il-lokalità tax-Xagħra fejn hemmhekk kien hemm jinstennewha wkoll għadd kbir ta' residenti lkoll lesti biex jagħtu d-donazzjoni tagħhom. Wara, l-President żaret ix-Xewkija fejn hemmhekk kienet milqugħa bid-daqq tal- kanzunetta tal-Istrina b'Solidarjetà INT MIN INT, li ġiet miktuba apposta għall- Istrina ta' din is-sena. Din l-orkestra li kienet komposta minn għadd ta' żgħażagħ, kantaw innijiet tal-Milied u wara ngħatat donazzjoni mir-residenti ta' din il-lokalità. Aktar tard, il-President żaret Ta' Sannat fejn hemmhekk kienet milqugħa minn għadd ta' residenti, u mis-sindku tal-lokal, u tħejja program ta' kant minn kor ta' tfal. L-Istrina se tissokta dalgħodu fil-gżira Għawdxija, bil-President ta' Malta u s-Sur Edgar Preca se jżuru l-Għarb, il-kumpless sportiv tar-Rabat Għawdex, iż-Żebbuġ, l-Għasri, Kerċem, il-Munxar, il-Fontana, San Lawrenz u Victoria. Ritratti: DOI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014