Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 35

JOHN PISANI LEPISODJI teroristiċi li seħħew din il-ġimgħa madwar id-dinja komplew nisslu ammont ta' biżà fost il-popli madwar id-dinja inkluż f 'Malta. Ix-xenarju ta' għexieren ta' tfal maqtula fil-Pakistan, il-ħtif ta' kafè f 'Sydney l-Awstralja u l-ħtif ta' ostaġġ f 'appartament fil- Belġju komplew żiedu l-biżà u rabja fost in-nies filwaqt li ħafna spiċċaw isaqsu jekk hemmx terroristi li qed jippużaw bħala immigranti biex jidħlu f 'pajjiżi Ewropej. Din il-gazzetta tkellmet ma' sorsi qrib il-Korp tal-Pulizija Maltija li qalu li kull immigrant illegali li jidħol Malta qed ikunu investigati bir-reqqa anke ma' Pulizija internazzjonali fosthom l-Interpol u l-Europol. Spjegaw li kull immigrant mal-wasla f 'Malta jkun interrogat kif ukoll jittieħdulu l-marki tas-swaba u ritratti. Din l–informazzjoni mbagħad tintbagħat lill-Pulizija barra minn Malta. "Ma nemmnux li fost dawk l-immigranti irregolari li jaslu Malta, jew li jkunu salvati, fosthom hemm xi elementi terroristiċi. Terrorist jista' jidħol Malta b'mod legali mill-ajruport jew bil-baħar u mhux bħala immigrant li jissogra ħajtu fuq dgħajsa jew dinghy." Intant fil-jiem li għaddew il-midja Taljana rrapportaw li l-Maġistrati Sqallin qegħdin jinvestigaw jekk fost l-immigranti irregolari li daħlu fuq dgħajjes jew li anke kienu salvati mill-istess forzi tal-ordni Taljani, seta' kienx hemm estremisti li rrnexxielhom jinfiltraw ma' dawk l-immigranti li ħarbu minn pajjiżhom bit-tama li jsibu ħajja aħjar fl-Ewropa. Skont l-istess midja Taljana fost dawn l-immigranti li waslu fil-kosta ta' Sqallija fl-aħħar xhur kien hemm estremisti li huma marbutin mal-grupp ISIS li huma attivi fl-Iraq u s-Sirja. Dan is-suspett tqajjem mill-Prosekutur ta' Palermo li fetaħ investigazzjoni dwar din l-infiltrazzjoni. Skont il-ġurnali Taljani, kemm dawk stampati kif ukoll fuq l-internet, qed jgħidu li sorsi qrib is-servizz tal-intelliġenza, membri tal-ISIS li allegatament waslu l-Italja huma ċittadini Libjani u Sirjana. Fl-aħħar xhur, il-Ministru tal- Intern Taljan, Angelino Alfano saħaq dwar "infiltrazzjoni terroristika". Huwa indika li "l-bieb tad-dħul" għal dawn il- membri tal-ISIS hija Sqallija. Mill-bidu ta' din is-sena waslu 197,000 immigrant illegali fi Sqallija. Informazzjoni kunfidenzjali miġbura mill- prosekuturi f 'Palermo tgħid li dan imur lil hinn mill- allarm ġenerali. Uħud mill- persuni suspettati diġá telqu mit-territorju Taljan, iżda l-investigaturi jemmnu li għad fadal numru mhux ħażin li għadhom l-Italja. 6 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 Il-biża mit-terroriżmu iżlamiku . . . Għawdex b'ċinema b'sistema unika u ġdida F'DAWN l-aħħar snin, Għawdex kien mingħajr ċinema meta l-uniku wieħed li kien hemm, is-Citadel Cinema kien għalaq għall- pubbliku. Iżda din il-ġimgħa reġa' fetaħ u fetaħ bil-kbir meta min se jmur hemmhekk se jesperjenza għall-ewwel darba l-4K SXRD Sony Digital Cinema. Il-ftuħ tiegħu kien possibbli grazzi għal skema ta' fondi mill- Ministeru tal-Ġustizzja. Issa Għawdex mhux talli se jkollu Ċinema 'state of the art' iżda sar arranġament mal-KRS Film Distributors li l-films li joħorġu f 'Għawdex se joħorġu eżatt flimkien ma' dawk li joħorġu Malta. Għal din is-sistema kien mistieden il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li faħħar l-inizjattiva tad-diretturi ta' dan iċ-ċinema fejn wieħed jista jara film b'kuluri aktar vibranti, id-dettal hu wieħed ċarissimu u l-ħoss hu ta' 7.1 surround sound. Id-direttur taċ-ċinema Raymond Grech qal li issa ġabu f 'Għawdex esperjenza unika li jistgħu jgawduha l-Għawdxin u anke l-Maltin li jżuru Għawdex. Kull immigrant irregolari li jidħol Malta jkun investigat bir-reqqa Interrogazzjoni, ritratti u marki tas-swaba mal-wasla f'Malta Il-films se jintwerew

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014