Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

ILGVERN laħaq ftehim li permezz tiegħu l-ishma tal-Malta Public Transport, il-kumpanija mmexxija mill-Gvern biex topera s-servizz tranżitorju tat- trasport pubbliku, jinxtraw mill-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon għall- prezz ta' 8 miljun ewro. Dan il-ftehim intlaħaq fl- aħħar sigħat meta ngħalqu n-negozjati mal-kumpanija Spanjola. Bis-saħħa ta' dan il-ftehim, il-kumpanija Spanjola ntrabtet biex tibda tmexxi s-servizz tat-trasport pubbliku mit-8 ta' Jannar li ġej. Il-ftehim intlaħaq wara negozjati sensittivi li kienu ilhom għaddejjin għal dawn l-aħħar xhur, li kellhom jiġu sospiżi għal xahar minħabba mandat ta' inibizzjoni li madankollu ġie miċħud mill-Qorti, u b'hekk setgħu jitkomplew fil-ġranet li għaddew. Il-bejgħ tal-kumpanija tal-Gvern jinkludi l-ħlas ta' 8 miljun ewro għall-akkwist tal-assi kollha tal-kumpanija, liema kumpanija kienet inxtrat mill-Gvern għall- prezz ta' ewro mingħand il-kumpanija preċedenti. L-operatur il-ġdid se jkun qed jinvesti madwar €40 miljun biex jopera s-servizz tat-trasport pubbliku. Dan l-investiment mhux se jkun rifless fin-noll, għax kif ġie mwiegħed, in-nollijiet se jibqgħu l-istess. L-investiment jinkludi x-xiri ta' 142 karozza tal-linja ġdida, li kollha huma Euro 6, u li se jidħlu fis-servizz sas-sajf li ġej. Barra minn hekk, biex is-servizz ikun jista' jidħol gradwalment sakemm jaslu l-karozzi tal-linja l-ġodda, se jinkrew numru ta' karozzi tal-linja tat-tip low floor. Permezz ta' dan il-ftehim, il-kumpanija se tkun qiegħda wkoll tinvesti fit- taħriġ tal-impjegati tagħha, kif ukoll fl-użu ta' simulators għall-karozzi tal-linja u fit- titjib tas-sistema tal-ICT. Il-ftehim jinkludi wkoll l-implimentazzjoni b'mod gradwali ta' rotot ġodda u frekwenzi aħjar tat-trasport pubbliku li se jammontaw għal żieda ta' 3 miljun kilometru kull sena. Kopja tal-ftehim se tkun imqiegħda fuq il-mejda tal- Kamra tar-Rappreżentanti fil-ġranet li ġejjin. Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li l-Gvern ried jassigura li dan il-kuntratt ikun jagħmel sens għaż-żewġ naħat. "Mingħajr ma nwiegħdu li se nagħmlu mirakli, qed naħdmu biex ikollna servizz li jilħaq l-aspirazzjonijet tal- Maltin. Irridu servizz li jkun alternattiva kredibbli, serju, effiċjenti u li jilħaq lil ħafna nies. Konxji li dan mhux faċli, iżda konvinti li b'rieda tajba minn kulħadd nistgħu naslu," temm jgħid Mizzi. SKONT stħarriġ tal- opinjoni pubblika li sar mill-Awtorita tax-Xandir f 'Ottubru, jirriżulta li l-programm REPORTER ippreżentat minn Saviour Balzan hu l-aktar programm ta' diskussjoni segwit wara Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali TVM. Il- programmi ta' diskussjoni l-aktar segwiti huma Xarabank, Reporter, Dissett, Realtà u fl-aħħar Times Talk. Għalkemm REPORTER jixxandar nhar ta' Tnejn fid- 21.55 ta' filgħaxija, jidher li fejn hemm diskussjoni tajba n-nies tibqa' mqajma biex issegwi. Matul dawn l-aħħar tlett xhur, il-programm iddiskuta diversi suġġetti meqjusa bħala suġġetti jaħarqu. Fost dawn kien hemm l-istaġnar fit- trasport pubbliku, il-qasam tal-enerġija, is-saħħa u kif ukoll l-etika u r-responsabbiltà politika fost oħrajn. Mitlub jikkumenta fuq dan ir-riżultat, il-preżentatur Saviour Balzan qal li hu ta' sodisfazzjon għall- produzzjoni tal-programm li x-xogħol li jinvolvi REPORTER qed ikun apprezzat mit-telespettaturi. "Waqt il-programm dejjem nagħmel mill-aħjar biex nirrispetta ż-żewġ naħat tal-argument. Il-programm jirrikjedi l-ħin tiegħu bħala preparamenti kemm fejn jidħlu l-kelliema kif ukoll il-produzzjonijiet viżwali li jidhru waqt il-programm. Kuntent li r-riżultati qed juru li n-nies qed japprezzaw dan il-programm u se nkomplu REPORTER b'aktar suġġetti li n-nies iridu jisimgħu dwarhom." REPORTER hu mtella' mill-kamra tal-aħbarijiet ta' Mediatoday bi produzzjoni ta' Saviour Balzan u Frederick Attard bl-assistenza ta' Jean Pierre Cassar u Bobby Cesareo. Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 7 REPORTER l-aktar popolari wara Xarabank Iffirmat il-ftehim mal-kumpanija Spanjola Autobuses de Leon REPORTER hu mtella' mill-kamra tal-aħbarijiet tal-Mediatoday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014