Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

8 illum | Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 GĦALKEMM il-Pulizija qatt ma tpoġġi każ ta' qtil fuq l-ixkaffa u ma tkomplix tinvestigah, il-qtil ta' Irene Johnson ta' 45 sena li seħħ il- Ġimgħa, 4 ta' Frar 1972, jista' jitqies bħala eċċezzjoni u huma ħafna tal-opinjoni li dan huwa omiċidju li qatt mhu se jkun solvut. Ir-raġuni għaliex dan il-każ jidher li qatt mhu se jkun solvut hija li s-suspettat ewlieni minn dejjem kien suldat Ingliż li kien Commando jew kien mar- Royal Air Force, u għaldaqstant huwa diffiċli ħafna jekk mhux ukoll 'impossibli' li xi darba dan jinstab u jitressaq quddiem il-ġustizzja. Mill-Ħamrun, għall-Ingilterra, għall-Belt Irene Johnson, magħrufa bħala "tal-Benjamin" u li oriġinarjament kienet mill-Ħamrun, kienet kriet appartament fi Triq il-Fontana fil-Belt Valletta u marret tgħix waħedha fih wara li għamlet xi żmien tgħix l-Ingilterra. Il-propju isem ta' Johnson kien Mary Agnes, iżda kienet magħrufa bħala Irene. Dak iż-żmien dawk l-inħawi kien hemm diversi appartamenti li kienu jinkrew minn prostituti u jidher li Johnson kienet tgħix minn fuq il-prostituzzjoni. Kien żmien meta Malta kienet għadha invażata minn baħrin u suldati speċjalment dawk Ingliżi li mhux biss kienu jiġu f 'pajjiżna fuq bastimenti navali jew ajruplani tar-Royal Air Force, iżda kien hawn minnhom li kienu jgħixu hawn Malta. L-appartament ta' Johnson kien dak numru 3 u kien jagħmel parti mill-kerrejja numru 12. Kien post żgħir li kien jikkonsisti fi tlett ikmamar żgħar – kċina, kamra tal-ikel u kamra tas-sodda. Għat-tip ta' ħajja li kienet tgħix Johnson biex tmantni lilha nnifisha, dan l-appartament kien biżżejjed. Tinstab maqtula mingħajr ħwejjeġ fuq is-sodda Peress li fejn kienet toqgħod Irene kienet xena normali li xi mara tkun akkumpanjata minn raġel, speċjalment raġel b'uniformi tas-servizz, jekk kien hemm xi ħadd li ra lil Irene dieħla ma' xi ħadd, żgur li ħadd ma ta każ min kien dak li kellha magħha. L-aħħar li ntlemħet fil- pubbliku, Irene Johnson dehret dieħla ma' baħri Ingliż fil-kerrejja fejn kellha l-appartament. Kien hemm min qal li dakinhar Johnson kienet fis-sakra tant li anke sid il-bar fejn kienet tpoġġi kien qalilha biex tmur id-dar. Dan kien il-Ġimgħa, 4 ta' Frar 1972 f 'xi ħin filgħaxija. Meta sal-Ħadd, 6 ta' Frar baqgħet ma dehritx, il-ġirien innutaw li d-dawl fl-appartament tagħha baqa' mixgħul lejl u nhar, tħassbu u marru l-Ħamrun ifittxuha għand ommha. Iżda omm Irene qaltilhom li matul tmiem il-ġimgħa ma kinitx rat lil bintha. Sħabha baqgħu jistennew u John Pisani jpisani@mediatoday.com.mt Qtil ta' prostituta fil-Belt Każ li l-Pulizija jistgħu Mill-Qorti 34 xahar ħabs talli żgassa 24 karozza f 'ġurnata waħda Jaqla' daqqa ta' martell wara li għajjar tfajla 'kerha' Frodista tintbagħat il-ħabs... terġa' ti- tressaq il-Qorti ġurnata wara RAĠEL ta' 35 sena mis-Siġġiewi li ilu jabbuża mid-droga sa minn mindu kellu 13-il sena ġie kkundannat 34 xahar ħabs wara li ammetta li żgassa 24 karozza u li seraq minn 11 minnhom f 'ġurnata waħda. Christopher Borg ammetta total ta' 45 akkuża fosthom li żgassa karozzi li kienu pparkjati fil-Park and Ride ta' Ħal-Qormi, mill-parkeġġ tas- Supermarket Lidl, f 'Ħal-Qormi wkoll, u minn karozzi li kienu fi Triq ir-Ramlija fis-Siġġiewi. Mill-karozzi huwa seraq għadd ta' flus kontanti, numru ta' CDs, fire extinguisher, brazzuletta, kamera diġitali, 'stereo', u anke 'remote control' tat-televiżjoni. L-Ispettur Carlos Cordina li mexxa l-Prosekuzzjoni, qal lill-Qorti li Borg inqabad minn filmati tas- CCTV ta' żewġ parkeġġi kif ukoll minn CCTV ta' ħanut fis-Siġġiewi. L-Ispettur spjega kif madwar il-postijiet tal-parkeġġ kien hemm traċċi ta' tkissir u ta' dmija, u li dan, flimkien mal-filmati tas-CCTV, rabtu lill-imputat mar-reat għax kellu qtugħ f 'idejh. L-Avukat Christopher Chirchop qal li l-imputat skuża ruħu mal-vittmi, ikkopera mal- Pulizija, u li ilu jieħu d-drogi minn mindu kellu 13-il sena. Minkejja li ġie informat li jista' jintbagħat il-ħabs b'konsegwenza tal-ammissjoni tiegħu, Borg reġa' wieġeb ħati li żgassa u seraq mill-karozzi, li sar reċediv u li kiser diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. Il-Maġistrat Aaron Bugeja kkundanna lil Borg għal 34 xahar ħabs u ordna lid-direttur tal-ħabs sabiex jgħin lill-imputat sabiex jegħleb il-vizzju tad-droga. RAĠEL li qala' xebgħa martell wara li għajjar lit-tfajla ta' sieħbu "kerha" u li ddejqu, weħel sitt xhur ħabs sospiżi għal sena, wara li nstab ħati li għamel ħsara fuq il-karozza ta' sieħbu waqt ġlieda. Il-Qorti semgħet kif nhar it-8 ta' Settembru 2010, l-akkużat, Anthony McKay, ta' 44 sena mill-Belt, kien qed jixrob ġo bar flimkien ma' Brian Buhagiar, Alan Gatt u t-tfajla ta' Gatt. F' ħin minnhom, McKay għajjar lit-tfajla ta' Gatt li hi kerha u li ddejqu. Malli semgħu dan, il-mara u ż-żewġt irġiel l-oħra telqu mill-bar. Fi triqtu lejn id-dar, McKay irċieva telefonata mingħand Buhagiar u dan tal- aħħar beda jgħajru u jisfidah għall-ġlied. McKay qal li wara, ra lil Buhagiar barra fi Triq is-Santwarju Ħaż-Żabbar u faqqgħet il-ġlieda. Matul il-ġlieda, Brian Buhagiar qabad martell u tah tliet daqqiet lil McKay u kisirlu idu. Min- naħa tiegħu, Alan Gatt ta daqqa ta' ponn tal- ħadid lill-imputat. Matul il-ġlieda, McKay ta daqqa ta' ponn fuq il-bonnett tal-karozza ta' Buhagiar u kkawżalha madwar €200 fi ħsara. Fil-Qorti, l-avukat tad- difiża, Arthur Azzopardi qal li McKay kien ta daqqa ta' ponn lil bonnet wara li kien aggredit, iżda r-raġuni tad-difiża waqgħu fuq widnejn torox hekk kif il-Qorti qalet li x-xebgħa li qala' McKay ma tiġġustifikax il-ħsara li għamel. Fis-sentenza tagħha, l-Maġistrat Miriam Hayman qalet li minkejja li l-imputat għandu kondotta kkulurita, huwa ma ħaqqux sentenza ta' ħabs effettiva u għalhekk tatu sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sena. MARA bi storja twila ta' każi ta' frodi ġiet ikkundannata sentejn u disa' xhur ħabs wara li ammettiet li ffrodat ħames persuni wara li kienet tikri djar jew appartamenti li mhumiex propjetà tagħha. Quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli nhar il-Ħamis, Annabelle Camilleri Monreal, ta' 29 sena mix-Xemxija, ġiet ikkundannata disa' xhur ħabs wara li ammettiet li ħadet tal-inqas €500 f ' ħames kirjiet ta' propjetajiet li ma kinux tagħha. Hija ntbagħtet ukoll sentejn ħabs wara li wettqet ir-reat meta kienet ingħatat sentenza sospiża ta' sentejn ħabs. Hija appellat is-sentenza tagħha, u b' hekk għadha ma bdietx tiskonta s-sentenza. Sorsi spjegaw kif l-akkużata kienet tikri xi appartament jew xi villa, tagħmel kopja taċ- ċwievet u imbagħad tikrihom lil terzi persuni taparsi kienu tagħha. L-imputata imbagħad tieħu l-kirja ta' xahar u xi flus f 'depożitu wkoll, qabel mal-vittmi jindunaw li ngidmu. Ġurnata wara li ntbagħtet il-ħabs, Camilleri Monreal reġgħet tressqet il-Qorti fuq frodi, din id-darba akkużata li gidmet aktar persuni. L-Ispettur Godwin Scerri qal li dan għadu biss il-bidu għax hemm numru kbir ta' nies lesti biex jagħmlu rapport fil-konfront tal-akkużata. Kien għalhekk li l-Qorti preseduta mill- Maġistrat Doreen Clarke, ma laqgħetx it-talba għal-libertà proviżorja tagħha. F' Novembru, l-akkużata, li isimha sar sinonimu ma' frodi, kienet intbagħtet seba' xhur ħabs wara li ammettiet li kienet iffrodat persuna meta kienet krietlu appartament li mhux tagħha. Intant, is-sena l-oħra, Monreal, kienet akkużata li frodat sitt persuni oħra meta kienet kritilhom 'farmhouse' f ' Għawdex li ma kinitx tagħha. DANIEL MIZZI dmizzi@mediatoday.com.mt Tliet prosituti li għenu lill-Pulizija fl-istħarriġ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014