Illum previous editions

illum 21 December 2014

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/437147

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Il-Ħadd 21 ta' Diċembru 2014 | illum 9 jittamaw li Irene titfaċċa. Għall- ħabta tal-5.00 pm iddeċidew li jiżgassaw il-bieb ta' Johnson għax baqgħu jaħsbu ħażin. Peress li l-appartament kien żgħir, kif il-bieb infetaħ raw lil Irene fuq is-sodda għarwiena wiċċha 'l isfel b'rasha mdendla barra mis-sodda. L-uniku ħaġa li kellha fuqha kien xugaman. Il-vittma kellha idejha u saqajha marbutin mas-sodda b' xi srievet. F'ħalqha sabulha kalzetta tan-nylon, li rriżulta li kienet tagħha stess. Hija kellha sinjali ta' daqqiet vjolenti fuq wiċċha u rasha tant li mill- awtopsja rriżulta li kellha ksur fix-xedaq u daqqa fuq rasha. Fl-art ħdejn is-sodda nstabet imħadda mċappsa bid-demm. Koperazzjoni mis-servizzi Ingliżi Il-Pulizija Maltija ma kellha l-ebda dubju li l-qattiel ta' Irene Johnson kien jagħmel parti mis-servizzi Ingliżi għaldaqstant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-ewwel intensifikaw fuq il-baħrin Ingliżi kemm dawk fuq il-bastimenti kif ukoll dawk stazzjonati hawn Malta. L-akbar suspett kien fuq wieħed li x'aktarx kien mal-Commandos jew mar-Royal Air Force. Huwa kien deskritt li kellu xagħaru iswed u bil-mustaċċi. L-investigaturi f 'dan id-delitt kienu sabu koperazzjoni sħiħa mill-uffiċjali tar-Royal Navy Ingliża. B'tentattiv li jinstab il-qattiel, l-investigaturi kienu ġabru xi prostituti li ttellgħu fuq il-Commando Carrier "HMS Bulwark" kif ukoll fuq l-"HMS Euralyus" tan-Navy Ingliża li kienu fil-Port il-Kbir. Hemmhekk numru ta' baħrin kienu miflija sew min-nisa Maltin b'tentattiv li jagħrfu lill- qattiel, iżda dawn ma identifkaw lill-ebda wieħed. Aktar tard waranofsinhar l-istess nisa ttieħdu fil-Barracks ta' St Andrews fejn saret spezzjoni oħra ta' identifikazzjoni. Anke din irriżultat fin-negattiv. Argumentat ma' suldat Meta l-investigaturi komplew ikellmu aktar nies qrib il-vittma, irriżultalhom li xi jiem qabel inqatlet, Irene Johnson kellha argument jaħraq ma' suldat meta kienu fl-appartament tagħha. Irene kienet stqarret ma' persuni li kienet tafda li dan is-suldat kien talabha tagħtih kalzetti tan-nylon, iżda Johnson tħasbet u ħarġet imwerwa mill- appartament. Meta l-Pulizija tal-Forensika eżminaw ix-xena tad-delitt, kienu elevaw diversi oġġetti mill-kamra tas-sodda tal-vittma. Fost dawn kien hemm landa tal-gallettini li fiha kien hemm xi ittri. Din l-evidenza kienet eżaminata sew mill-Pulizija, fosthom mill-espert tal-marki tas-swaba. Jirrizulta li wieħed minn dawn l-Uffiċjali tax-xena tar-reat, Wilfred Flores, kien eleva diversi marki tas-swaba u marki oħrajn. Minkejja li l-awtoritajiet Ingliżi kienu kkoperaw mal- Pulizija Maltija, mhux magħruf, iżda jekk kienx sar xi qbil ta' marki tas-swaba tal-baħrin Ingliżi. Arrestati żewġ suldati Ingliżi Minkejja li l-Pulizija ma kellhomx identifkazzjoni ta' min seta' wettaq dan id-delitt, xorta waħda kienu ġabru persuni. L-investigaturi kienu arrestaw żewġt irġiel Ingliżi għalkemm mhux magħruf jekk dawn kinux baħrin stazzjonati Malta jew fuq xi vapur, iżda wara interrogazzjonijiet fit-tul, il-Pulizija ħelsuhom għax ma setgħux ipoġġu lill-ebda wieħed minnhom fuq il-post tad-delitt. Ħasset li ma kelliex tmur miegħu Għalkemm fil-bidu tas- sebgħinijiet l-attivitá tal- prostituzzjoni mill-Belt, jiġifieri minn Triq id-Dejqa, li għadha magħrufa sal-lum bħala Strada Stretta, u n-naħa t'isfel tal-Belt bdiet tonqos, xorta kien għad fadal dawk il-prostituti l-antiki.. Wara l-qtil ta' Johnson il-Pulizija ġabru l-prostituti magħrufin u fost dawn kien hemm tnejn, Lulu Nappa u Mary Olivia, li setgħu jgħinu lill- Pulizija l-aktar għax kienu ħbieb tal-vittma. Nappa kellha suspett qawwi li l-qattiel seta' kien baħri u mhux Malti. Hija kienet qalet lill-Pulizija li dakninhar stess, u ċoé l-Ġimgħa, 4 ta' Frar 1972, kien mar baħri Ingliż fuqha biex tmur miegħu hija kienet irrifjutat għax l-aġir tiegħu ma kienx għoġobha. Il-mara kienet iddeskrivietu bħala raġel 'aħdar' u għalhekk ma kinitx aċċettat li tmur miegħu. Iżda ftit tal-ħin wara kienet ratu ma' Irene u anke rathom deħlin fl-appartament. Minn dakinhar Irene Johnson qatt ma dehret aktar ħajja. Jallega li kien jaf min huwa l-qattiel Il-Ġimgħa, 11 ta' Frar 1972, eżatt ġimgħa wara l-qtil ta' Irene Johnson, feġġ xaqq ta' dawl fuq dan il-każ. Kien għall-ħabta tal-10.30 pm meta baħri Ingliż kien qed jixrob f 'bar fi Triq id-Dejqa. Waqt li kien qed jixrob, qabad diskursata ma' waħda mill- prostituti u peress li l-qtil ta' Johnson kien għadu fuq fomm kulħadd, id-diskors dar fuq dan id-delitt u l-fatt li wieħed mis-suspettati kien baħri Ingliż bħalu. F'ħin minnhom dan il-baħri qal li huwa kien jaf min qatel lil Irene. Il-mara li kienet miegħu inħasdet, imma baqgħet kalma u ġibdet l-attenzjoni ta' sħabha li kienu wkoll ħbieb tal-vittma. Dawn daru mal-baħri u komplew iżommuh bil-kliem biex jaljenawh u jkompli jgħid dak li jaf. Biex żgur ma jitlaqx bdew iġibulu x'jixrob mingħajr ħlas sakemm xi ħadd mar għall-Pulizija u qalilhom b'dak li kien qed jingħad fil-bar. Fi ftit ħin waslu fuq il-post diversi Pulizija mid-Dipartiment tal- Investigazzjonijiet Kriminali u ħadu lill-Ingliż fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Waqt l-interrogazzjoni l-baħri Ingliż kien identifika lill-qattiel, iżda kien ħasad lill-Pulizija meta stqarr magħhom li l-istess qattiel ta' Johnson kien ħalla Malta diġá jew li kien tħarrab minn Malta. Din l-interrogazzjoni damet sejra kważi l-lejl kollu fejn bdew iħalluh għal ftit ħin waħdu u wara jkomplu jinterrogawh biex jaraw jekk kienx se jbiddel il- verżjoni. Iżda dan baqa' jsostni l-istess ħaġa. Għaldaqstant kmieni s-Sibt filgħodu tħalla jitlaq. Il-Pulizija Maltija kienet għamlet minn kollox biex ir-raġel indikat lilhom minn dan il-baħri jinġieb lura Malta biex ikun interrogat, iżda dawn it-tentattivi kienu fallew kompletament. Rapporti ta' swat Il-Pulizija Maltija kif ukoll dawk militari Ingliżi spiss kienu jkunu msejħin biex jintervjenu f 'appartamenti ta' prostituti minhabba swat min-naħa tal-baħrin Ingliżi u morini Amerikani. Mhux l-ewwel darba li anke rġiel Maltin kellhom jintervjenu biex iżommu lil xi barrani milli jkompli jsawwat lil xi mara. Kien hemm ukoll każijiet fejn dawn intervjenew fil-ħin u żammewhom milli jifgaw lil xi prostituta. Qtil simili sena u nofs qabel Il-qtil ta' Johnson kien ġab memorji koroh għan-nies tal-Belt l-aktar għat-tfajliet u nisa li kienu magħrufin għall- prostituzzjoni. Fit-2 ta' Awissu, 1970 kien seħħ delitt ieħor simili għal dak ta' Johnson. Dakinhar il-Pulizija kienu sabu l-katavru ta' mara oħra mill-Belt li kienet magħrufa bħala Maria s-'Sewda'. Il-katavru tal-mara kien instab ħames bibien 'l isfel minn fejn inqatlet Irene Johnson. Dwar id-delitt ta' Maria s-'Sewda' l-Pulizija kienu arrestaw lil ċertu Houston Featherstone Jr., morin Amerikan. Huwa kien tressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta' Maria u kien għamel xi żmien fl-Isptar Monte Carmeli taħt osservazzjoni stretta. fil-Belt kważi 43 sena ilu Tul dawn is-serje li qed nippubblikaw kull nhar ta' Ħadd fis-sensiela "Omiċidji Mhux Solvuti", dejjem għamilna appell biex min għandu xi informazzjoni jgħaddiha lill-Pulizija fuq in-numri 119 jew 21224001. F'dan il-każ ta' Irene Johnson, għalkemm l-appell tagħna xorta se jibqa', fl-istess ħin qegħdin inkunu wkoll realistici għax il-probbabiltá li l- qattiel ma jgħixx Malta u għaldaqstant diffiċli biex jinstab. Appell jistgħu jalqugħ minkejja mhux solvut Ritratti: ARKIVJI Il-vittma Irene Johnson Uffiċjali Ingliżi quddiem l-Għassa tal-Pulizija Nies li nġabru fi Triq il-Funtana fil-Belt meta ġriet l-aħbar tad-delitt

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 21 December 2014