Illum previous editions

illum 4 january 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/441182

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

€0.90 Nr 429 • 04 ta' Jannar 2015 www.illum.com.mt NEWSPAPER POST PAĠNA 14 "Il-kbir għadu ġej" Ched Evans iwassal għal kontroversja f 'Malta Ġie misjub ħati ta' stupru Ikompli f 'paġna 8 Mifsud Bonnici ma tax kas direttiva tal-Kunsill tal-Ewropa META ordna biex ma jittiħdux passi dixxiplinarji kontra uffiċjali li kienu responsabbli għall-ħarba ta' sitt immigranti irregolari li ntemmet bil-mewt ta' wieħed minnhom, l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici kien qed iwarrab l-ispirtu ta' direttiva mill-iktar ċara li kienet saret lilu mill- Kumitat ta' Kontra t-Tortura tal-Kunsill tal-Ewropa. Ironikament din id-direttiva kienet saret lil Mifsud Bonnici, xahrejn biss qabel il-mewt ta' dan l-immigrant Niġerjan, Infeanyi Nworkoye, li nqatel wara li ġie msawwat meta nstab wara l-ħarba tiegħu miċ- Ċentru ta' Detenzjoni. Kien fil-lejl ta' bejn is-16 u s-17 t'April 2011 li sitt immigranti li kienu miżmuma fiċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Ħal Safi ħarbu u wara li nqabdu tnejn minnhom, wieħed - immigrant min-Niġerja – kien spiċċa miet. Il-Logutinent Kurunell Brian Gatt li dak iż-żmien kien imexxi ċ-ċentri tad-detenzjoni, kien irrakomanda li jittieħdu passi dixxiplinarji minħabba negliġenza u traskuraġni. Huwa talab lill-uffiċjali li kienu xogħol sabiex jagħmlu stqarrija iżda dawn irrifjutaw. Il-Logutinent Kurunell Gatt ried ikeċċi lil dawn l-uffiċjali iżda l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici li kien tah direttiva biex l-affarijiet jibqgħu kif kienu għaliex kien qallu li l-Pulizija kienet qed tinvestiga. Ikompli f 'paġna 2 It-theddid ta' bombi... Hemm min jaqbdu stat ta' paniku li jista' jaffetwalu saħħtu JOHN PISANI MHUX kulħadd kapaċi jżomm kalm f 'sitwazzjoni ta' theddida ta' bomba. Hemm min jibqa' kalm u qisu ma ġara xejn, hemm min jippanikja bil-kbir minħabba l-biża' tant li jaqbdu stat ta' paniku li jista' saħansitra taffetwalu saħħtu. Hekk qalu sorsi fi ħdan il-Forzi Armati ta' Malta li tkellmu ma' din il-gazzetta dwar it-theddid ta' bombi li jsiru. Qalu wkoll li l-piena għal min jinqabad li jkun għamel theddida ta' bomba hija priġunerija u multa. Matul is-sena li għadha kemm intemmet saru b'kollox 19-il theddida ta' bomba f 'seba' postijiet differenti, bi 13 minnhom il-mira kienet il-bini tal-Qorti. Ikompli f 'paġna 2

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 4 january 2015