Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/448094
18 illum | Il-Ħadd 18 ta' Jannar 2015 F ost argumenti nazzjonali spettakolari, bħalma se jkun jekk mhux diġà hu, ir- referendum dwar il-kaċċa fir- rebbiegħa, hemm argumenti oħrajn li ġieli ma jingħatawx l-attenzjoni li tistħoqqilhom. Hemm ħwejjeġ li għandhom importanza aktar minn oħrajn, iżda li jispiċċaw orfni kemm fid- dinja tal-politika u kif ukoll soċjali. Wieħed minn dawn is-suġġetti huwa dak tar-relazzjonijiet industrijali u l-liġijiet li jirregolaw dawn ir- relazzjonijiet u l-impjiegi. Jiena wieħed minn dawk li ma nċedi qatt għall- pressjoni li għax id-dinja qiegħda tinbidel irridu nibdlu ċertu prinċipji li sa issa ħarsu lil kull impjegat. Wieħed minn dawn il-prinċipji hu li ħadd ma jista' jitlef xogħlu jekk mhux minħabba raġuni ġusta jew suffiċjenti jew ma jkunx hemm xogħol biżżejjed għal kulħadd, jiġifieri "redundancy". Illum, anke dan il-prinċipju qiegħed ikun taħt attakk minħabba orjentament neoliberali, anke ta' xi partiti li suppost huma soċjalisti. Ma rridux inħarsu 'l bogħod fejn dan qiegħed isir. Il- pajjiż ġar tagħna, l-Italja huwa wieħed mill-eżempji. Għal grazzja t'Alla dan l-attakk mhux qiegħed isir f 'pajjiżna... direttament. Ngħid hekk, għaliex il- prekarjat huwa eżattament attakk frontali kontra dan il-prinċipju daqs kemm hija frontali liġi li direttament tabolixxih. Attakk li flok jidħol mill-bieb, jidħol mit-tieqa. Kemm Gvern u kemm ieħor, b'wieħed b'aktar impenn minn ieħor, għamlu regolamenti biex il-prekarjat ikun ikkontrollat. Għalkemm irridu ngħidu li ġieli kienu l-Gvernijiet tagħna stess li taw eżempju ħażin. Taħt Amministrazzjoni Nazzjonalista, il-Gvern kien mudell xejn eżemplari f 'dan il-qasam u l-Gvern li għandna llum, għalkemm tassew qiegħed jieħu diversi miżuri, xorta għadu jrid jagħti eżempju totali fejn jidħlu ċertu impjiegi mal-Gvern. Iżda kultant, l-istess protagonisti li suppost jieħdu ħsieb l-interessi tal- impjegat, ikunu huma stess li jwaqqgħu l-ġebla fuq saqajhom. Qiegħed ngħid għall-unjins li kultant b'għemilhom stess jagħtu fuq platt ir-raġuni lil dawk li huma kontra liġi li tħares lill-ħaddiem fuq ix-xogħol u l-liġijiet industrijali. Waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija l-kwistjoni ta' "union recognition," li minħabba fiha anke l-produzzzjoni tax- xogħol tbati. Fil-fehma tiegħi rridu malajr kemm jista' jkun nindirizzaw din il-problema f 'żewġ aspetti tagħha. Dak ta' kif il- ħaddiema fuq ix-xogħol jagħżlu lill- unjin tagħhom u l-istabbilità, ta' liema unjin tirrapreżenta lill-ħaddiema wara li jkun iffirmat ftehim kollettiv. Għandna problema fuq iż-żewġ fronti u aktar ma ndumu ma nipprovaw insibu soluzzjoni għalihom, aktar se ssir ħsara kemm lill- ħaddiema u lil min jimpjegahom. Ma nistgħux inkomplu b'sitwazzjoni meta l-anqas tkun għadha nixfet il-linka li bih ikun iffirmat ftehim kollettiv, li ma tiġix unjin oħra li ma kinitx firmatarja għalih, li titlob li jkollha "recognition" għaliex tibda tallega li s-sitwazzjoni nbidlet minn dakinhar li jkun sar dan il- ftehim. Mhu raġonevoli xejn, li ftit xhur wara li kulħadd jibda jaħseb li għandu moħħu mistrieħ, jibdew l-inċertezzi. Mhux biss għal min iħaddem iżda l-agħar għal min jaħdem. Għalhekk għandu jkun hemm regola ċara li meta jkun iffirmat ftehim kollettiv, tkun xi tkun is-sitwazzjoni tas-sħubija tal-impjegati, għall-perjodu definittiv, ngħidu aħna sena u nofs, l-unjin li tkun iffirmatu l-ewwel darba biss, ikollha s-setgħa li tirrappreżenta lill-ħaddiema mal-management. Diversi drabi qegħdin jinħolqu sitwazzjonijiet ta' inċertezza li l-aktar li jpaxxu lil dawk li dejjem jargumentaw li l-unjins tal-ħaddiema huma ta' tfixkil għall-produzzjoni. Bħalma hi sagrosanta r-regola li l-unjin li tirrapreżenta lill-ħaddiema, għandha tkun dik li jagħżlu l-maġġoranza tal-ħaddiema permezz ta' elezzjoni sigrieta fuq il-post tax-xogħol. Regola apparentament sempliċi u ċara, iżda fir-realtà kkumplikata, bid-direttur tax-xogħol jiżfen fin-nofs. Ħafna drabi dan ikollu jagħmel verfiki bl-aktar mod Biżantin, għaliex ma jistax jagħmel mod ieħor, b'riżutat li ħafna drabi ma jissodisfa lil ħadd. Il-maġġoranza tal-ħaddiema, anke jekk relattiva, għandhom jiddeċiedu min jirrapreżentahom. Eżatt bħalma jiġri f 'elezzjoni ġenerali. Fl-2008 il- Partit Nazzjonalista ġab il-maġġoranza relattiva tal-voti b'dan kollu kien il-Gvern leġittimu. Għaliex f 'sitwazzjoni ħafna aktar gravi dan il-prinċipju naċċettawh u m'għandniex nagħmlu l-istess fil-każ tad-demokrazija industrijali? Hemm ukoll id-direttivi ta' azzjoni industrijali. Dawn irridu nibdew inħarsu lejhom minn lenti aktar reali. Mhux sewwa li jsiru azzjonijiet industrijali li ħafna drabi jkunu rrigwardaw anke deċiżjonijiet li strettament li mhumiex industrijali fis-sens kif trid il-liġi. L-aktar li qegħdin naraw dawn ix-xorta ta' azzjonijiet f 'postijiet fejn hemm nies li huma l-aktar vulnerabbli. Postijiet bħal m'huma l-isptar u djar tal-anzjani tal- gvern. Kważi kważi hemm unjin partikolari qisha tikkmanda dak kollu li jsir f 'dawn il-postijiet. Qisu għandha aktar setgħa mill-Gvern. Kellna sitwazzjonijiet fuq ħwejjeġ frivoli li fl-aħħar mill- aħħar, kienu l-morda li kellhom ibatu l-konsegwenza tad-dewmien fil-kura. Dan mhux sewwa, u għandu jkun hemm sistema fejn direttivi għal kull ħaġa ta' xejn għandhom ikun indirizzati b'ħeffa u effiċjenza. Nemmen ukoll li l-kwistjoni tal-prekarjat għandha taqa' taħt il- kompetenza tat-Tribunal Industrijali. Jekk ċerti impiegi jkunu manifestament prekarjat, iżda ħadd mill-ħaddiema ma jkun irid li jressaq il-każ quddiem it-Tribunal minħabba xi xorta ta' vittimizzazzjoni, għandu jkun hemm sistema li jkun il-Gvern li jresssaq il-każ meta infurmat minn ħaddiema li ma jkunux iridu juru isimhom. B'hekk biss inkunu nistgħu nħarsu l-interessi tal- ħaddiema kollha fuq ix-xogħol u mhux biss ta' xi ħaddiema. Id-dinja tar-relazzjonijiet industrijali aktar ma tmur qiegħda ssir aktar diffiċli. Iżda m'għandniex għalfejn naqtgħu qalbna jew narmu valuri li ilna nħaddnu. Id-dinja tax-xogħol "Kemm Gvern u kemm ieħor, b'wieħed b'aktar impenn minn ieħor, għamlu regolamenti biex il-prekarjat ikun ikkontrollat. Għalkemm irridu ngħidu li ġieli kienu l-Gvernijiet tagħna stess li taw eżempju ħażin" Il-maġġoranza tal-ħaddiema, anke jekk relattiva, għandhom jiddeċiedu min jirrapreżentahom TONI ABELA