Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/451766
Il-Ħadd 25 ta' Jannar 2015 | illum 15 BISSITWAZZJONI kif qed tiżviluppa minn jum għall-ieħor fil-Libja dan hu l-mument tal-verità. Jew il-fazzjonijiet Libjani jieħdu l-opportunità u bil-medjazzjoni tal-Ġnus Magħquda jaslu għal ftehim ta' waqfien mill-ġlied jew inkella l-pajjiż u ċ-ċittadini tiegħu se jispiċċaw jgħaddu minn perjodu twil ta' vjolenza u telf ta' ħajjiet innoċenti. Dak li jiġri fil-Libja għandu effett dirett fuq Malta u fuq ir-reġjun tal-Mediterran. Jidher li t-taħdidiet ġodda li nbdew bejn il-fazzjonijiet differenti bis-saħħa tal- mibgħut tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda, Bernardino Leon qegħdin iħallu l-ewwel effetti fejn kien hemm dikjarazzjonijiet ta' waqfien mill-ġlied minn fazzjonijiet varji. Irridu naraw kemm dawn se jtulu għaliex rapporti tal-mezzi tax-xandir internazzjonali qed jgħidu li l-ġlied kompla f 'diversi partijiet. Imma lanqas li kieku dan il-ftehim proviżorju ta' waqfien mill-ġlied qiegħed jiġi rispettat, il-pajjiż għandu bżonn ferm aktar minn xi ftehim temporanju. Hemm bżonn li l-fazzjonijiet kollha fil-Libja jpoġġu fuq il-mejda tan-negozjati. Hemm bżonn ta' waqfien mill-ġlied komplet għall-ġid tal-Libja u għall-ġid tar-reġjun tal- Mediterran kollu kemm hu. Hemm bżonn li l-istrutturi taż-żewġ Gvernijiet u formazzjonijiet parlamentari li jeżistu bħalissa jkunu integrati fi gvern ta' għaqda nazzjonali. Il-kunflitti diplomatiċi bejn iż-żewġ fazzjonijiet maġġuri qegħdin iwasslu għall- konfużjoni bħas-sitwazzjoni fil-ħruġ tal-viżi li mhux jiġu rikonoxxuti. Issa tħabbar ukoll li l-Gvern li għandu l-għarfien tal-komunità internazzjonali, jiġifieri dak ta' Tobruk, se jibda jagħlaq uħud mill-ambaxxati Libjani barra l-pajjiż bir-raġuni li qiegħda tingħata tkun dik ta' nuqqas ta' fondi. Jidher iżda li aktar ma jitħalla jgħaddi żmien qabel ma tibda tiġi indirizzata l-kriżi fil-Libja, aktar il- kapaċità politika tal-Libja li topera bħala stat se tkompli tmajna. Nittama li f 'dan l-istadju tinstab soluzzjoni għat-triq 'il quddiem ta' kif l-aħjar isiru d-diskussjonijiet taħt l-awspiċi tal-Ġnus Magħquda biex verament ikollna tama ta' soluzzjoni. Kif għidt fil-Parlament Ewropew, filwaqt li nemmen li huma l-Libjani nfushom li jistgħu jwasslu għal soluzzjoni madanakollu naħseb li l-Unjoni Ewropea tista' tgħin iktar. Għalhekk li huwa nkoraġġanti li aktar pajjiżi Ewropej qed jaqblu mas-suġġeriment ta' Malta, li bi qbil bejn il-fazzjonijiet differenti fil-Libja jkun hemm missjoni mmexxija mill-Ġnus Magħquda biex terġa' tkun stabbilita s-sigurtà fil-pajjiż. Kellna lil Malta li pproponiet dan u huwa nkoraġġanti li anke l-Italja qalet li lesta tieħu rwol favur iż-żamma tal-paċi fil-Libja taħt l-awspiċi tal- Ġnus Magħquda. Inoltre, il- Prim Ministru Joseph Muscat riċentament iddikjara li Malta se żżomm l-irwol kostruttiv tagħha f 'din s-sitwazzjoni. Sigurtà fir-reġjun Intant fi żmien meta s-sigurtà u t-terroriżmu qed jiddominaw l-aġenda Ewropea, il-Libja tibqa' wieħed mill- istati ewlenin li jista' jkollu effett fuq is-sigurtà tal-Ewropa, u speċjalment ta' Malta u Għawdex. Infatti l-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca fir-riċeviment annwali mal-Ambaxxaturi qalet li Malta bħala pajjiż f 'nofs il-Meditteran għandu kull interess li ġar bħal-Libja jerġa' jkollu l-istabbiltà politika b'mezzi demokratiċi. L-Ewropa m'għandhiex il-lussu tħalli t-terroriżmu, il-fanatiżmu u l-ideoloġiji estremi jkomplu jikbru f 'dan il-pajjiż ġar tagħna. Għal żmien twil wisq l-Unjoni Ewropea bħal donnha kienet mhedija biss fuq dak li kien qed jiġri fil-pajjiżi li jmissu mal-fruntiera tagħha tal-Lvant ewlenija fosthom l-Ukrajna. Biex għamlet dan qisha għalqet għajnejha għal dak li kien qed jiġri fil-pajjiżi li jmissu man- naħa t'isfel tal-Ewropa, inkluż ukoll dak li qed jiġri fil-Libja. Nittama li dak li qalet il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Federica Mogherini jsir realtà biex l-Unjoni Ewropea tgħin ħalli jkun hemm soluzzjoni u l-Libja tkun tista' tiżviluppa f 'sieħeb strateġiku għas-sigurtà fl- Ewropa. Meta nitkellmu dwar sigurtà hemm element ieħor li rridu nikkunsidraw bħala Maltin. L-immigrazzjoni illegali lejn pajjiżna mil-Libja. Għalkemm minħabba diversi raġunijiet fl-2014 daħlu inqas immigranti f 'pajjiżna, dan ma jfissirx li din il-problema m'hijiex waħda reali, anzi. Din hija sitwazzjoni li għada magħna kif fakkarna l-aħħar żbark ta' 87 ruħ u t-telf ta' 20 ħajja l-Ħamis li għadda. Anke jekk l-attenzjoni ntefgħet fuq l-hekk magħrufa ghost ships li jitilqu mit-Turkija ma nistgħux ninsew li l-Libja għadha punt ta' tluq ewlieni tal- immigrazzjoni. Bis-sitwazzjoni issir iktar serja jekk il-kunflitt preżenti jispiċċa fi gwerra ċivili. Apparti l-problema tal- immigrazzjoni hemm ukoll il-problema tal-ammont kbir ta' armi li hemm bħalissa fl-idejn fil-Libja. Ekonomija Irridu jew ma rridux dak li jiġri fil-Libja għandu effett fuqna, anke ekonomikament. Għandna madwar 200 kumpanija Maltija li huma affettwati b'din s-sitwazzjoni. Għandna imprendituri Maltin li għandhom assi li huma maqbudin fil-Libja, hemm min għandu jitħallas ammonti kbar ta' flus għal xogħlijiet li diġà għamel. Hemm ukoll negozji li qegħdin iħallsu impjegati mingħajr ma dawn jistgħu jagħmlu xogħolhom. Għandna sitwazzjoni wkoll fejn qegħdin nitilfu opportunitajiet ta' investiment Libjan f 'Malta. Dan apparti li qiegħed jidħol xkiel żejjed għan- negozju bejn iż-żewġ pajjiżi minħabba s-sitwazzjoni kaotika fil-ħruġ tal-viżi. Informazzjoni li ngħatat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella fi tweġiba Parlamentari f 'dawn il-jiem turi li minħabba s-sitwazzjoni mqallba fil- Libja l-aħħar viżi li nħarġu mill-Konsolat ta' Bengażi kien f 'Ottubru tas-sena 2013, jiġifieri sena u tliet xhur ilu. Fejn jirrigwarda l-Konsolat fi Tripli l-aħħar viża nħarġet f 'Ġunju tas-sena li għaddiet. Dan kollu flimkien jagħmilha ħafna iktar ċara kemm hu importanti li tinstab soluzzjoni. Kemm fl- interess tal-Libjani, ta' Malta, tal-Mediterran u tal-Ewropa kollha kemm hi. Jalla l-proċess mibdi minn Bernardino Leon ikun dak li jibda triq ġdida għaliex kif qalet ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall- Affarijiet Barranin, Federica Mogherini dan jista' jkun l-aħħar ċans għal-Libja. Ċans li ma jistax jintilef. Miriam Dalli hi membru tal-Parlament Ewropew f 'isem il-Partit Laburista Kif Naħsibha MIRIAM DALLI Opportunità għall-Libja L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt Ittri Ġurnaliżmu tal-Ħabba Gozz EDWARD TORPIANO FLORIANA NAGĦMEL referenza għall- programm Newsfeed, liema programm immexxi minn Louise Tedesco u Norman Vella, ixxandar fuq Net Television nhar it-8 ta' Jannar, 2015, fejn, waqt li kien qed jiġi diskuss is-suġġett dwar il-bidla fix-Shadow Cabinet tal-Partit Nazzjonalista, (bidla mħabbra f 'konferenza stampa ta' Simon Busuttil fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista nhar it-8 ta' Jannar 2015), wieħed mill- opinjonisti mistieden fil-panel tal-imsemmi programm Frank Psaila, sostna, iżjed minn darba, li t-tkeċċija ta' Anġlu Farrugia minn Deputat Kap tal- Partit Laburista minn Joseph Muscat, (eżattament qabel l-elezzjoni ġenerali tad-9 ta' Marzu 2013), kienet 'ruthless'. Għaldaqstant, dejjem bl-istess argument, nixtieq nistaqsi lil Frank Psaila jekk jaħsibx li l-fatt li ċerta kunsilliera/ kandidati għall-elezzjoni tal- Kunsilli Lokali tal-10 ta' Marzu 2012 qatt ma ġew mistiedna biex jattendu fuq il-mezzi tax- xandir tal-Partit Nazzjonalista meta hu kien Direttur tal- Informazzjoni tal-istess partit politiku, kinitx policy li kienet tassew 'ruthless' u, wkoll, diskriminatorja ma' min kien diġà offra snin twal ta' servizz, kemm fil-komunità rispettiva tiegħu u, kif ukoll, fl-istess partit. Hemm bżonn ta' waqfien mill-ġlied komplet għall-ġid tal-Libja u għall-ġid tar- reġjun tal-Mediterran kollu kemm hu