Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 Għalfejn inħasset il-ħtieġa li titwaqqaf il-fondazzjoni? U għala issa u mhux qabel? Għala issa ma nistax ngħid, din kienet l-idea tal-President u kienet idea ta' din il-Presidenza. Aħna ma naħdmux fuq in-negattiv, aħna naħdmu dwar propju l-oppost, dwar l-għarfien x'iġib il-ġid… għalkemm il-kelma ġid mhux daqshekk korretta, aħna niffukaw fuq il-wellbeing, li għalissa għadna ma sibniex alternattiva oħra bil- Malti għal dik il-kelma. Aħna rridu nkunu nafu x'iġib il-ġid fis-soċjetà u naqsmu l-metodi ta' dan il-ġid u naqsmuh ma' ħaddieħor. Jekk għandek xi ħaġa li qed taħdem għidilna dwarha ħalli nagħmlu bħalek. Kif tinqasam din il-fondazzjoni? Għandna tliet friegħi ewlenin, waħda minnhom hija r-riċerka, għandna ħames istituzzjonijiet ta' riċerka. Għandna n-National Institute for Childhood, il-Family Research Centre, l-Observatory for Living with Dignity u s-Centre for Freedom from Addiction. Fost ir- riċerka li qed issir hija pereżempju fuq l-addiction tal-internet, qed naraw jekk teżistix u x'jagħmilha. Imbagħad għandna wkoll il-hub, l-ethnobotanical hub, li hija dwar ir-relazzjoni tagħna man-natura u kif iġġib wellbeing. Imbagħad hemm il-konsultazzjoni. Li huwa permezz ta' forum. Bħalissa hemm sitta, li matul is-sena se jiżdiedu għal għaxra. Dawn huma bbażati fuq kwistjonijiet differenti, pereżempju għandna forum dwar id-diżabbiltà. B'hekk niltaqgħu ma' nies li għandhom diżabbiltà jew li jieħdu ħsieb persuni b'diżabbiltà u mingħandhom insiru nafu x'iġib il- ġid għal dawn il-persuni… ngħidu aħna qbadna l-Palazz tal-Verdala u kkonvertejnieh f 'ambjent sabiħ għal tfal b'diżabbiltà, sadanittant konna qed niltaqgħu mal-ġenituri tagħhom u niddiskutu magħhom il-ħtiġijiet u dak li jinnutaw li jwassal għall-wellbeing f 'dawn il- persuni. X'joħroġ minn dawn is- sessjonijiet? Interessanti ngħid li waqt dawn is-sessjonijiet in-nies iħossuhom komdi ħafna. Malta għandna ċertu tendenzi li jekk wieħed jgħid xi ħaġa mill-ewwel nittimbrawh ma' xi naħa jew ma' xi affiljazzjoni, f 'din il-fondazzjoni tal-President wieħed iħossu komdu. Joħroġ anke ċertu sentiment ta' ġid u wellbeing infatti rridu nibdew nieħdu permess mingħand dawn il-persuni li jitkellmu magħna fis-sessjonijiet u neħdulhom filmat, biex il- pubbliku jkun jista' ġenwinament iħoss dak li qed isir f 'dawn is- sessjonijiet. X'kien dak li nibbet il-ħajra biex tkun maħluqa din il-fondazzjoni? Din bdiet mill-ewwel mal- Presidenza ta' Marie Louise Coleiro Preca, jiġifieri ma kinitx rispons għal xi ħaġa negattiva, anzi kienet xi ħaġa proattiva. Kulħadd irid li ċ-ċittadini ta' pajjiżu jħossuhom tajjeb allura aħna rridu nikkonservaw it-tajjeb li għandna. Ma kinitx xi reazzjoni għal xi ħaġa ħażina iżda biex insaħħu l-ġid. Kien hemm setturi fis-soċjetà li ma tantx kienu jingħataw importanza, pereżempju t-transġeneri, għamilt laqgħa magħhom u qrabathom fejn dawn tkellmu fuq l-esperjenzi tagħhom, xejn sbieħ… imbagħad minn hemm ħarġu bit-tir li jwaqqfu NGO. Il-laqgħa tathom l-ispazju biex isemmgħu leħinhom u jagħmlu xi ħaġa. Serviet ta' opportunità biex jingħaqdu u jaħdmu fuq xi ħaġa li dejjem xtaqu li sseħħ. Il-Malta Community Chest Fund għandha xi rabta ma' din il- fondazzjoni? Assolutament le. Hemm linja bejnietna. Aħna nipprovaw ngħinu fil-ġbir ta' fondi għal MCCF u mhux naħdmu magħhom. Huma żewġ entitajiet separati, u anke fejn jidħlu flus, assolutament m'għandhomx x'jaqsmu. Kif issir ir-riċerka fi ħdan din il- fondazzjoni? Hemm ħames entitajiet ta' riċerka… tat-tfal qed tħares lejn ir-relazzjoni bejn it-tfal u l-għalliema tagħhom fl-iskejjel, fejn riċerkaturi qed imorru fl-iskejjel u josservaw l-attitudni tal-istudenti mal-għalliema tagħhom tal-ħames sena fil-primarja. Tal-familja, qed iħarsu lejn ir-relazzjonijiet u x'iġib relazzjoni tajba bejn il- koppji, u f 'dan il-każ mhux qed inħarsu lejn xi koppji speċifiċi, imma kwalunkwe koppji… L-Osservatorju għall-Għixien b'Dinjità qed iħarsu lejn żewġ affarijiet, primarjament lejn għaliex it-tfal jitilqu kmieni mill-iskola. Imbagħad qed iħarsu wkoll lejn kif ċertu persuni ma jidhrux fl- istatistiċi lokali, speċjalment dawk li qegħdin fl-istituzzjonijiet u qed iħarsu lejn ir-raġunijiet tagħha u flimkien ma' entità oħra qed inħarsu lejn aċċess għall-ikel tajjeb għas-saħħa. Billi nippromwovu l-istil ta' ħajja tajjeb ma jfissirx li hu biżżejjed, irridu naraw x'qed ixekkel dan… Iċ-Ċentru għal Freedom from Addiction qed jaħdem biex jindagaw f 'dik li hija addiction għall-użu tal-internet. Imbagħad hemm l-ethnobotanical hub, fosthom li qed iħarsu lejn btieħi ekklesjatiċi hawn Malta bħala post ta' silenzju u paċi u spiritwalità u kif taffettwa l-wellbeing. Imbagħad hemm riċerka oħra li qed jinvestigaw żona fejn qed tiġi affetwata l-bijodiversità. L-Università ta' Malta għandha xi rwol f 'din il-fondazzjoni? L-Università hi importanti ħafna f 'din il-fondazzjoni. Għandna kunsill ta' gvernaturi li huwa l-bord konsultattiv tal-fondazzjoni. Hemm eks presidenti, eks prim ministri, ir- rettur tal-Università u hemm ukoll il-President kurrenti. Dan jiltaqa' kull sitt xhur, ngħidulhom x'qed nagħmlu u jgħaddu s-suġġerimenti tagħhom. L-Università jipprovdu aċċess għal riċerki li diġà saru u li jkollna bżonn għall-fondazzjoni. Waħda mill-affarijiet li mbagħad tagħmilna differenti mill-Università hija li aħna l-ewwel nitkellmu man- nies imbagħad aħna naħdmu fuqha. Għalhekk għalina l-konsultazzjoni hija essenzjali. Il-finanzjament minn fejn hu ġej? Il-President għandha limitu, li ġej mill-Gvern u nallokawh għall- fondazzjonijiet. Hemm ukoll għajnuna u rabiet ma' entitajiet barra minn Malta li wkoll jgħinuna, fosthom jistednuna għal seminars u korsijiet li jsejħulna biex nattendu għalihom barra mill-pajjiż u li huma jħallsu għaliha. Għandna rabtiet ma' diversi fosthom ma' King Baudouin Foundation fil- Belġju u l-Prince's Trust fir-Renju Unit. Xi tgħidli dwar il-ħaddiema li hemm jaħdmu f 'din il- fondazzjoni? Hemm diversi ħaddiema u professjonisti li jaħdmu b'mod volontarju. Fejn huma l-uffiċini tal- fondazzjoni? Għandna żewġt ikmamar fil- palazz li kienu jintużaw bħala kmamar tal-esebizzjoni u ma nistax ngħid li kienu ddisinjati bħala uffiċini. Issa se niċċaqalqu u mmorru f 'uffiċini apposta li qed jiġu rranġati. Dan minħabba li ma nħossux li l-Palazz għandu jkun post fejn ikun hemm uffiċini, wara kollox qatt ma kien iddisinjat għalhekk. L-ispazju li se jkollna wkoll se jkun limitat, imma naħdmu kif nistgħu. X'se tagħmel il-fondazzjoni fejn tidħol l-arti u l-kultura? F'Ġunju se jitnedew erba' fora oħra u fosthom hemm l-arti u l-kultura. Ħafna mill-attivitajiet li qed naħdmu fuqhom huwa dejjem ibbażati fuq kultura. Qed naraw kif ċertu tfal għandhom aċċess għal ċertu livell ta' kultura u oħrajn m'għandhomx. Allura xogħolna hu li nressqu dawn it-tfal żvantaġġjati u nuruhom iktar x'inhi din il-kultura. Iltqajna wkoll ma' Prince's Trust li għandhom A Dr. Ruth Farrugia laqgħet lill-ILLUM l- Palazz tal-President, fejn bħalissa hemm l-uċini tal-President's Foundation for the Wellbeing of Society. Farrugia hija l-ewwel direttriċi ta' din il-fondazzjoni u tkellmet dwar l-għan ta' din il-fondazzjoni, il-frott li diġà qed tħalli u l-pjanijiet għal tul din il-presidenza. "Aħna rridu nkunu nafu x'iġib il- ġid s-soċjetà u naqsmu l-metodi ta' dan il-ġid u naqsmuh ma' ħaddieħor" "Qed naħdmu biex naraw x'iwassal u jekk hawnx addiction għall-internet" Jean Pierre Cassar jpcassar@mediatoday.com.mt "Irridu nkabbru l-ġid