Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/455581
16 illum | Il-Ħadd 01 ta' Frar 2015 Il-Punt ISSENA 2015 fil-Greċja bdiet mal-ewwel b' kampanja elettorali intensiva. Żgur mhux forsi li l-ġimgħa li għaddiet in- nies minn madwar l-Ewropa kellhom għajnejhom fuq l-elezzjonijiet Griegi. Bidla: Kelma li fil-kamp politiku elettorali nisimgħuha ta' spiss u fil-Greċja mhux b'inqas. Għaldaqstant mhux qed nirreferi għal bidla fil-gvern Grieg, iżda bidla fuq ambitu ieħor: il-klassi politika Griega. Għall-ewwel darba f 'tant deċenji, ix-xena politika ma kinitix iddominata mill-partiti tad-Demokrazija l-ġdida (ND) u l-PASOK. Fl-aqwa żminijiet tagħhom dawn il-partiti kienu jġibu madwar 85% tal-voti bejniethom. Illum mod ieħor. Fir-riżultat ta' ġimgħa ilu l-PASOK kiseb biss 4.6% u eleġġa tlettax-il siġġu. Ir-rebħa ta' SYRIZA kienet sinifikanti. F'inqas minn seba' snin il-kriżi ekonomika Griega rnexxilha ddawwar il-klassi politika tal- pajjiż ta' taħt fuq. Ir-ritorn ta' Papandreou. Wara li Giorgos Papandreou, l-eks tal-mexxej tal-PASOK kellu kunflitt intern fil-partit, iddeċieda li joħloq il-moviment tiegħu u kkontesta l-elezzjoni taħt il-kappa tal-'Moviment Soċjal Demokratiku.' F' din il- kampanja elettorali Papandreou kien ippropona biex isir referendum dwar id-djun li għandha l-Greċja u l-kriżi ekonomika. Il-Moviment ta' Papandreou kiseb 2.4% tal- voti u ma eleġġa l-ebda siġġu fil-parlament Grieg. Ta' min wieħed jirrimarka li Giorgos Papandreou huwa iben l-eks Prim Ministru Grieg tas-snin tmenin, Andreas Papandreou. Dan tal-aħħar kellu relazzjonijiet tajba ħafna ma' Malta f 'dak iż-żmien minħabba li kien hemm punti komuni kif kellha tiġi mfassla l-politika tal- Mediterran. Ftit jiem qabel l-elettorat Grieg mar jivvota, Antonis Samaras, il-mexxej tal-partit ND ħabbar li kien lest jifforma koalizzjoni ma' partiti oħra li kellhom il-politika sabiex il-Greċja tibqa' fiż-żona Ewro. Samaras kien saħansitra lest biex jaħdem f 'koalizzjoni mal-Moviment Soċjal Demokratiku ta' Papandreou. Ċelebritajiet li poġġew il- kandidatura tagħhom F'din l-elezzjoni kkontestaw ukoll xi ċelebritajiet. Fuq il-lista tal-kandidati tal-partit tad- Demokrazija l-ġdida (ND) kien hemm il-mudella Noni Dounia, kif ukoll Angela Gerekou, li fil-passat kienet tikkontesta mal- PASOK u li wkoll kellha sessjoni fotografika partikolari. Rachil Makri Rachil Makri hi membru fil- parlament Grieg f 'isem SYRIZA eletta minn Kozani. Xi jiem qabel intemmet il-kampanja elettorali, fuq dibattitu televiżiv fuq l-istazzjon Flash li jixxandar mill-belt ta' Kozani, il-belt fejn tikkontesta Makri, qalet li l-Greċja tista' tistampa l-flus hi minkejja li l-pajjiż qiegħed fiż-żona Ewro. Skont Makri din kienet waħda mis-soluzzjonijiet biex il-Greċja toħroġ mid-djun kbar li għandha. Il-kliem ta' Makri ma niżilx tajjeb ma' ħafna esponenti. Għaldaqstant hi kompliet tisħaq fuq il-punt tagħha u qalet li din l-azzjoni tista' tkun possibbli bil- mekkaniżmu tal-Emergency liquidity assistance (ELA). Fl- elezzjoni tal-ġimgħa li għaddiet Rachil Makri reġgħet ġiet eletta u tifforma parti mill-gvern ta' Tsipras. Ir-riżultat u l-koalizzjoni SYRIZA- ANEL Is-sondaġġi fil-Greċja kienu qed juru biċ-ċar li s-SYRIZA kienet se tkun l-ewwel partit wara l-elezzjoni. Għaldaqstant kienu ftit dawk li stennew li r-riżultat kien se jkun daqshekk qawwi. Skont artiklu 37 tal-kostituzzjoni Griega, il-President tar-Repubblika wara li jkun tħabbar ir-riżultat isejjaħ lil dak il-partit li jkun ġie l-ewwel biex jifforma gvern. Dan ikollu biss tliet ijiem ċans. Jekk dan ma jseħħx, jiġi msejjaħ it-tieni partit u dan ikollu wkoll tliet ijiem ċans. Din il-proċedura tibqa' sejra sat-tielet partit. Però għal partit tas-SYRIZA din ma kinitx diffiċli. SYRIZA kienet biss żewġ siġġijiet 'il bogħod biex tikseb il-maġġoranza parlamentari. Fil-parlament Grieg issa hemm seba' partiti, fosthom il-Partit Komunista (KKE) u l-partit taż-Żerniq Imdieheb (Golden Dawn). Ftit sigħat wara li r-riżultat tħabbar, Alexis Tsipras kien diġà f 'taħdidiet mal-mexxej tal-Indipendenti Griegi (ANEL), Panos Kammenos. Il-Gvern issa huwa ffurmat mill-membri ta' SYRIZA u ANEL. Fil-kabinett ta' Tsipras hemm membri tal-ANEL li ngħataw ministeri importanti fosthom: il-mexxej tal-ANEL, Kammenos bħala l-ministru tad-difiża, kif ukoll il-kandidata tal-ANEL eletta minn Ateni, Elena Kountoura, bħala l-ministru tat-turiżmu. Il-koalizzjoni SYRIZA-ANEL qed titqies bħala waħda kontroversjali. Iż-żewġ partiti huma ta' spettru ideoloġiku differenti. Madankollu huma kważi identiċi fil-politika tagħhom dwar it-TROIKA u ż-żona Ewro. L-ANEL huwa iktar iebes fuq kwistjonijiet bħall-immigrazzjoni, u jassoċja ħafna l-identità Griega mal- Knisja Ortodossa. Sfidi oħra Hemm kwistjonijiet politiċi oħra li rari jissemmew fil-mezzi tax-xandir barra mill-Greċja. Dawn il-kwistjonijiet huma anke ta' sfida għall-gvern il-ġdid ta' Tsipras. L-ewwel kwistjoni hi dwar l-isem tar-Repubblika tal-eks Jugoslavja tal-Maċedonja (FYROM). Oriġinarjament il- Maċedonja hi reġjun fil-Greċja li tinkludi l-belt pittoreska ta' Tessalonika. Minkejja dan, ħafna ċittadini f 'FYROM jistqarru li huma Maċedoni. Il-Griegi jirreferu għal FYROM bħala Skopje, peress li din hi l-belt kapitali. Din hi diskussjoni kumplessa li tmiss is-suġġetti tal-istorja u l-identità. It-tieni kwistjoni hi dwar ir- reġjun ta' Traki fit-Tramuntana tal-Greċja. F' dan ir-reġjun tgħix minorità ta' Musulmani, u xi wħud iħossu affiljazzjoni mat-Turkija. Ta' sikwit Tsipras jiġi kkritikat fuq dawn il- kwistjonijiet għax ma jarax l-interessi tal-Greċja u l-Griegi u jiġi mpinġi dgħajjef quddiem dawn l-isfidi li kapaċi jnaqqsu t-territorju tal-Greċja. Apparti din, mat-Turkija hemm kwistjonijiet oħra li jistgħu jinqalgħu dwar it-territorju marittimu fil-Baħar tal-Eġew. Tama Din mhux l-ewwel darba li l-Greċja kienet fi kriżi ta' natura ekonomika jew politika. L-istorja tal-Greċja kontemporanja dejjem uriet li b'xi mod jew ieħor il-Griegi dejjem ħarġu minn xi kriżi. Dawn l-elezzjonijiet kienu importanti għax l-andament tar-riżultat żgur se jaffettwa l-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea, speċjalment lil dawk il-pajjiżi taż-żona Ewro. L-isperanza ta' ħafna hi li l-iżviluppi li se naraw fil-futur viċin ma jkomplux iħallu impatt negattiv fuq iċ- ċittadini Griegi u l-kumplament taċ-ċittadini Ewropej. Karl Littlejohn għadu kif irritorna minn sentejn jgħix fil-Greċja fejn għex u esperjenza l-ħajja Griega waqt li kien qed jistudja f 'Università Griega u seta' jħoss il-polz tal-poplu Grieg. KARL LITTLEJOHN L-elezzjonijiet fil-Greċja Il-mexxej tal-ANEL Panos Kammenos u l-mexxej ta' SYRIZA Alexis Tsipras ftit ħin wara li tħabbar ir-riżultat uffiċjali Il-kelma tal-ġimgħa BUŻILLIS • Taħwida, kobba mħabbla. IL-BUŻILLIS qiegħed hawn! IL-BUŻILLIS hu li m'għandix l-iċken idea xi rrid nagħmel. • Ġejja mit-Taljan busillis li hi tagħwiġa tal-frażi Latina in diebus illis, jiġifieri f 'dak iż-żmien. https://www.facebook.com/kelmakelma.mt https://twitter.com/kelmakelma_mt https://www.youtube.com/user/kelmakelmamt DR Michael Spagnol