Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

€1.00 Nr 439 • 15 ta' Marzu 2015 www.illum.com.mt €1,000,000 fondi adizzjonali lill-Kunsilli Lokali Ma narax Laburisti u Nazzjonalisti, jien naħdem għal kulħadd – Ian Borg L-istemma tal-Arċisqof Charles Scicluna SFOND aħmar, żiemel, nofs qamar u warda jikkaratterizzaw l-istemma tal-Arċisqof-elett Charles J. Scicluna. Din l-istemma tnediet ilbieraħ waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Kurja tal-Arċisqof fil- Furjana. Il-Motto bil-Latin: FIDELIS ET VERAX (Fidil u Veru) huwa meħud mill-Ktieb tal-Apokalissi 19, 11. Huwa t-titlu li jingħata lir-rikkieb taż-żiemel abjad li huwa Ġesù Kristu nnifsu. In- nisrani jagħraf lir-Ragħaj it-tajjeb bħala ragħaj fidil f 'kelmtu u li ma jqarraqx bil- merħla. L-isqof huwa meħud mill-merħla biex ikun Ragħaj fuq ix-xbieha tar-Ragħaj it- Tajjeb Fidil u Veru. Intant, l-Ingress Solenni tal- Arċisqof Scicluna se jsir nhar is-Sibt 21 ta' Marzu u jibda fit-8.30am bit-tluq mid-dar tiegħu f 'Ħal-Lija sakemm jasal l-Imdina fl-10.45am fejn se ssir Quddiesa Pontifikali fil-Katidral li tibda fil-11am. www.visitgozo.com 20 TA' MARZU - 5 TA' APRIL 2015 G H A W D E X F I D I U T R A D I Z Z J O N I Iktar informazzjoni u kopji tal-programm jistgħu jinkisbu minn info@gozoculture.com jew ċempel fuq 22915452/3 MINISTERU GHAL GHAWDEX Kumitat Għawdex: Fidi u Tradizzjoni maħtur mill-Ministru Għal Għawdex Anton Refalo Easter in Gozo Żomm ruħek aġġornat: Prezz Speċjali tal-Gozo Channel Bejn il-Ġimgħa 20 sal Ħadd 22 ta' Marzu 3DVVLæLHUŰŰŤ.DUR]]DŰŰ NEWSPAPER POST JOHN BUSUTTIL "DAWK kollha li ssottomettew il-proġetti tagħhom ġew imsejħa quddiem bord ta' ħames membri li fosthom ma kien hemm ħadd minnhom li jifhem fil-Kunsilli Lokali." Dan qalu l-President tal-Assoċjazzjoni tal- Kunsilli Lokali Marc Sant f 'kummenti ma' din il- gazzetta. Sant xejn mhu kuntent bil-mod kif ingħataw il- €1,000,000 f 'fondi adizzjonali lil Kunsilli Lokali li kkwalifikaw għal proġetti li suppost kellhom ikunu għal proġetti kapitali. "La bħala president tal-assoċjazzjoni u lanqas bħala kunsillier ta' Ħal Lija, sal-lum il-ġurnata ma nafx min ħa dawn il-fondi u lanqas kemm ħadu jew fuq liema bażi kkwalifikaw għal dawk il-fondi li ħadu." Marc Sant qal ukoll li kien avviċinat minn żewġ Kunsilli partikolari li kellmuh u qalulu li meta marru quddiem dan il-bord sabu tlieta mill-ħames membri jieklu l-pastizzi filwaqt li ieħor mar fil-kċina u l-ieħor wera biċ-ċar li ried jeħles malajr kemm jista' jkun. "Ovvjament dawn iż-żewġ kunsilli ma kkwalifikawx." Proċess imtappan u mċajpar – Marc Sant Ikompli f 'paġna 2 Ikompli f 'paġna 2 Elezzjoni Kunsilli Lokali 2015 Il-PN jrid lura b'saħħa erba' kunsilli JOHN BUSUTTIL MINN informazzjoni interna li għandha f 'idejha din il-gazzetta, jidher li l-Partit Nazzjonalista għandu tragward importanti quddiemu fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, hekk kif esponenti fi ħdan il-partit qed jippressaw biex il-PN jieħu lura dak li tilef tliet snin ilu. Dawn l-esponenti jridu l-partit jerġa' jirbaħ il-Kunsilli ta' San Pawl il-Baħar, ta' Ħal Safi, tax-Xagħra Għawdex u Tal-Qala li kien tilfu għal seba' voti biss. "Jekk jirnexxilu jirbaħ dawn il-Kunsilli jkun ifisser li l-partit għamel passi kbar 'il quddiem." Dan qaluh sorsi li tkellmu mal-ILLUM. Intant, wieħed jinnota li fuq is-siti elettroniċi u fuq il-media tal-Partit Nazzjonalista, wieħed jaqra stejjer kontinwament fuq dawn l-erba' lokalitajiet b'dak ta' San Pawl il-Baħar l-aktar li qed ikun fil-mira bl-eks sindku tal-Partit Nazzjonalista, Graziella Galea (bint id-deputat Ċensu Galea) li taħdem bla heda biex terġa' tieħu s-siġġu li tilfet tliet snin ilu. Dan l-aħħar feġġ ukoll il-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil fir-raħal ċkejken ta' Ħal Safi fejn anke hawn il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem bis-sħiħ billi jelenka dak li ma sarx jew dak li sar u ma qablux miegħu, biex Pietru Pawl Busuttil, l-ikona tagħhom f 'Ħal Safi jerġa' jieħu postu. Marc Sant - President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Graziella Galea - Eks Sindku Nazzjonalista PAĠNI 14, 15

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015