Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
2 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 4 36 33 70 48 23 5 79 ROYAL Pharmacy, 271, Triq ir-Re- pubblika, Valletta THOMAS'S Pharmacy, 796, Triq il- Kbira San Gużepp, Ħamrun ST. George's Pharmacy, 21, Triq il- Kbira, Qormi ĦERBA Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara BROWN'S Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il- Marina, Pietà SAN Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borg, San Ġwann WALES Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema ST. Joseph Pharmacy, 164, Annibale Preca Street, Lija ST. Louis Pharmacy, Triq Cali', Mosta PARKES Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar THERESA Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien WHITE Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla FGURA Pharmacy, Triq Il-Koppla, Fgura POMPEI Pharmacy, 28, Xatt is- Sajjieda, Marsaxlokk SALUS Pharmacy, 21, Misraħ ir-Re- pubblika, Żurrieq TALGRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ MAKE Over Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, Mtarfa TAĊĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria NADUR Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 11˚ Ċ TEMP: Ftit imsaħħab bis-sħab għoli li jiżdied VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Xlokk forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jiżdied għal forza 4 għal 5 lokalment forza 5 għal 6 u jsir forza 5 għal 6 lokalment forza 6 għal 7 sa filgħaxija BAHAR: Ħafif għall-ewwel, li jsir moderat għal qawwi sa filgħaxija L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 11 Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir imsaħħab u bix-xita possibilment bir-ragħad f'xi waqtiet VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Xlokk forza 6 għal 7 lokalment forza 7 għal 8 u jsir mix-Xlokk forza 5 għal 6 sa filgħaxija BAĦAR: Qawwi i jsir qawwi għal qawwi ħafna IMBATT: Baxx min-Nofsinhar Elezzjonijiet Kunsilli Lokali f 'Għawdex Il-PN jittama aktar fuq il-votanti Maltin milli fuq l-Għawdxin Ikompli minn paġna 1 CHRIS Said il-ġimgħa li għaddiet stqarr fuq l-ILLUM li hu jkun sodisfatt jekk fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-partit inaqqas id- distakk ta' 17-il punt li kien hemm bejn iż-żewġ partiti tliet snin ilu. Iżda dan il-fatt waħdu żgur li mhux se jagħti indikazzjoni jekk u kemm il-Partit Nazzjonalista se jkun għamel passi 'l quddiem minn meta beda jiġġedded. U żgur li l-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista mhux se tipprova tidħak biha nnifisha. F'Għawdex il-battalja kbira qegħdha fuq żewġ lokalitajiet li huma Qala li tliet snin ilu tilfuh għal 7 voti u li jmexxi dan il-kunsill hemm iż-żagħżugħ promettenti Laburista, il-perit Clint Camilleri. Qed jissemma' li fil-Qala hemm familja kbira li 3 snin ilu tat il-voti tagħha lil Partit laburista imma sorsi infurmati sew qalulna li dawn mhux kuntenti b'dak li sar magħhom f 'dawn it-tliet snin u qed jissemma' li dawn jistgħu jaqilbu l-voti tagħhom fuq il-Partit Nazzjonalista li jagħti s-sindakat għal darb'oħra lil Partit Nazzjonalista. Pawlu Buttigieg li din id-darba qed jikkontesta miegħu ibnu Karl qed jittama li jerġa' jirbaħ is- siġġu li tilef tliet snin ilu għal 7 voti. Fix-Xagħra l-battalja hi aktar missielta għax is-sindku Joe Cordina hu personaġġ maħbub mix-Xagħrin u qed isir xogħol strutturali fil-pjazza u t-torq Xagħrin mill-Gvern li jkompli jgħin biex din il-lokalità tibqa' taħt sindku Laburista. F'din il-lokalità l-Partit Nazzjonalista qed ikabbar it-tama tiegħu aktar fuq il-votanti Maltin milli fuq dawk Għawdxin. Hawnhekk il-battalja hi ħarxa fejn iż-żewġ partiti għandhom żwiemel fuq quddiemnett tat- tiġrija. Il-Laburisti għandhom lil kandidat għall-elezzjoni ġenerali, Joe Cordina u liċ- chief of staff tal-ministeru ta' Għawdex in-Nutar Christian Zammit li wkoll jista' jkun kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Filwaqt li n-Nazzjonalisti għandhom fuq quddiem liż-żewġ kandidati għall-elezzjoni Ġenerali li jmiss, iż-żewġ avukati Kevin Cutajar u ż-żagħżugħ Joseph Attard (tal-qaddis). Fir-Raħal tax-Xagħra hemm madwar 500 vot ta' Maltin irreġistrati f 'dan ir-raħal li l-maġġoranza tagħhom huma ta' tendenzi Nazzjonalista u billi l-elezzjoni se ssir f 'April ikun mistenni temp sabiħ, dawn jitilgħu jivvutaw fejn jistgħu jibdlu s-sindakat. Hu fatt li tliet snin ilu l-elezzjoni kienet saret f 'ġurnata ta' maltemp u ftit jew xejn kienu telgħu Maltin jivvutaw. Dan kollu jfisser li t-temp, fix-Xagħra, jista' jagħmel id-differenza. Dawn huma l-erba' lokalitajiet li l-Partit Nazzjonalista qed ikejjel is-suċċess tiegħu f 'dawn l-elezzjonijiet. Għalkemm il-Partit Nazzjonalista jrid joqgħod attent ukoll minn xi kontrattakk Laburista, li waqt li n-Nazzjonalisti jkun moħħhom f 'dawn l-erba' lokalitajiet, jitilfu xi lokalitajiet li joħduhom b'ovvju. Tant hu hekk li f 'Għawdex qed jissemma' ħafna l-lokalità tal-Munxar u Żebbuġ li jistgħu jintrebħu mill-Partit Laburista. Filwaqt li l-Laburisti qed jagħmlu minn kollox biex dak li tilfu għal nitfa ċkejkna tliet snin ilu jerġgħu jirbħuh billi jirbħu l-lokalità tal-Mosta. Tliet snin ilu meta kien hemm xejra qawwija kontra l-Partit Nazzjonalista, dawn il-lokalitajiet li l-maġġoranza tagħhom ġejjin minn tendenzi Laburisti, 20 intrebħu mil- Laburisti kontra l-14 mirbuħa min-Nazzjonalisti. Il-marġni ta' differenza kienet dik ta' 17% bil-Laburisti jġibu 57% tal-voti u n-Nazzjonalisti jġibu 40%. Hu fattur importanti li din id-darba x-xenarju hu wieħed differenti ħafna minn tliet snin ilu. Il-partit fil-gvern normalment inaqqas fil-voti, minħabba li jkun hemm min ma jkunx kuntent għal kif mexa miegħu l-partit li tella'. Il-partit fl-oppożizzjoni hu partit li qed jinbena mill-ġdid. Fl-istess waqt hemm fattur ġdid - dak tal-voti ta' 16-il sena. Ir-referendum dwar il-kaċċa m'għandux jaffettwa wisq il-partiti ħlief li forsi joħorġu jivvutaw aktar nies mis-soltu. Il-PN tilef il-Qala għal seba' voti biss