Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
aktar vuċi liż-żgħażagħ tagħhom fis-sistema demokratika tagħhom. Matthew Agius President għall- MŻPN L-MZPN nhieda kampanja #BeTheChange għaż-żgħażagħ f 'dawn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il- messaġġ huwa wieħed pożittiv u ċar - int għandek iċ-ċans tagħmel id-differenza, anzi tkun int id-differenza. Għandna nibdew bil-livell lokali u tkun int li bil-vot, bis-sehem jew saħansitra bil-kandidatura tiegħek, tagħmel id-differenza u ma taħlix din l-opportunità biex tibdel dak li tixtieq tara jinbidel. Għall-ewwel darba, madwar 6,000 żagħżugħ u żagħżugħa ta' 16-il u 17-il sena se jkunu eligibbli li jivvutaw. Irridu naraw li dawn iz-żgħażagħ jibgħatu messaġġ qawwi li huma wkoll huma fiċ- ċentru tad- deċiżjonijiet ta' pajjiżna. Bħala MZPN ninsabu kuntenti li hawn qbil nazzjonali dwar dan minkejja li din l-opportunità għaż- żgħażagħ ta' 16 u 17 li se jivvutaw f 'dawn il- Kunsilli Lokali kellha tiġi biss wara ħidma tal-Partit Nazzjonalista, għaliex dawn l-elezzjonijiet ma kinux se jseħħu li kien għal Partit Laburista fil-Gvern. Ninsabu wkoll urtati għall-fatt li dawn l-istess żgħażagħ u oħrajn tal-età tagħhom li m'għandomx elezzjonijiet tal-Kunsilli, ma ngħatalhomx id-dritt li jivvutaw fl-istess jum u fl-istess post tal-votazzjoni, għar-referendum dwar il-kaċċa fir-Rebbiegħa - irrelevanti humiex favur jew kontra. Deċiżjoni mhux logika għall-aħħar. Dwar dan kollu l-MZPN kien minn ta' quddiem u jibqa' koerenti llum u anke għada. Dan l-ewwel vot għal żgħażagħ ta' 16 u 17 jgib 'il quddiem il-parteċipazzjoni sħiħa taż-żgħażagħ u għalhekk nappellawlhom biex jippartecipaw fl- elezzjonijiet bis-sħiħ. Din għandha tkun opportunità li tiftaħ bibien ġodda ġaladarba pajjiżna rrealizza li dawn iż-żgħażagħ għandom ikunu parti mid- deċiżjonijiet - nixtiequ naraw liż-żgħażagħ ta' din l-età jkunu jistgħu jipparteċipaw ukoll permezz tal-kandidatura tagħhom, kif ukoll li jkollhom il-vot f 'elezzjonijiet oħra ta' livelli differenti. Dan għandu jwassal għal diskussjoni nazzjonali dwar liġijiet varji tal-kunsens u eliġibilità f 'diversi aspetti ghall-età ta' 16-il sena. Dan huwa l-ewwel cans li jkunu l-bidla li jixtiequ jaraw, li tista' tixpruna iżjed bidliet - għalhekk #BeTheChange Jake Scerri President tal-KSJC Huwa d-dmir tagħna bhala kunsill li jirraprezenta lill-istudenti, sabiex insemmgħu leħen iż- żgħażagħ Maltin. Il-KSJC huwa kompletament favur li jingħata d-dritt tal-vot liż- żgħażagħ ta' sittax il-sena 'l fuq għal diversi ragunijiet. L-ewwelnett iż-żgħażagħ tal-lum huma maturi biżżejjed sabiex jieħdu deċiżjonijiet u kapaċi jagħrfu u jirraġunaw fuq min għandu jmexxi l-lokalitajtiet tagħhom. Iż-żgħażagħ tal-lum moħħhom miftuħ minħabba l-faċilitajiet tal-internet u avvanzi fit-teknologija. Għalhekk għandhom ikollhom id- dritt li jsemmgħu leħinhom mhux biss fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali iżda anke fir-referendum tal- kaċċa. Filwaqt li nemmen li ż-żgħażagħ huma l-futur ta' pajjizna, huma wkoll il-preżent u għalhekk kwistjonijiet bħal-kaċċa fir-rebbiegħa taffettwahom ħafna. Smajna ħafna lmenti mingħand studenti tal- Junior College li jixtiequ jivvutaw fir-referendum ukoll. Għandu jkollna soċjetà fejn iż-żgħażagħ ikunu inkluzi u kkonsultati fuq diversi affarijiet speċjalment dawk li jaffettwawhom direttament. Għandna nikkunsidraw ukoll li studenti jiġu mgħallma fuq id- demokrazija, kif timxi elezzjoni u l-famuż Ħelsien tal-Espressjoni. Dan ifisser li għandna biżżejjed informazzjoni u tagħrif ta' kif għandna nevalwaw u niddeċiedu dwar il-vot. F'isem il-KSJC u l-istudenti tal-Junior College, nemmen verament li żgħażagħ bhalna jistghu jaghmlu differenza fil-pajjiz biex intejbu s-socjeta u naghtu garanzija li l-futur ta' pajjiżna ikun sabiħ u siġur. Għalhekk nixtiequ li jkollna vuċi fi ġrajjiet kurrenti u elezzjonijiet li tant iħallu effett fuqna. Marc Sant President tal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Il-fatt li żgħażagħ ta' sittax-il sena jivvutaw huwa pożittiv għaliex qiegħed tqajjem interess ċiviku f 'faxxa tas-soċjetà (jiġifieri żgħażagħ bejn sittax u tmintax-il sena) li b'mod ġenerali jkollha ideat ġodda, friski, innovattivi u li jmorru lilhinn mill-politika partiġġjana. Min-naħa l-oħra, l-kandidati jkollhom joqgħodu iktar attenti u jagħtu iktar kas ta' din il- faxxa fis-soċjetà u ta' dak li jkunu qed jgħidu u jaħsbu. B'hekk il-kandidat ikollu jkun lest, xi ftit jew wisq, li joħrog mill-comfort zone tiegħu u jagħti kas numru ġdid ta' votanti li ħafna drabi ma jkunux partiġġjani u li jaraw l-affarijiet b'iktar ġenwinità u b'moħħ iktar miftuħ. Meta jingħataw dan id- dritt iż-żgħażagħ ikunu qed jingħataw s-setgħa. Dan filwaqt li jkun qed jingħata l-messaġġ li ż-żgħażagħ bejn sittax u tmintax-il sena jistgħu jkunu maturi u li huma kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet. B'hekk ukoll, il-kwistonijiet li jolqtu liż- żgħażagħ ikunu qed jitpoġġew fuq l-aġenda politika tal- lokal u tal-pajjiż b'mod ġenerali u allura jkunu qed jingħataw l-importanza li jixraqilhom. Barra minn hekk, inħoss li l-messaġġ liż-żgħażagħ bejn sittax u tmintax-il sena għandu jkun wieħed pożittiv fejn f 'dik l-età ferm importanti huma jagħrfu u jifhmu li fil-ħajja wieħed mhux biss għandu l-obbligi, iżda għandu wkoll id-dmirijiet u d-drittijiet tiegħu jew tagħha. Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 11 Further details are available in the Government Gazette dated Friday 13 th March 2015 and the Ministry for Gozo's website: https://mgoz.gov.mt/en/Pages/Procurement/Tenders/Tenders.aspx Alternatively documents, can be personally picked from: The Ministry for Gozo, Pjazza San Franġisk, Victoria, Gozo. Submissions will be received at Projects Malta Ltd, The Clock Tower, Level 1, Tign� Point, Sliema until the 7 th April 2015 by 10:00 am CET. Late entries will NOT be accepted. Call for Tenders Build, own and operate a Modular Floating System in Banju tas-Sorijiet area, Marsalforn Bay, Gozo PROJECTS MALTA LTD IS WHOLLY OWNED BY THE GOVERNMENT OF MALTA AND IS SETUP TO PROMOTE AND COORDINATE NEW PUBLIC PRIVATE INITIATIVES AND PROJECTS IN MALTA. C M Y CM MY CY CMY K Projects Malta 15 x 3.pdf 1 Wednesday/March11/2015 12:0224PM sena jivvutaw għall-ewwel darba "58 minn fost il-177 kandidat li se jikkontesta għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f 'isem il-Par tit Laburista huma kollha żgħażagħ" - Joseph Muscat