Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

12 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 FI tmiem il-ġimgħa ta' wara l-festa ta' San Ġużepp, destinazzjoni Għawdex se tkun nofs prezz. Għawdex se jkun nofs prezz 'il bogħod, meta bħalma sar is-sena li għaddiet, tnehdiet inizjattiva oħra mill-Ministeru għal Għawdex - b'appoġġ għall-inizjattivi kulturali, reliġjużi u soċjali, bi prezz imraħħas tal-Gozo Channel. Dan ifisser li kull min jiddeċiedi li jmur Għawdex bejn l-20 u t-22 ta' Marzu jħallas in-noll tal-Gozo Channel b'nofs prezz. Fi tmiem din l-ewwel ġimgħa ta' Għawdex - Fidi u Tradizzjoni. Se jkun hemm xejn anqas minn 14-il attività. Dawn se jibdew mill-Ħadd li ġej. U biex dawk li huma mħajrin jitilgħu Għawdex għal diversi attivitajiet reliġjużi, il-Ministeru ħa ħsieb li joħroġ ktejjeb, DVD promozzjonali, poster, kif ukoll għaddejja promozzjoni kontinwa fuq il-mezzi tax- xandir, siti soċjali u portals tal-media elettronika. Interessanti li voluntiera Maltin qed jieħdu ħsieb li jitqassam materjal dwar Għawdex fil-festi tal- Ġimgħa l-Kbira u l-Għid f 'lokalitajiet Maltin fejn m'hemmx purċissjonijiet tal- Ġimgħa l-Kbira – dan sabiex dawk li fil-lokalità tagħhom m'għandhomx attivitajiet reliġjużi u kulturali, jkunu jistgħu jagħżlu Għawdex flok xi lokalità oħra Maltija. L-inizjattivi kulturali għal tmiem il-ġimgħa:- 19-22 ta' Marzu 2015 Fidi u Tradizzjoni Is-Sibt 21 ta' Marzu fis-7pm l-Imsallab fi Triqatna – Rabat, Għawdex Dan id-dramm tal-Passjoni ser jittella' fit-toroq tal-Belt Victoria. Id-dramm jibda b'parata tas-suldati minn Pjazza San Franġisk sa Pjazza Santu Wistin. Minn hawn jibda jimxi l-korteo ta' persunaġġi mill-passjoni ta' Kristu. Ix-xeni prinċipali tal- passjoni jinżammu fi Pjazza Santu Wistin, Triq Vajrinġa, Pjazza San Franġisk, Triq Palma, Triq ir-Repubblika sat-Telgħa tal-Kastell u Pjazza Indipendenza. Il-Ħadd 22 ta' Marzu fis- 6.30pm Via Cruxes Ta' Pinu fl-Għolja tal-Għammar immexxija mill-Isqof Mario Grech Benniena ta' Drawwiet - Gozo Folk Festival Il-Ġimgħa 20 ta' Marzu fit-8pm Parata tal-Folklore fit-toroq tan-Nadur Is-Sibt 21 ta'Marzu fit-8pm Folk Festival f 'Santa Lucija Il-Ħadd 22 ta' Marzu fil- 11am Spettaklu ta' Folk fit-tempji tal-Ġgantija Aktar Attivitajiet Is-Sibt 21 ta' Marzu Fit-teatru Astra fejn il-kumpanija nazzjonali taż-żfin kontemporanju ta' Malta, ŻfinMalta, se tnehdi l-ewwel staġun tagћha b'erbgћa (4) - premiere li jikkonsisti f 'erba' żifniet minn erba' koreografi differenti. Matul dan il- premiere se jiġu preżentati xogћlijiet distinti li juru l-versatilità u d-diversità tal-kumpanija fil-kuntest Ewro-Mediterranju. Is-Santwarju Nazzjonali Madonna Ta' Pinu flimkien mal-KDZ ser jorganizza nofs ta' nhar għaż-żgħażagħ 16+. Dan jinkludi talb, riflessjonijiet, quddiesa mill-Isqof Mario Grech u Via Sagra fuq l-għolja ta' Għammar. Għal tmiem il-ġimgħa mimli b'attivitajiet kulturali u reliġjużi għall-familja Għawdex b'nofs prezz Via Sagra f 'Ta' Pinu • Gozo Folk Festival • Oasi Family Fest b'mixja • mal-President ta' Malta Tiġrijiet taż-żwiemel • illum@mediatoday.com.mt John Busuttil

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015