Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 13 Gozo in Fashion bejn l-20 u t-22 ta' Marzu The Vintage Motors Festival 2015 -21 u 22 ta' Marzu f 'Għajnsielem, In-Nadur u l-Qala Sawl - monologu kontroversjali fil-Knisja ta' Marsalforn - Sibt 21 ta' Marzu fis-7pm Oasi Family Fest Mixja mal-President f 'Għawdex Nhar il-Ħadd 22 ta' Marzu hemm attività li għandha tiġbed sew il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin bil-familja kollha. Fejn fl-10am se tibda mixja mill-bini tal-Fondazzjoni Oasi mmexxija mill- President ta' Malta, Marie Louise Coleiro. Il-mixja li hi twila 3.57km li twassal sal-korsa Ta' Xħajma fejn fiha wkoll xi telgħat ibsin ta' elevazzjoni ta' 93.7m. Fil-Korsa ta' Xħajma se jkun hemm diversi attivitajiet għall- familja kollha, b'bouncing castles, suq żgħir ta' artiġjanat, titjir ta' mudelli tal-ajruplani, irkib taż-żwiemel u anke xi tiġrijiet tax-shetland ponies. It-tfal jiġu murija kif tieħu ħsieb żiemel u jistgħu jitimgħu ż-żwiemel ukoll. Din l-attività, li hi organizzata mill- Fondazzjoni Oasi bil- kollaborazzjoni tal-Gozo Sports Board fi ħdan il- Ministeru għal Għawdex, barra li għandha tiġbed diversi familji bit-tfal lejha, hi indirizzata biex jinġabru fondi għal din il-fondazzjoni li tieħu ħsieb ir-rijabitazzjoni ta' dawk dipendenti mid-droga f 'Għawdex. Biex jipparteċipa fil-mixja wieħed irid iħallas €7.00. L-attivitajiet l-oħra huma kollha b'xejn. Wieħed jista' jħalli l-vettura tiegħu ħdejn l-Oasi għax minn Ta' Xħajma se jkun hemm transport pubbliku bla ħlas għal ħdejn l-Oasi, biex b'hekk wieħed jerġa' jmur lura lejn fejn ikun ipparkja l-vettura tiegħu. Tiġrijiet tal-Għid Wara l-Oasi Family Fest wieħed jista' jibqa' fil-korsa Ta' Xħajma u jassisti għal serata ta' tiġrijiet għax- Shetlands, ponijiet u tat- Trott li jibdew fit-3.30pm Dawn isiru qabel tiġrijiet li jissejħu Easter Bunny Races għax fil-ġurnata tal-Għid. Fil-5 ta' April se jkun hemm il-finali. Bla dubju li anke d-dilettanti taż-żwiemel se jieħdu vantaġġ min- nofs prezz għal Għawdex, ħalli jkunu jistgħu jgawdu d-delizzju tagħhom anke f 'Għawdex. Waħda mill-iktar kandidaturi b'saħħithom Għawdxin li qatt ippreżentajna Akkademja għal mexxejja Għawdxin ILPARTIT Laburista qiegħed jippreżenta 32 kandidat għall-elezzjonijiet tal-11 ta' April li ġej fil- lokalitajiet Għawdxin, liema kandidati hemm irġiel, nisa, żgħażagħ u anzjani. Din hija waħda mill-aktar kandidaturi b'saħħithom Għawdxin li qatt ippreżentajna. Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat waqt li kien qiegħed iniedi t-tim ta' kandidati Għawdxin għall- elezzjonijiet lokali tal-11 ta' April li ġej fix-Xagħra. Il-Prim Ministru tkellem fuq ix-xogħol li qed isir fil-qasam tal-impjiegi f 'Għawdex fejn semma kif f 'dawn is-sentejn kienu maħluqa aktar minn 500 impjieg dan bil-kontra ta' 18 –il job li kienu maħluqa fl-aħħar sena ta' Amministrazzjoni preċedenti. Qed inżommu l-wegħda tagħna ta' xogħol f 'Għawdex għall-Għawdxin, stqarr Joseph Muscat. Il-Mexxej tal-Partit Laburista saħaq li Kunsilli Lokali b'maġġoranza Laburista f 'Għawdex qed iwettqu u jġibu d-differenza fil-lokalitajiet tagħhom, u għalhekk qed niġu b'wiċċna minn quddiem nitolbu l-vot tal-Għawdxin, temm jgħid il-Prim Ministru. ILKUNSILL taż-Żgħażagħ Għawdxin hi organizzazzjoni li tiġbor fiha numru ta' organizazzjonijiet taż- żgħażagħ Għawdxin. Bħala president għandha lil Marc Schembri. Dan il-kunsill hu mibni fuq 28 membru u bħalissa qed jaħdem biex din sservi bħala pjattaforma għal 3,000 żagħżugħ u żagħżugħa Għawdxin. Dan il-kunsill irid li jgħin liż-żgħażagħ Għawdxin biex minflok it-tgergir li hemm li ż-żgħażagħ qed jitilqu minn Għawdex u flok li kulħadd jistenna l-manna taqa' mis- sema, ikunu ż-żgħażagħ Għawdxin stess li joħolqu x-xogħol għalihom. Dan wassal biex inħoloq proġett, jew aħjar akkademja msejħa ILEAD li għandha tgħin biex iż-żgħażagħ Għawdxin jiġu mħarrġa jkunu mexxejja ta' Għawdex. Proġett li se jkun immexxi minn Ryan Mercieca li ħadem biex il-kunsill ħa fondi mill-EEA biex tinħoloq din l-akkademja għal mexxej kreattiv. Il-ftuħ ta' din l-akkademja se jsir kumbinazzjoni mal- elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, nhar is-Sibt 11 ta' April u l-kors se jkun imqassam f 'għaxar sessjonijiet, bi tlieta minnhom minn espert Internazzjonali, Radu Seuche li se jagħti tliet lezzjonijiet imqassmin fuq l-ewwel weekend u seba' sessjonijiet oħra imqassma f 'għaxar xhur li se jkunu kondotti minn esperti lokali fuq tmexxija u sostenibbilità. Is-sessjonijiet kollha se jsiru fil-Kampus tal-Universita ta' Għawdex. Din l-akkademja mhu se tiswa l-ebda ċenteżmu għall- Għawdxin kollha minn 16-il sena l-fuq. Wieħed jista' jirreġistra għal din l-akkademja fuq www. gozoyouthcouncil.com/register Il-programm ippreżentat lill-Ministru Refalo Il-Ministru Anton Refalo jindirizza l-konferenza stampa Il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien mal-kandidati Għawdxin Ryan Mercieca jindirizza l-laqgħa tal-Akkademja għal mexxejja Għawdxin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015