Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 I l-ħajja politika ta' Borg tista' tgħid bdiet bħala Sindku ta' Ħad-Dingli – fejn ġibed l-voti ta' Laburisti, iżda wkoll tan-Nazzjonalisti speċjalment -elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali – "L-is da hija li żżommhom -Elezzjoni Ġenerali – u naħseb li xi wħud żammejthom. Jien sinċerament meta niltaqa' man-nies ma narax Laburisti u Nazzjonalisti, jien naħdem għal kulħadd" Bħala l-iżgħar membru fl-eżekuttiv ta' din il-leġiżlatura, Borg jistqarr li "ċertu diffikultajiet, kemm tas- sittinijiet, kif ukoll tat-tmeninijiet, jien m'għixthomx. Jiena fil-fatt twelidt propju meta l-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż Il-kontribut tan- nies li m'għandhomx dik ir-rabta mal- passat, li m'għixux dak il-passat huwa li jkunu aktar liberi fil-ħsieb tagħhom. Nemmen li meta tkun iżgħar inti tkun aktar enerġetiku u dinamiku fuq kif tħares lejn l-affarijiet." "Nista' ngħid li naf biss gvernijiet Nazzjonalisti". U l-Gvern Laburista li jaf, li qed jara jmexxi lil Malta bħalissa, x'jaħseb fuqu? Borg isemmi fuq kollox il-pjan ta' enerġija, it- traħħis tad-dawl u tal-ilma, kif ukoll il-progress fil-libertajiet ċivili bħala l-akbar passi ta' dan il-gvern – "bħala żagħżugħ nista' nifhem l-ħsibijiet ta' ċertu nies li mhux neċessarjament iridu jgħixu stil ta' ħajja kif iriduhom l-ġenituri, jew is-soċjetà tradizzjonali. Mill-aħħar spiċċajna fuq nett tal-lista Ewropea – u naħseb li l-komunità LGBTI, fost l-oħrajn, qed japprezzaw dak li għamel dan il-Gvern." Fi ftit aktar eżitazzjoni, mistoqsi x'jista' jkun li sar aħjar minn din l-amministrazzjoni Laburista, jistqarr li ċertu skrutinju li qiegħed jingħata gvern ġdid "dwar kif tmexxew xi proċessi amministrattivi, anke minħabba x-xewqa li jimplimenta u jbiddel l-affarijiet, tajjeb li nilqgħuhom – m'għandniex nieħduh b'mod leġġer." Kompla billi kkwota kliem il-Prim Ministru fejn qal li "illum għandek kritika kostruttiva lil gvern li qed jagħmel l-affarijiet, qabel kellek poplu li jikkritika lill- gvern propju għaliex ma jagħmilx affariijiet". B'xi ftit diffikultà, wara l-mistoqsija dwar x'jaħseb li ma kellux isir kompletament minn dan il-gvern, Ian Borg weġibni li f 'dawn l-ewwel sentejn "għad m'hemm xejn li neskludi fl-intier tagħha", filwaqt li esprima t-tama li la nerġa' nagħmillu l-istess mistoqsija tliet snin oħra, jkun jista jagħtini l-istess tweġiba. Malta fi Brussell, kemm tista' ssemma' leħinha? Billi hija l-iżgħar stat tal-UE, bosta jibżgħu li leħinha jintilef fost l-għajjat ta' pajjiżi akbar. "Ġeneralment, meta titkellem mal- funzjonarji fi Brussell, jgħidulek li pajjiżi żgħar ikollhom presidenza ta' aktar suċċess, għax pajjiż żgħir ma jkollux aġenda moħbija u interessi kbar – hija aktar komda sabiex l-Istati Membri jikkooperaw magħha. Din għandna ndawruha f 'opportunità – għax aħna pajjiż żgħir nistgħu naslu biex nagħlqu ċertu leġiżlazzjoni li It-tħejjijiet għall- Presidenza Maltija tal- Kunsill tal-UE, -2017 bdew jirrankaw sew. Malta – l-iżgħar pajjiż ħa jieħu s-siġġu f'ras il-mejda tal-UE, u għal sitt xhur bejn Jannar u Ġunju, turi x'għandha x'to ri għall-UE – billi tfassal l-aġenda leġiżlattiva tal-Kunsill. L-ILLUM iltaqa' ma' Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall- Fondi Ewropej u l-Presidenza tal-2017. Ian Borg Għandu 29 sena Gradwat b'Dottorat fil-Liġi Elett Sindku ta' Ħad-Dingli fl-2005, 2008 u 2012 L-iżgħar membru fl-eżekuttiv ta' din il-leġiżlatura Ritratt: Ray Attard "Ma narax Laburisti u Nazzjonalisti, Christa Bo a cboffa@mediatoday.com.mt