Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 15 tkun ilha tistenna, ovvjament jekk din tkun fl-interess ta' pajjiżna. Għandna numru ta' ġlidiet tagħna li issa ċ-ċans li nindirizzaw – bħal ma hu l-Mediterran. Min jifhem il-Mediterran daqsna? Min jista' jitkellem daqsna u l-poplu Taljan dwar il-problema tal-immigrazzjoni?" Min-naħa l-oħra, stqarr li l-presidenza tfisser ukoll tqassim ta' prijoritajiet differenti fuq kwistjonijiet differenti. "Ħa tkun kruċjali għalina li ntellgħu jew inżommu fuq l-aġenda l-fruntieri komuni, u kif dawn jistgħu jiġu missielta – kif ħa jkun hemm kontroll aħjar ta' kif innaqqsu t-traffikar tal-persuni u r-racket kriminali li għandna. Għandna wkoll nisfruttaw b'potenzjal l-paċi fil-Mediterran. Irridu nużaw bl- aħjar mod il-paċi u stabilità sabiex il-Mediterran ikun bejta naturali għall-kummerċ, turiżmu u attività ekonomika." Apparti l-Presidenza tal-2017, Ian Borg huwa responsabbli wkoll għall-fondi Ewropej, liema rwol huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu f 'Malta – "Naħseb li l-fatt li għall-ewwel darba li għandna membru tal-kabinett li huwa responsabbli mill-fondi ewropej, li għandu aktar interess li jagħti viżibilità lill-fondi ewropej, tagħmel differenza. Qabel kellek il- Prim Ministru responsabbli tagħhom - li ma kienx jagħmel distinzjoni mis- sors tal-fondi." Imma dawn il-fondi fejn jidhru b'mod konkret? Għal din il-mistoqsija tiegħi, Borg faċilment isemmili lista ta' proġetti fosthom ir-restawr tas-swar tal-Imdina, tal- Bighi, tal-Forti Sant'Anġlu – kif ukoll grants li ingħataw 10,000 familja biex jibbenefikaw minn pannelli fotovoltajiċi b'valur ta' €42 miljun – u anke fondi li ngħataw lil studenti sabiex jagħmlu l-masters barra. Iżda milli jidher mhux kulħadd qed jagħmel użu daqskemm mixtieq mill-fondi tal-UE – dan dejjem skont rapport li ħareġ riċentament li Malta tiġi fl-aħħar post fost il-pajjiżi tal- UE fejn għandu x'jaqsam is-sehem tal-SMEs lokali għal dawn l-istess fondi. "Jiena nagħmilha bil-kontra – ma nitfax il-piż fuq l-SMEs – dawk huma għatxana għall-fondi. Li rridu nistaqsu huwa, l-istruttura li konna qed inħaddmu biex nagħtuhom l-għajnuna kienet qed taħdem tajjeb jew le? Għalhekk ħadna deċiżjonijiet sabiex ikun hemm tibdil f 'dawk li jipproċessaw l-iskemi ewropej. Qabel kellek il-Malta Enterprise – din għaddiet minn żmien li fiha saru diversi 'ħniżrijiet' ngħid jien b'ċertu skemi. Ħareġ rapport fuq kif saru diversi rregolaritajiet. Kien hemm anka elementi ta' frodi li spiċċaw fil-qrati li minħabba f 'hekk dawn l-irregolitarjiet ssarrfu f 'korrezzjonijiet finanzjarji li wasslu għall-telf ta' miljuni sħaħ mill- Malta Enterprise stess." Isemmi wkoll l-irregolitajiet fuq livell ta' għażla, fejn "għandek ċirkostanzi ta' applikazzjonijiet identiċi – waħda tikkwalifika u waħda le – hemm joħorġu rregolitajiet fuq livell ta' għażla. Huwa għalhekk li qed ngħidu lill-awtorità ta' ġestjoni, bħall-MTA u l-ETC, tikkomunika hi mal-benefattur – għax huma jafuhom lin-nies tas-settur bħalma huwa t-turiżmu u l-industrija. Meta imbagħad tidħol governanza ta' fondi ewropej, din tiġi ċċentralizzata sabiex inkunu ċerti li jkun hemm aktar koerenza u trasparenza fl-għażla." Borg jirribatti għar-rapport li kkwotajt jien permezz ta' rapport ieħor, "għall-diversi okkazzjonijiet, Malta tissemma' bħala eżempju pożittiv fejn għandu x'jaqsam il- proġett JEREMIE – li kien strument finanzjarju sabiex ikollok self vantaġġat anke b'ċerta garanziji magħmula imll-gvern permezz ta' fondi Ewropej ma' bank. Issa hemm inizjattiva oħra għall-SMEs – dik li qed insejħu l-Fondi Ewropej għall- SMEs. Ftaħniha għall-aktar banek, u ħa nżidu l-garanzija tal-gvern." Borg isostni wkoll li hemm bżonn kbir li tinbidel il-mentalità Maltija dwar is-self – "sinċerament naħseb li ċertu cash għażżen lil min qed jibbenefika", bżonn li "ndawru l-kultura minn cash għal soft loans". Lura għall-Presidenza tal-2017 – jidher li l-pass qabad ġmielu bit-tħejjijiet. Imma fiex wasalna eżattament? Smajna bil-laqgħa tat- trio, jiġifieri l-Olanda, l-Islovakkja u Malta li flimkien qed ifasslu pjan koerenti minħabba li dawn ħa jippresjedu wara xulxin. Imma jidher li "l-akbar uġigħ ta' ras hija li qed inkabbru r-rappreżentanza tagħna fi Brussell, billi nżidu l-istaff – issa jmiss it-taħriġ. F'Malta għad fadal xi jsir – fejn ladarba l-parlament jiċċaqlaq għal Bieb il-Belt, nibdew ix-xogħol sabiex nilqgħu l-uffiċji għad-delegazzjonijiet." Imma l-presidenza mhix leġiżlazzjonijiet biss. "Jakkompanja l-programm politiku għandek il- programm kulturali, sabiex nieħdu l-opportunità li nwasslu lil Malta bħala destinazzjoni kemm turistika kif ukoll waħda fejn wieħed jista' jagħmel attività ta' negozju". U leħen il-Malti, ħa jinstema' bil-Malti? "Naħseb għandna l-impressjoni li l-Ingliż huwa l-għodda naturali li tuża meta taffaċċja l-media, meta fil-verità ċ-ċittadini ta' pajjiżi oħrajn japprezzaw id-diversità. Il-ministri sħabi ma nafx biex ħa jitkellmu imma jien bil-Malti ħa nitkellem. L-appell tiegħi huwa lil sħabi huwa li nkunu flessibbli. Nittama li l-Malti ħa jkun utilizzat aktar f 'dawk is-sitt xhur li Malta tippresjedi." "Jiena twelidt propju meta l-Partit Nazzjonalista ħa t-tmexxija tal-pajjiż, b'hekk nista' ngħid li naf biss gvernijiet Nazzjonalisti" Nazzjonalisti, jien naħdem għal kulħadd" Borg beda l-ħajja politika tiegħu bħala Sindku ta' Ħad-Dingli