Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 17 KIEN hemm min ħaseb li l-Partit Nazzjonalista kien destinat li jkun irrillevanti għal bosta snin. Wara l-Elezzjoni Ġenerali li għaddiet, id-differenza ta' voti bejn iż-żewg partiti tant kienet kbira li kien hemm min staqsa "x'differenza jista' qatt jagħmel il-Partit Nazzjonalista issa?" Bil- ħidma ta' kull membru tal-grupp parlamentari u tal-partit dan urejna li mhux minnu. Kulħadd jaħdem fis-settur tiegħu u qed nuru li b'ħidma ġenwina u b'direzzjoni mill-kap, qed nagħmlu differenza. Anke fil-Kunsilli Lokali qed nagħmlu differenza. Qed nixprunaw lill-Gvern biex jagħti aktar importanza u jżid l-fondi lil Kunsilli Lokali. Aħna minn dejjem emminna fil-Kunsilli Lokali u għalhekk wellidinihom f 'pajjiżna aktar minn 20 sena ilu u bil-politika tagħna saħħaħnihom. Aħna dejjem ipparteċipajna u ħadna l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali bis-serjetà. Aħna nemmnu li f 'kull Kunsill Lokali jrid ikun hemm serjetà fit- tmexxija. Jien nemmen li għandna nagħmlu differenza fil-Kunsilli Lokali, jekk naħdmu fuq dawn l-erba' punti prinċipali: Nagħmlu differenza b'li 1. nafu Nagħmlu differenza b'dak 2. nagħmlu Nagħmlu differenza b'dak li 3. nemmnu Nagħmlu differenza bl- 4. attitudnijiet tagħna 1. Nagħmlu differenza b'li nafu Għażilna kandidati b'esperjenzi differenti. Hemm min għandu livell għoli ta' edukazzjoni formali. Hemm min l-esperjenzi differenti ta' xogħol jagħmluh kandidat tajjeb. Hemm min għex esperjenzi differenti fil-qasam tal-volontarjat. Hemm min bl- età għadda sew mill-università tal-ħajja u ġabar esperjenza ġmielha. Hemm min qed ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-komunità l-enerġija taż- żgħożija tiegħu. L-għerf fuq livell ta' komunità jfisser ukoll kemm kapaċi nifhmu lill- komunità s-sinjali taż-żminijiet. 2. Nagħmlu differenza b'dak nagħmlu Ġejjin mil-liema sfera ġejjin, importanti li nagħmlu differenza b'dak li nagħmlu. Il-ħiliet tagħna, jew in-nuqqas ta' ħila, malajr jidhru wara ftit jiem. Għalhekk kull kandidat, bl-azzjonijiet tiegħu irid ikun ambaxxatur denju tal-Partit Nazzjonalista fil-lokalità tiegħu. Nemmen li fuq bażi lokali għandna bżonn nivvutaw lil nies li b'dak li jagħmlu juru x'differenza kapaċi jagħmlu n-Nazzjonalisti veri u leali. B'hekk ukoll ikunu riflessjoni ta' dak it-tim li l-Partit Nazzjonalista qed iħejji għal meta jkun fdat bit-tmexxija tal-pajjiż. 3. Nagħmlu differenza b'dak li nemmnu It-twemmin tagħna huwa dak li jġibna flimkien. Irridu nħaddnu valuri komuni. Għalina n-Nazzjonalisti il-valuri tad-demokrazija, tas-solidarjetà, is-sussidjarjetà u oħrajn huma ċentrali. Dawn irridu nuruhom permezz tal- ħidma tagħna fil-komunitajiet lokali bħalma qed nuruhom aħna d-deputati fuq skala nazzjonali. Il-Gvern Laburista dawn il-kliem issa nesihom u ħareġ il-lupu ta' taħt il-libsa ta' nagħġa. In-nuqqas ta' demokrazija rajnih f 'dak li ġara fil-każ tal-voti magħduda żbaljati fl-Elezzjoni Ġenerali. In-nuqqas ta' solidarjetà rajnih kuljum fil-ħtif u l-kilba min-nies tal-qalba. In-nuqqas ta' sussidjarjetà rajniha fid-deċiżjonijiet li jittieħdu direttament mill-Prim Ministru biss – il-Premier. 4. Nagħmlu differenza bl- attitudnijiet tagħna Id-differenza f 'dak li nagħmlu trid tinħass fuq kollox bl- attitudnijiet tagħna. L-attitudni hija l-aktar ħaġa importanti. Attitudni tajba il-ħin kollu. In- nies iridu persuni fil-politika li huma qribhom. Minkejja d-dinja tekonoloġika f 'Malta għadna bil-vantaġġ tal-kuntatt personali kontinwu. In-nies tridna dejjem aktar viċin taghhom. L-għan tagħna huwa li nagħmlu lill-Partit Nazzjonalista mill-ġdid il-Partit tan-Nies. Nagħmlu differenza għax differenti Biex tagħmel differenza trid tkun differenti minn dak li jkun qed isir. Inkella x'differenza hi? Aħna nagħmlu differenza għax aħna differenti mill-Partit Laburista. Aħna differenti għax magħna taf fejn qiegħed u t-twemmin tagħna ma jilgħabx. Ma nonfħux skont fejn jonfoħ ir-riħ. Nagħmlu d-differenza għax aħna differenti minn dak li konna aħna stess. Il-Partit huwa differenti u qed jagħmel il-bidliet li l-poplu qed japrezza. Għalhekk il-policy fora u l-fergħat ġodda fi ħdan il-PN li qed iġibu flimkien l-imħuħ differenti skont il-qasam. Nagħmlu differenza b'ħidma flimkien. Bħala l-Whip tal-grupp parlamentari Nazzjonalista nista' nara sew u nħoss x'differenza tagħmel meta taħdem flimkien. Għamilna differenza fil-Parlament Nazzjonali. Issa, dak li għamilna fil-Parlament Nazzjonali rridu nkomplu nagħmluh ukoll fil-Kunsilli Lokali. Bil-kandidati li għandna fit-tim tagħna nistgħu nagħmlu differenza. Dan iħeġġiġni biex b'wiċċi minn quddiem nitlob l-appoġġ ta l-elettorat għax verament nemmen li flimkien nistgħu nagħmlu differenza fil-lokalitajiet tagħna. David Agius hu l-Whip tal- Partit Nazzjonalista u Kelliem għall-Gvern Lokali Kif Naħsibha DAVID AGIUS Nagħmlu differenza għax aħna differenti L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew imejl illum@mediatoday.com.mt biex ma jkollniex iżjed riżultati inġusti bħal dawk li diġà elenkajt. L-għan tad-demokrazija parlamentari vera jintlaħaq billi jinbidel il-mod kif il- vot jiġi interpretat u msarraf f 'siġġijiet. Nibqgħu bl- istess numru ta' distretti u deputati, u nżommu l-istess prinċipju proporzjonali tal-vot trasferibbli. Naqtgħu biss id-difetti li jiġu mill- kwota mitlufa f 'kull distrett. Għalhekk, flok 1 minn kull 6 voti, il-kwota tibda tkun ta' 1 minn kull 4.99 voti. Mid-distrett jitilgħu 4 deputati direttament (b'kollox 52) u ż-0.99 ta' kwota voti li jibqa', jitwarrbu biex jingħaddu fuq bażi nazzjonali. Il- voti mwarrba jammontaw għal 12.87 kwoti (medja) li jipproduċu 12-il siġġu ieħor lill-partiti skont il-proporzjon li jkollhom mill-voti mwarrbin. Dawn jintlew skont il-merti individwali tal-kandidati. L-aħħar siġġu, numru 65 jieħdu l-partit li jkollu l-iżjed voti mill-aħħar lot ta' 0.87 ta' kwota. Dan il-metodu jelimina l-bżonn ta' aġġustamenti ineżatti mill-kostituzzjoni/ qrati, għax jeskludi l-perversità u jkejjel kważi eżatt il-vot tar-rieda tal- poplu, bla ma jżid in-numru ta' deputati bla bżonn. Ikejjel bl-akbar ġustizzja kull proporzjoni ta' vot distrettwali u nazzjonali tal-partiti u individwi kontestanti kollha. www.gourmettoday.recipes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015