Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
18 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 Non Gode Immunita Ecclesias TONI ABELA I llum stajt qiegħed nikteb dwar id-diversi rapporti internazzjonali li ħarħu dan l-aħħar dwar kemm l-ekonomija sejra tajjeb. Kellna lill-Eurostat, Fitch u l-Fond Monitarju Internazzjonali jgħidulna li l-ekonomija tagħna hija fost l-aħjar li sejra fl-Ewropa. Stajt ukoll noqgħod niftaħar li issa anke Stannard & Poors qegħda tagħti certifikat tajjeb lill-Gvern għall-pjan ta' enerġija li għandu. Iżda iddeċidejt li nikteb fuq aspett tal-politika li ftit ftit ħafna huma dawk li donnhom iridu jitkellmu jew jiktbu dwaru. Irrid nitkellem dwar in-nies, għaliex kulhadd jitkellem biss dwar il-politiċi. Iżda biex nagħmel dan il-politiċi ma jistgħux jibqgħu barra mill-istampa, għaliex huwa minn dak li jagħmlu huma tiddependi l-ħajja tan-nies fil- ħajja ordinarja tagħhom. Hemm kejl ta' komportament li la jitkejjel miċ-ċifri, la min rapporti li jsiru minn żmien għal żmien u lanqas mill-kritika li l-politiċi jagħmlu lil xulxin. Din hija l-moralita' politika, li għal min forsi jemmen fil-prammatismu politiku jista jqiesha xkiel jekk mhux ukoll hela' ta' zmien titkellem dwarha. Fir-realtà l-livell tal-moralità politika tal-politiċi, jinfluwenza radikalment anke l-atteġjament ċivili tan-nies ordinarji. Jekk il- politiku jġib ruħu ħażin, hemm iċ- ċans li anke in-nies ordinarji jimxu fuq dan il-mudell. Meta dan l-aħħar kien hemm il-każ ta' eks futboler Ingliż li kien għadu kemm skonta piena ta' priġunerija minħabba akkuża ta' stupru u li prova jingaġġa ma' Klabb lokali qam furur sħiħ. Fost l-argumenti prinċipali li tqanqal kien dak li dan kien se jkun mudell għal ħafna żgħażagħ għalhekk ma kienx sewwa li jkollu dan l-impjieg. Kien argument b'saħħtu u reali. Iżda dan l-argument ma japplikax biss għal min qiegħed fl-isports jew l-ispettakklu. Japplika wkoll, u ngħid b'aktar qawwa, għal min qiegħed fil-politika. Huwa għalhekk li hemm demokraziji, li huma hafna aktar sensittivi ħafna aktar minna dwar dan l-aspett tal-politika. Tant huma sensittivi, li ġieli aħna stess nibqgħu skantati li nisimgħu b'reżenji li ma nifhmux, għaliex għall-istess raġuni li jkun irriżenja xi Ministru f 'pajjiż barrani, f 'Malta qatt ma ġara xejn. Bilkemm ma ngħidux ukoll li hija esaġerazzjoni. F'ċertu pajjiżi, l-politiku huwa mudell ta' importanza kbira għas- socjetà ċivili, tant li għalihom anke il-ħajja privata tal-politiku hija ta' interess pubbliku. Iżda l-livelli ta' maturità ta' sistemi differenti politiċi huma differenti anke f 'dan l-aspett. Il-politiku għandu parzjalment mill-allat. Mhux bħal allat li jistgħu jagħmlu dak li jridu li jidhrilhom, għaliex fuqu hemm il-liġijiet tal- pajjiż, iżda bħal allat ma jistax jidneb. Li tiżbalja hija umana iżda li tidneb hija ħaġa għal kollox differenti. Għal tal-ewwel jista' jkun hemm maħfra għal tal-aħħar maħfra m'hemm qatt. Kultant nemmen li minn dan l-aspett aħna mhux qegħdin nibagħtu l-aħjar messaġġi possibbli. Biex nagħti eżempju nsemmi l-amnestiji. Minn dawn kien ammont kien taħt amministrazzjoni kif ukoll taħt oħra. Amnestiji fiskali, dwar bini, dwar armi, dwar liċenzji, dwar ma nafx kemm il-ħaġa oħra. Amnestiji li dejjem jingħataw bl- argument prinċipali li jeħtieġ li jkun hemm bidu ġdid bil-kundizzjoni ċara li minn hemm 'il quddiem il- Gvern se jkun iebes. Lanqas jilħqu jgħaddu ftit tas-snin li ma nibdewx nisimgħu b'amnestiji oħrajn u l-agħar dawk li jsiru ftit taż-żmien qabel elezzjoni għaliex ir-raġuni tkun ċara: qed issir għall-voti u mhux għall-korrettezza. Bl-amnestiji nkunu qegħdin nibagħtu żewġ messaġġi. L-ewwel messaġġ hu li l-Istat falla. Ikun falla milli jesegwixxi l-liġijiet tal-pajjiż. Għalhekk sabiex jiġbor xi ħaġa u min kien diżonest jew abbużiv joħroġ bl-irħis, dak li jkun jingħata amnestija. It-tieni messaġġ jirċevih l-onest. Dak li jkun osserva l-liġi u kien onest. Dan bir-raġun jargumenta li aħjar kiser il-liġi għaliex kien imur aħjar! Għalhekk hemm iċ-ċans, li bl-amnestiji mhux noħolqu ċittadini onesti iżda li ninkoraġġixxu d-diżonestà. It-tieni aspett li wieħed irid jara huwa l-komportament tal-politiku u ta' dawk li jkollu madwaru. Feydor Dostoyevsky fil-ktieb tiegħu 'Crime and Punishment' jinsisti li d-dnub qatt ma jorqod, lanqas meta min iwettqu jagħmlu għal xi għan tajjeb u nobbli. Id-dnub dejjem jitla' fil- wiċċ. Hemm it-tendenza li l-politiċi kultant jemmnu li dak il-ħażin li jagħmlu ħadd ma hu ser isir jaf bih. Il-politiċi għadhom ma ntebħux li ma għadniex ngħixu fl-għerien politiċi ta' qabel, fejn il-liġijiet ta' wara l-1964 kienu għadhom militari. Illum sirna ħafna ċivili. Illum, xi ħin jew ieħor id-dnub joħroġ, b'mod speċjali jekk xi żmien qabel kont fil-Gvern għalkemm tkun ħsibt li stajt iddistruġġejt jew ikkanċellajt kull traċċa ta' dnub. Il-media, il-kompliċi migdum, l-istituzzjonijiet li jishru fuq il- Gvern u anke l-fatt li llum nagħmlu arti mill-Unjoni Ewropea li tinsisti għal trasparenza assoluta, id- dnubiet joħorġu dejjem. Pereżempju l-każ ta' dak li qiegħed jingħad dwar Tony Debono, żewġ l-eks Ministru Giovanna Debono u l-Perit Toni Bezzina huma żewġ eżempji ċari. F'wieħed jidher li tkellem kuntrattur migdum u fl- ieħor ħaddiema li mingħajr ħlas, kellhom jaħdmu f 'każin politiku kontra qalbhom. Dejjem se jkun hemm xi ħadd jew xi ħaġa li jikxef id-dnub. Id-dnub ma jorqodx u jitla' fil-wiċċ meta l-anqas tkun qed tistennieh. Il-biżibilju ta' rapporti tal- Awditur Ġenerali dwar kif kienu isiru l-affarijiet qabel u anke issa xi kritika dwar kif saru ċertu affarijiet, huma wkoll eżempju ħaj li kemm dnubiet u anke żballji għandhom ikunu evitati. Kien għalhekk li għamel tajjeb il-Gvern, li flok ħadha kontra l-Awditur Ġenerali, kif kien jiġri sa ftit ilu, ikkommetta lilu nnifsu li jħares u jwettaq l-osservazzjonijiet li għamel l-Awditur Ġenerali fir-rapporti tiegħu. Kultant naħseb li l-politiċi ma jżommux quddiem għajnejhom kif dan kollu qiegħed jaffettwa lin-nies ordinarji fit-toroq u fid-djar. Bil- ħsieb li partit jispara missila politika lejn l-ieħor u li joqogħdu jfittxu x-xagħra fl-għaġina ta' xulxin, billi anke jallegaw skandli fejn ma jkunx hemm, qed issir ħsara kbira fost in- nies. Ftit inkunu qegħdin nintebhu li meta l-politiċi jispiċċaw jitfgħu t-torti bil-krema politika f 'wiċċ xulxin, bħal f 'xi xena ta' Charlie Chaplin fejn min jitfa' l-ewwel torta jiskatena festa ta' tfigħ ta' torti, inkunu qegħdin mhux biss naqtgħu qalb in-nies iżda qegħdin nagħtuha eżempju ħażin. Meta n-nies jaraw din il- kompetizzjoni ta' min huwa l-inqas ħażin flok min hu l-aktar tajjeb, ikunu qegħdin jaraw mudell li jekk jimxu fuqu anke huma jiżbaljaw. Minbarra dan it-tajjeb ta' kulħadd jintesa għax jintradam mill-akkużi u kontro-akkużi ta' skandli u irregolaritajiet. Li ssir il-kritika u jinkixfu l-abbużi hija ħaġa, iżda li toħloq suspetti ta' skandli u abbużi fejn ma jkun hemm hija xi ħaġa oħra. Wara kollox il-politiċi jridu jifhmu li kemm bit-tneħħija tal- preskrizzjoni dwar abbużi politiċi u anke l-Whistleblower Act illum m'għadhomx bħal dari. Illum ħadd minnhom ma jista' jaħrab mill-id twila tal-liġi billi jidħol jistkenn fil-kappella politika. Mal-ħajt tagħha llum hemm imniżżel "Non Gode Immunita Ecclesias." "Hemm it-tendenza li l-politiċi kultant jemmnu li dak il-ħażin li jagħmlu ħadd ma hu ser isir jaf bih"