Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 3 €50,000 lill-Kunsill tal-Belt għal parkeġġ Ikompli minn paġna 1 ILPRESIDENT tal- Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Marc Sant qal li hu sar jaf lil xi wħud li kkwalifikaw mill-media u mis-siti soċjali ta' xi sindki fejn sar jaf li fondi ngħataw għal xi latrini pubbliċi, għal xi dwal fit-toroq. "Ingħataw €50,000 lil Kunsill tal-Belt għal parkeġġ tal-karozzi. Xi ħaġa li skantatni għax meta l-Gvern qed iħeġġeġ lil poplu juża t-trasport pubbliku ma joħroġx fondi biex jagħmel parkeġġ għall-karozzi." Marc Sant qal li min-naħa tiegħu kiteb lid-Direttur tal-Bord tal-għażla Mario Azzopardi biex ikun jaf ir-raġuni għaliex il-proġett tiegħu ma kkwalifikax. "Kull ma' bagħatilna Mario Azzopardi kienet e-mail b'raġunijiet fjakki." Kompla jgħid "Jien mill- ewwel ma qbiltx mal-mod kif saret l-iskema għall- għoti ta' dawn il-fondi għax ma jistax ikun li wieħed japplika għal proġett kapitali b'involviment privat fi tliet ġimgħat; speċjalment meta tqis li jkollok bżonn permessi u pjanti tal-periti. Barra minn hekk kont nippretendi li anke bħala assoċjazzjoni kellna nkunu nfurmati min ħa l-fondi, fuq liema kriterji u kemm ħadu. It-trasparenza titlob li kellna nkunu infurmati anke fuq kemm ġabu punti biex ċerta proġetti ntrebħu minn kunsill u mhux minn ieħor." Sant żied jgħid li anke l-fatt li jgħidulek li hemm dritt ta' appell meta huma kienu diġà kkommettew ruħhom mal- kunsilli li ngħataw dawn il- fondi ma jagħmilx sens. "X'se jagħmlu jekk ikun hemm min jappella u jirbaħ l-appell? Se jmorru jieħdu l-fondi li ngħataw uffiċjalment lil ħaddieħor?" Mistoqsi jekk jaħsibx li dawn il-fondi kinux diġà miftehma lil min se jingħataw, Marc Sant qal li dan ma jistax jgħidu, "Ma nafx min intgħażel u lil min ingħataw. Ma nistax ngħid jekk ingħatawx lil dawk li għandhom l-elezzjonijiet issa jew le għax ma nafx min ħadhom. Naf biss b'tal-Belt u li dawn m'għandhoxm elezzjonijiet f 'April. Li nista' ngħid hu li dan kien proċess imtappan u mċajpar għax ma kien hemm ebda trasparenza kif ingħataw il-fondi." Hemm suspetti li kien ippjanat minn qabel min se jieħu l-fondi Fid-dawl ta' dan din il- kritika, l-ILLUM tkellmet ukoll ma' Paul Gatt il- President tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjuni (ANSEK). Gatt qal ukoll li l-mod kif tqassmu dawn il-fondi joħloq suspetti li proċess kollu kien ippjanat minn qabel u min se jeħodhom. "Kont nemmen li dan il-proġett kien se jkun wieħed pożittiv u trasparenti speċjalment meta qalulna li kien hemm ukoll bord tal- appell, xi ħaġa li qatt qabel ma kien hemm u ta' dan kont ikkumplimentajthom." Gatt kompla jgħid li fil- verità ġara kollox oppost ta' dak li kien wasal biex jemmen. "Qalulna li dawk il- proġetti li ma jikkwalifikawx. Stajna nappellaw għalihom fi żmien għaxart ijiem, mingħajr ma qalulna fejn u min hu l-bord tal-appell. U dan mhu xejn, għax ġurnata wara li nfurmawna li ma kkwalifikajniex, qassmu l-'letters of commitment' lill-kunsilli li ngħataw il-fondi meta suppost kien għad hemm disat ġranet t'appell għadhom miftuħa." Il-President tal-ANSEK kompla jisħaq li sal-ġurnata tal-lum ma jafux min ħa dawn il-fondi, la kemm ingħataw u lanqas ir-raġuni għaliex ingħataw lil min ingħataw. "Li sirt naf jew minn fuq il-media inkella minn fuq xi Facebook ta' xi sindku li niżżilha fuq l-istatus tiegħu." Paul Gatt saħaq li dawn il-fondi suppost li kellhom jingħataw għal proġetti kapitali li l-Kunsilli ma kinux jifilħu għalihom u li kellhom isiru bi sħab mal-privat. "Minn dak li smajt s'issa l-kunsilli ngħataw somom għal proġetti żgħar bħal beacon zebra lights f 'Ħal- Qormi li jiswew €20,000 meta aħna ppretendejna li l-proġetti li jikkwalifikaw kellhom ikunu dawk ta' 'l fuq minn €150,000 u li jsiru b'involviment mal-privat u mhux għal proġetti ta' intietef kif qed nisimgħu, għax uffiċjalment ma qalulna xejn." Żied jgħid li minn informazzjoni li waslitlu għal widnejh hemm xi kunsilli li għal proġett kbir ingħataw biss 7% tal-fondi u għalhekk huma se jkollhom joħorġu l-kumplament u anke jiddejnu biex ilestu l-proġetti. Paul Gatt temm jgħid li kollox jindika li l-fondi kienu diġa lesti lil min se jingħataw tant hu hekk li lejlet li saret il- konferenza stampa, Sindki li kkwalifikaw ġew ikkuntattjati permezz tat-telefon biex jattendu għall- konferenza. "Aħna lanqas biss ġejna avżati jew imqar inbagħtet xi email. Ħassejt li litteralment ħlejna ħin prezzjuż biex nimlew applikazzjonijiet għalxejn. Hu għalhekk li ħafna qed jissuspettaw u jgħidu li kollox kien ipprepara u ppjanat minn qabel." Simon Busuttil iżur diversi lokalitajiet f 'Għawdex WAQT żjara f 'Għawdex, il- Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busutttil żar il-lokalitajiet ta' Marsalforn, San Lawrenz u ż-Żebbuġ, fejn tkellem ma' diversi residenti u ngħata informazzjoni dwar proġetti li twettqu minn Kunsilli Lokali mmexxija mill-Partit Nazzjonalista. Busuttil iltaqa' wkoll ma' xi sidien ta' ħwienet u negozji fejn magħhom aċċenna għall- appoġġ mill-Kunsilli Lokali biex jinħoloq aktar ġid għall- benefiċċju tal-lokalitajiet. Qal ukoll li fejn hemm Kunsilli Lokali mmexxija minn maġġoranza Nazzjonalista, dawn wettqu proġetti għall- benefiċċju tar-residenti. Fost il-proġetti li twettqu, il-Kap Nazzjonalista semma' l-proġetti ta' riġenerazzjoni tal-lokalitajiet, restawr, konservazzjoni, ħolqien ta' spazji ġodda u inizjattivi li saħħu r-rabta bejn l-aspetti residenzjali u dawk kummerċjali fil-lokalitajiet. Il-Kap Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Ġenerali Chris Said u minn Deputati u Kandidati għall- Kunsilli Lokali. Busuttil waqt iż-żjara tiegħu f'Għawdex Paul Gatt - President tal-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali u Reġjuni (ANSEK)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015