Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861
Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 23 Jew tiegħi jew xejn DAK li għaddej bħalissa madwarna jfakkarni fid- diska ta' John Lennon "Imagine". F'din id-diska John Lennon jidentifika żewġ problemi fid-dinja: il-problema tal-idealiżmu reliġjuż u l-problema tal- kontroll. Fil-Lvant Nofsani u n-naħa ta' fuq tal-Afrika, kif ukoll naraw l-effetti tagħha fl- Ewropa, hemm kunflitti mqajma minħabba l-idealiżmu reliġjuż. Fl-istess ħin fl- Ukrajna għandek kunflitt imqajjem minn kontroll fuq territorju. Għal dan John Lennon joffri soluzzjoni li kulħadd ikun l-istess u jaħseb l-istess, imma hija verament soluzzjoni? Aristotli jgħid li biex tevita l-kuntrarju, tgħid xejn, tagħmel xejn, u tkun xejn. Imma jien nixtieq inkun xi ħaġa, anzi jien xi ħadd, jien individwu. Animè Ġappuniż bl-isem ta' "Naruto" jlaqqagħna ma' persuna li tixtieq issib soluzzjoni għall-paċi. F'din il-mixja tiegħu tal-ħajja, iċ-ċirkostanzi jgħallmuh li hu f 'kunflitt li inti tista' ssir verament taf lil xi ħadd. Biss trid iżomm ma' tliet prinċipji. L-ewwel hu li waqt il-kunflitt qatt ma tħares 'l isfel lejn dak li qed jikkuntrarjak; trid tagħrfu bħala persuna bħalek u li kapaċi daqsek. It-tieni hu li waqt il-kunflitt tagħti u tirċievi, u tixtarr sewwa dak li ser tagħti u dak li qed tirċievi. It-tielet hu li tagħraf li għalkemm inti għandek ideal, inti stess għadek qed tagħrfu u ma tafux b'mod assolut. Jekk iżżomm dawn it-tlett prinċipji waqt kunflitt, il-persuna tikber u ssir persuna aħjar. Jien għażilt li nħaddan it-twemmin nisrani, għażilt li ngħix ċerti valuri. Għaraft ukoll is-sejħa għas- saċerdozju. Dawn l-għażliet fil-ħajja tefgħuni f 'kuntrast ma' persuni oħra li għamlu għażliet u kellhom ħsieb differenti minn tiegħi. Kull darba li ltqajt ma' dawn il-persuni kemm-il darba ġejna f 'diskussjoni rigward ideali u għażliet li għamilna f 'ħajjitna li huma kontra ta' xulxin. Kien hemm drabi fejn b'dispjaċir kont stinat u ma għaraftx nimxi ma' dawn it-tlett prinċipji u ħallejt dawn il-laqgħat b'togħma ħażina u dispjaċir. Imma f 'dawk il-mumenti fejn għaraft nimxi ma' dawn it- tliet prinċipji jkolli ngħid li dejjem spiċċajt b'ħabib ġdid u b'għarfien iktar profond u ċar tal-ideali tiegħi. Dan lili wassalni għall-għarfien ta' Alla u nistiednek li inti wkoll tibqa' tfittex. Bħal dan iż-żmien, is- Sibtijiet u l-Ħdud, aħna s-seminaristi nkunu qed induru l-parroċċi ta' Malta. Ikun ta' pjaċir għalina li niltaqgħu magħkom fil- parroċċi rispettivi tagħkom. Narawkom. Sergio Fenech hu Seminarista SERGIO FENECH Kulħadd ikun l-istess u jaħseb l-istess - John Lennon