Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 | illum 25 CHRISTA BOFFA cboffa@mediatoday.com.mt Kif bdiet il-ħajja mużikali tiegħek? Minn meta kont żgħir xtaqt ndoqq xi tip ta' instrument. Oħti Marcelle ddoqq il- pjanu, u għalija kienet l-ikbar inspirazzjoni. Qatt ma ħassejt li kont se nkun kapaċi li ndoqq xi instrument però. Imbagħad ta' 17-il sena ltqajt ma' Chris u Jeff (li eventwalment flimkien sirna l-Cable35) il-Junior College u minn hemm bdiet il-karriera mużikali tiegħi. Immorru lura ftit lejn l-ewwel gig tiegħek. Kif tiddeskrivih? L-ewwel gig tiegħi kien fil- Junior College. Niftakar kont ili ndoqq xahar biss u li naf biċ-ċert kien li għażaqt. Kriz mużika biss? Nipprova. Però jkolli nagħmel xogħlijiet oħra biex nkun iktar komdu. L-iktar oġġett għal qalbek x'inhu? Ma tantx jien bniedem materjalistiku imma l-iktar affarijiet għal qalbi huma relatati ma' muzika, jiġifieri il-bass amplifier u vinyl player u anke l-kollezzjoni tiegħi tal-vinyls. L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek x'kienet? Li qattajt 3 snin ngħix l-Ingilterra bħala mużiċist. Hemm għamilt ħafna touring mal-band, u kien hemm li ħloqt il-proġett solo tiegħi. Mużiċist f 'Malta – u l-istess mużiċist fl- Ingilterra. X'inhi d-differenza? Bħala mużiċist tibqa' l-istess – trid tikteb materjal ġdid, iddoqq quddiem udjenzi, kif ukoll tipprova tmexxi il-messaġġ tiegħek. L-unika differenza hi fl- iskala tal-kobor tal pajjiż: aktar ma jkun kbir pajjiż, aktar toffri opportunitajiet. Meta kont żgħir ridt insir…. Qassis Il-kuntentizza hija…. Li tagħmel dak li tixtieq qalbek u tkun b'saħħtek Ma narawx preżenza qawwija fuq l-media socjali min-naħa tiegħek. X'taħseb dwarha? Il-media socjali vera li hija għodda importanti llum il-ġurnata. Iġġib magħha vantaġġi kbar. Nagħmel li nista' biex nużaha għall- aġġornamenti, però għalija huwa iktar importanti li l-messaġġ jasal iktar billi ndoqq live u nżomm il- komunikazzjoni reali ma' nies li vera jinteressahom Il-politika għalik hija …. Korotta u ma tinteressahnix. Li kieku kellek tagħmel xi ħaga oħra f 'ħajtek, kieku xi tkun? Naħseb nagħżel li nkun pilota. Pjanijiet ġodda għall- futur? Bħalissa, flimkien mal-bqija tal-membri tal-Cable35, qed nirrekordjaw album ġdid. Kriz Haze – xtaq isir patri, imma min ok sar wieħed mill-vuċijiet, kif ukoll il-bass player tal- band Cable 35, li kisbet suċċess kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Kriz Haze – xtaq isir patri, imma min ok sar wieħed mill-vuċijiet, kif ukoll il- Ħames Minuti Kriz Haze – xtaq isir patri, imma min ok sar wieħed mill-vuċijiet, kif ukoll il- Kriz Haze – xtaq isir patri, imma min ok sar wieħed mill-vuċijiet, kif ukoll il- Ħames Minuti ma' Kriz Haze Ħames Minuti Ħames Minuti ma' Kriz Haze

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015