Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 35

30 illum Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 SPORTSillum Wara tibdil t-tmun tat-tim nazzjonali tan- nisa.... jitkellmu l-protagonisti NHAR l-Erbgħa 22 ta' Jannar tħabbret b'mod uffiċjali bidla fit-tmun tat-tim nazzjonali tan- nisa. Dan hekk kif Mark Gatt, l-eks assistant kowċ ta' Pierre Brincat fit-tim nazzjonali Malti tan-nisa, inħatar kowċ nazzjonali tal- istess tim. Din id-deċiżjoni ttieħdet mill-Eżekuttiv tal-MFA u tħabbret minn Norman Darmanin Demajo, President tal-MFA. Gatt ingħata kuntratt ta' sentejn u matul dan iż-żmien se jkun qiegħed imexxi lit-tim nazzjonali Malti fit-tliet partiti minn Grupp 2 ta' Kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej 2015/17 kontra l-Ġorġja, l-Andorra u l-Gżejjer Faroe. Gatt se jkollu jassistih lil Frank Schembri li għalih se tkun l-ewwel esperjenza bħala kowċ fid-dixxiplina femminili. Schembri nħatar ukoll kowċ nazzjonali tat- timijiet ta' taħt id-19 u s-16-il sena. Sadanittant, Pierre Brincat, l-eks kowċ nazzjonali, inħatar Direttur tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' dawn it-tliet persuni msemmija fejn talab il-kummenti tagħhom rigward kif qed iħarsu len din l-avventura ġdida fil-karriera tagħhom fit-tmun tat-tim nazzjonali tan-nisa. Id- Direttur tal-Futbol tan-Nisa f 'pajjiżna u eks kowċ tal-istess tim nazzjonali, Pierre Brincat, saħaq li: "Ilni għal dawn l-aħħar 12–il sena kowċ tat- tim nazzjonali tan-nisa u wara l-aħħar fażi ta' kwalifikazzjoni li konna involuti fiha bħala tim nazzjonali ddeċidejt li dan kellu jkun l-aħħar staġun tiegħi nikkowċja lil dan it-tim nazzjonali. Għamilt dan il-pass mhux minħabba l-plejers jew il- kowċis - minħabba li b'wiċċi minn quddiem ngħid li dawn kienu lkoll brillanti u ħadt gost f 'kull mument waqt l-avventura tiegħi magħhom. Iżda billi żammejt il-plejers tagħna fiċ-ċentru ta' kollox, ridthom li jkollhom ideat diversi minn kowċis tajbin oħra li jistgħu jgħinuhom itejbu iktar il-livell tagħhom fil-futbol. Wara din id-deċiżjoni, l-MFA permezz tad-Direttur Tekniku, Robert Gatt, li għalih għandi rispett u ammirazzjoni kbira, għall-għajnuna kollha li dejjem tana, ippreżentani bi sfida ġdida – dik li nkun direttur tal-futbol tan-nisa. Din hija sfida ġdida għalija, u fil-karattru tiegħi, dejjem inħobb nidħol għal sfidi ġodda u kien għalhekk li aċċettajt din il-kariga u f 'dawn il-jiem bdejt bil-ħidma tiegħi f 'din il-kariga ġdida. Huwa diffiċli għalija li naħdem f 'uffiċċju, għax dejjem ħdimt fil-grawnd, iżda l-futbol tan- nisa jokkupa post speċjali f 'qalbi u se nibqa' naħdem qatigħ biex insib modi u ideat ġodda biex intejbu l-livell tas-settur tal-futbol tan-nisa f 'pajjiżna. Finalment nixtieq nirringrazzja lill-MFA tal-fiduċja li jibqgħu juru fija u nwiegħed li jien se nibqa' naħdem bl-aħjar mod possibbli għall-akbar ġid tal-futbol tan-nisa kif dejjem għamilt!" Il-kowċ ġdid tat-tim nazzjonali tan-nisa Mark Gatt afferma li: "Qed inħares lejn din l-esperjenza bħala kontinwazzjoni tax-xogħol tiegħi bħala kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa ta' taħt id-19–il sena u bħala assistent kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-kbar. L-għan tiegħi huwa dak li ngħaqqad l-esperjenza tal-plejers kbar mal-entużjażmu tal-plejers iżgħar. It-tim għandu bażi soda li żgur li se tkun ta' għajnuna kbira. Madankollu, nixtiequ li ntejbu iktar il-livell tal-logħba tagħna. It-tornew ta' ħbiberija li se nkunu nvoluti fih f 'Marzu li ġej se jgħinna bis-sħiħ biex nippreparaw lit-tim tagħna għall-Euro Qualifiers li se nkunu impenjati fihom f 'April li ġej. Iżda l-għan ewlieni tiegħi f 'dawn il- logħbiet mhux ir-riżultati. Għalissa, iżda, se nkun qed infittex li ntejjeb il-wirjiet tat-tim nazzjonali tan-nisa u li l-plejers jaddattaw ruħhom għal stil ġdid ta' logħob. Nixtieq nirringrazzja lill-MFA talli urew il-fiduċja tagħhom fija waqt li wkoll qed inħares 'il quddiem biex inkompli naħdem mal-kowċ tal- goalkeepers Roger Camilleri waqt li ninsab ċert li l-ħidma li se jkolli mal-assistent kowċ, Frank Schembri, se jkun ta' benefiċċju kbir għat-tim nazzjonali tan-nisa kollu. Intant, f 'kummenti li tana l-assistent kowċ ġdid tat-tim nazzjonali tan-nisa, Frank Schembri, fuq l-istess livell, huwa tenna li: "Ninsab eċitat u ferħan ħafna b' din l-esperjenza ġdida fil-karriera tiegħi. Nixtieq nirringrazzja lill-MFA u lill-eks kowċ tat- tim nazzjonali, Pierre Brincat, li emmnu fija. Fil-passat diġà għent lil Pierre Brincat mat- tim tal-kbar tan-nisa, jiġifieri ħafna mill-plejers diġà jafuni. Nemmen li l-futbol tan-nisa għandu potenzjal kbir u issa jiddependi minna li naħdmu flimkien biex inkomplu nħajru iżjed tfajliet jilagħbu l-futbol u fl-istess ħin intejbu l-livell. Diġà sar ħafna xogħol u rridu nkomplu nibnu bil- mod." Il-kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, Mark Gatt L-assistant kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa, Frank Schembri Id-Direttur tal-Futbol tan-Nisa fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, Pierre Brincat Ritratti: Domenic Aquilina u Joe Borg "Minkejja li kienet diffiċli biex nitlaq lil Pembroke Athleta, ninsab kuntent bid-deċiżjoni u nittamaw li l-futur ikun wieħed sabiħ ma' Floriana" – Matthew Calleja Cremona NHAR il-Ħamis 29 ta' Jannar tħabbar b'mod uffiċjali li l-goalkeeper internazzjonali ta' taħt il-21 sena, Matthew Calleja Cremona kien ingħaqad b'self sa tmiem l-istaġun mingħand Pembroke Athleta għal ma' Floriana. Dan jindika qabża fil-kwalità għall-istess goalkeeper hekk kif issa Calleja Cremona se jkun qed jilgħab fil-Kampjonat Premier li huwa diviżjoni ogħla mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' Matthew Calleja Cremona nnifsu fejn f 'kummenti li għadda lil dan il-ġurnal, huwa saħaq li: "Id-deċiżjoni li nitlaq lil Pembroke Athleta kienet ferm diffiċli minħabba diversi raġunijiet. L-iktar punti ewlenin huma li Pembroke qegħdin tant għal qalbi minħabba diversi memorji u li ftit kienu dawk li rnexxielhom jitilgħu minn Third Division għall-Premier mal-istess klabb u barra minn hekk kelli relazzjoni tajba hafna mal-plejers u kowċis. Però ppruvajt inkun realistiku u nħares lejn is-sitwazzjoni b'tali mod li t-team tiegħi xorta se jibqa' jilgħab b'goalkeeper tajjeb li huwa Andrea Cassar. Allura, hija opportunità tajba biex nipprova nieħu ċ-aċns li nagħmel pass 'il quddiem li tista' tagħmel effett pożittiv fuq il-karriera tiegħi. Il-klabb li ngħaqadt miegħu b'self sal- aħħar tal-istaġun, Floriana FC, għandu storja verament interessanti, struttura tajba u grupp ta' players żgħażagħ li nemmen li kapaċi ningwalaha magħhom. Minkejja li kienet diffiċli biex nitlaq lil Pembroke Athleta, ninsab kuntent bid-deċiżjoni u nittamaw li l-futur ikun wieħed sabiħ ma' Floriana," temm jgħid Matthew Calleja Cremona. Memorji li l-iktar jibqgħu għal qalb Matthew Calleja Cremona ma' Pembroke Athleta: U15's Promossi għal Section A (Champions) U15's Knock-Out Finalisti U17's Promossi għal Section A (Champions) U19's Promossi għal Section B (Champions) U19's Promossi għal Section A U19's Knock-Out Champions Seniors Champions tat-Tielet Diviżjoni Seniors Promossi għall-Ewwel Diviżjoni Matthew Calleja Cremona jiddefendi l-lasti ta' Floriana b'mod prolifiku

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015