Illum previous editions

ILLUM 15 MARCH 2015

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/478861

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Marzu 2015 ATTIVISTI tal-kampanja tal-LE nġabru f 'Birkirkara lbieraħ filgħodu ltaqgħu f 'Birkirkara biex jindirizzaw lill-istampa u jqassmu fuljetti lill- membri tal-pubbliku, meta kaċċatur resaq fuq attivista minnhom. Immedjatament kif raw hekk, persuni oħra daħlu biex jippruvaw jikkalmaw is-sitwazzjoni imma t-tfajla sofriet minn xokk qawwi. Il-kaċċaturi imbagħad ħadulhom il- fuljetti u tawhom in-nar quddiem il-knisja. Kelliem tal-kampanja SHout, Mark Sultana qal "Aħna nikkundannaw dan it-tip ta' abbuż u bullying. Ir-referendum hu proċess demokratiku u l-kaċċaturi għandhom jirrispettaw dan. In-nies għandhom ikunu liberi biex jiddiskutu din il-kwistjoni mingħajr biża' u intimidazzjoni." Sultana qal "Aħna konna hawn, fil-lokal bl-iktar popolazzjoni f 'Malta, Birkirkara, biex inwasslu tliet messaġġi importanti li kienu l-punti ewlenin tal-kampanja tagħna din il-ġimgħa. "Wieħed mill- messaġġi hu li aħna nafu li l-poplu hu konxju li l-kaċċaturi mhumiex dawk li qed jippruvaw jagħtu d-dehra li huma, bejn il- kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Illum taw xhieda ta' dan. Il-kelliem kompla jgħid "Tul dawn l-aħħar snin rajna reati kriminali minn kaċċaturi li inkludew membri prominenti tal- FKNK. Agħtu ħarsa lejn l-atti speċifiċi ta' vjolenza, vandaliżmu u b'mod partikolari lejn il-prassi ta' sparar indiskriminat tal- kaċċaturi fir-rebbiegħa - li ġew dokumentati." Waqt il-konferenza stampa Mark Sultana wkoll tenna dak li qal l-Imħallef Giovanni Bonello dwar l-abolizzjoni tal-passatempi. "Nixtieq intenni dak li qal l-Imħallef Giovanni Bonello lbieraħ filgħaxija - li l-kampanja ta' biża' ta' dan ir-referendum li se twassal biex attivitajiet oħra jiġu aboliti kompletament mhix vera. Nistieden lill-votanti jisimgħu dak li kellu xi jgħid f 'ċertu okkażjonijiet u jiġġudikaw huma stess." Sultana spjega li SHout riedet ir-residenti ta' Birkirkara, lokalità li fiha mhux ħa jkun hemm elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, jagħrfu kemm huma importanti għall- bidla. "Il-bidla hija fl-aħħar mill-aħħar x'jiġifieri li tkun pożittiv. Aħna kampanja pożittiva li trid tagħti lura l-pajjiż lil niesu, kif ukoll tagħti ċ-ċans lill-għasafar jemigraw u jmorru lura fejn jistgħu jirripproduċu. Dan hu l-appell tas-SHout għall- Maltin u Għawdxin kollha – Morru vvutaw LE fil-11 ta' April." Intant il-Ġimgħa filgħaxija l-Imħallef Giovanni Bonello sejjaħ lir-referendum li ġej dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa bħala "trijonf għas-soċjetà ċivili". F'diskors li għamel il- Ġimgħa fis-sede ta' Din l-Art Ħelwa waqt il-ftuħ ta' wirja tal-arti li għandha l-għan li tiġbor fondi għall-kampanja Spring Hunting Out, Bonello saħaq li din hija l-ewwel darba li l-pubbliku talab li jsir referendum wara li petizzjoni ġiet iffirmata minn aktar minn 40,000. "Għalhekk il-11 ta' April se jkun jum li għandu jibqa' mniżżel fl-istorja ta' Malta u nħeġġeġ lil kull ċittadin biex dakinhar joħroġ jivvota." L-Imħallef kompla jgħid "Il-lobby favur il-kaċċa ilu s-snin jhedded lill-partiti tagħna bil-voti tagħhom, sabiex jakkwistaw dak li jridu. Dan hu abbuż tal- valuri ġusti li d-demokrazija tipprovdilna. Issa hu l-waqt li nuru li d-demokrazija tirrigwarda dak li l-poplu jrid għal pajjiżu, għal uliedu u l-wirt naturali tiegħu." Huwa tenna l-affermazzjoni tiegħu li rebħa tal-LE mhi se tolqot lill-ebda delizzju ieħor waqt li rrefera għal għadd ta' xogħolijiet tal-arti li kien hemm madwaru "Dawn huma eżempji ta' kif id- delizzji u l-okkupazzjonijiet jistgħu jkunu modi ta' kif tiġi apprezzata s-sbuħija tan- natura. Imma l-passatempi li jeqirdu l-ħlejjaq tan-natura b'mod mhux sostenibbli mhux aċċettabbli." Il-wirja kollettiva mtella' minn SHout, imsemmija "Artisti magħqudin biex jipproteġu l-għasafar fir- Rebbiegħa" se tkun miftuħa għall-pubbliku mingħajr ħlas għal ġimgħatejn bejn l-14 u s-27 ta' Marzu, bejn l-10am u l-4pm mit-Tnejn sas-Sibt. Programm Operattiv II – Politika ta' Koe!joni 2014-2020 AVVI" PRELIMINARI Fond So#jali Ewropew L-Awtorità ta' !estjoni f'Malta g"all-Politika ta' Koe#joni 2014-2020, id-Divi#joni g"all-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi "dan il-Ministeru g"all-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal- Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq t"abbar li dalwaqt se tniedi sej"a g"al proposti ta' pro$etti minn Entitajiet Pubbli%i ta"t l-Assi Prijoritarji u Prijoritajiet ta' Investiment li $ejjin: Assi Prijoritarju 1 - 'Investiment fl-impjegabbiltà u l-adattabbiltà tar-ri!orsi umani' ! Prijorità ta' Investiment 8i - Tipprovdi a!!ess g"all-impjiegi g"al dawk li qed ifittxu xog"ol u g"all-persuni li mhumiex attivi, inklu#i l-persuni li ilhom bla impjieg u l-persuni li huma 'l bog"od mis-suq tax-xog"ol, ukoll permezz ta' inizjattivi g"all-impjiegi lokali u appo$$ g"all-mobilità tax-xog"ol. ! Prijorità ta' Investiment 8ii - Integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xog"ol ta#-#g"a#ag", b'mod partikolari dawk barra mill-impjieg, l-edukazzjoni jew it-ta"ri$, inklu#i #-#g"a#ag" f'riskju ta' esklu#joni so!jali u #-#g"a#ag" minn komunitajiet mar$inalizzati, inklu# permezz tal-implimentazzjoni tal-Garanzija ta#-%g"a#ag". Assi Prijoritarju 3 – 'Investiment fin-nies permezz tal-Edukazzjoni, it-Ta$ri% u t-Tag$lim tul il-&ajja' ! Prijorità ta' Investiment 10ii – Ittejjeb il-kwalità u l-effi!jenza tal-edukazzjoni terzjarja u edukazzjoni ekwivalenti u l-a!!ess g"aliha bil-g"an li ji#diedu l-livelli ta' parte!ipazzjoni u ta' kisba, b'mod spe!jali g"al gruppi #vanta$$ati. ! Prijorità ta' Investiment 10iii - Issa""a" l-a!!ess ugwali g"at-tag"lim tul il-"ajja g"all- gruppi ta' età kollha f'ambjenti formali, mhux formali u informali, itejjeb l-g"arfien, il-"iliet u l-kompetenzi tal-forza tax-xog"ol, u l-promozzjoni ta' mog"dijiet ta' tag"lim flessibbli inklu# permezz ta' gwida g"all-karriera u validazzjoni tal-kompetenzi miksuba. It-tnedija tas-sej"a nnifisha, flimkien mad-dettalji tas-Sessjoni ta' Informazzjoni marbuta mag"ha, se ji$u ppubblikati fil-$img"at li $ejjin u se jkunu disponibbli wkoll fuq il-pa$na elettronika: www.eufunds.gov.mt. Il-Formola tal-Applikazzjoni marbuta mag"ha u d-dokumentazzjoni rilevanti (inklu#a l-lista ta' azzjonijiet eli$ibbli) se jkunu disponibbli fuq l-istess link ladarba titnieda s-sej"a. Sadanittant, aktar informazzjoni tista' tinkiseb minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq il- Helpdesk Online tal-PPCD: info.ppcd@gov.mt. Dan l-avvi# g"andu jitqies b"ala avvi# preliminari sabiex jag"ti #mien addizzjonali lill-applikanti interessati j"ejju g"all-pro$etti. Programm Operattiv II - Politika ta' Koe!joni 2007-2013 Insa!!u "ilitna g!al Aktar Impjiegi u Kwalitá tá "ajja A!jar Avizz parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea Fond So"jali Ewropew (FSE) Rata ta' kofinanzjament: 85% Fondi UE; 15% Fondi Nazzjonali Ninvestu fil-Futur Tieg!ek Attivisti ta' SHout mhedda f 'Birkirkara minn kaċċaturi Mark Sultana jindirizza l-konferenza stampa ta' SHout f'Birkirkara Ritratt: Ray Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 MARCH 2015